EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R2919

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2919/85 tas-17 ta' Ottubru 1985 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' l-aċċess għall-arranġamenti taħt il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-navigazzjoni fuq l-ixmara Rhine fir-rigward ta' bastimenti li huma tan-Navigazzjoni tar-Rhine

OJ L 280, 22.10.1985, p. 4–7 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 004 P. 5 - 8
Portuguese special edition: Chapter 07 Volume 004 P. 5 - 8
Special edition in Finnish: Chapter 07 Volume 003 P. 106 - 109
Special edition in Swedish: Chapter 07 Volume 003 P. 106 - 109
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 001 P. 223 - 226
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 001 P. 230 - 233
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 001 P. 230 - 233
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 003 P. 3 - 6

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/2919/oj

31985R2919



Official Journal L 280 , 22/10/1985 P. 0004 - 0007
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0106
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 4 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0106
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 4 P. 0005


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2919/85

tas-17 ta' Ottubru 1985

li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' l-aċċess għall-arranġamenti taħt il-Konvenzjoni Riveduta dwar in-navigazzjoni fuq l-ixmara Rhine fir-rigward ta' bastimenti li huma tan-Navigazzjoni tar-Rhine

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi s-sitt Stati Kontraenti tal-Konvenzjoni Riveduta dwar in-navigazzjoni fuq l-ixmara Rhine, jiġifieri l-ħames Stati Membri tal-Komunitajiet Ewropej (il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Olanda u r-Renju Unit) u l-Isvizzera emendaw dik il-Konvenzjoni permezz tal-Protokoll Addizzjonali 2 iffirmat fi Strasburg fis-17 ta' Ottubru 1979;

Billi l-imsemmi Protokoll Addizzjonali jistipula li bastimenti li huma tan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine biss għandhom ikunu awtorizzati biex jittrasportaw merkanzija u persuni bejn żewġ punti li jinsabu fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni; billi l-bastimenti jiġu meqjusa li huma tan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine jekk iġorru dokument maħruġ mill-awtorità kompetenti;

Billi l-Protokoll ta' Firma tal-Protokoll Addizzjonali hawn fuq imsemmi jgħid li d-dokument li jiċċertifika li bastiment huwa tan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ikkonċernat biss lill-bastimenti li għandhom rabta ġenwina ma' dak l-Istat, u l-fatturi kostitwenti ta' din ir-rabta għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta' trattament ugwali bejn Stati Kontraenti tal-Konvenzjoni; billi, taħt il-kondizzjonijiet tal-Protokoll ta' Firma, l-istess trattament għandu jingħata lil bastimenti li għandhom rabta ġenwina ma' kull Stat Membru; billi, għalhekk, dawn l-Istati Membri l-oħra għandhom jingħataw status ugwali għal dak ta' l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni;

Billi l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni fasslu, fil-Qafas tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni ta' l-ixmara Rhine (CCR), dispożizzjonijiet implimentattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li taħthom id-dokument hawn fuq imsemmi għandu jinħareġ; billi, bis-saħħa tad-Deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 1984, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, iddefinixxa l-azzjoni komuni li taħtha l-Istati Membri li huma Stati Kontraenti għall-Konvenzjoni adottaw dawn id-dispożizzjonijiet fil-forma ta' riżoluzzjoni tas-CCR;

Billi, sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet implimentattivi jingħataw effett fil-Komunità kollha, huwa meħtieġ li dawn jiddaħħlu fil-liġi tal-Komunità permezz ta' regolament tal-Kunsill adottat taħt l-Artikolu 75 tat- Trattat li jiffissa r-regoli dettaljati meħtieġa sabiex jiġu meqjusa r-regoli u l-proċeduri tal-Komunità;

Billi l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kopja ta' l-informazzjoni li huma jibagħtu lis-CCR skond dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness għandhom ikunu applikabbli fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

1. Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 2(4) u 8(1) ta' l-Anness, kull Stat Membru għandu fl-istess ħin jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li huwa jrid jibgħat lis-CCR taħt il-kondizzjonijiet ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

2. Għall-iskop ta' l-implimentazzjoni ta' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 3(4) ta' l-Anness, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħaddi wkoll lill-Kummissjoni kopja tad-dokument li jirrigwarda t-talba tiegħu għal konsultazzjoni tas-CCR.

L-Artikolu 3

Jekk is-CCR jidhirlu li għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali msemmijin fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 3(4) ta' l-Anness, il-Kunsill, bis-saħħa ta' maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar pożizzjoni konġunta li għandha tiġi adottata fi ħdan is-CCR mill-Istati Membri li huma wkoll Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni.

Dawn il-Kondizzjonijiet għandhom jiddaħħlu b'mod xieraq fuq livell Komunitarju mill-Kunsill skond l-arranġamenti stabbiliti fl-ewwel paragrafu.

L-Artikolu 4

Dan ir- Regolament jidħol fis-seħħ jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Madanakollu, l-Artikolu 7(2) ta' l-Anness m'għandux japplika qabel l-1 ta' Frar 1987.

Dan ir- Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-17 ta' Ottubru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

J. F. Poos

[1] ĠU C 262, ta' l-14.10.1985.

[2] ĠU C 169, tat-8.7.1985, p. 7.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

--------------------------------------------------

Top