EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984L0641

Id-Direttiva Tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Diċembru 1984 li temenda, b'mod partikolari fir-rigward ta’ assistenza turistika, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja

OJ L 339, 27.12.1984, p. 21–25 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 002 P. 150 - 154
Portuguese special edition: Chapter 06 Volume 002 P. 150 - 154
Special edition in Finnish: Chapter 06 Volume 002 P. 93 - 97
Special edition in Swedish: Chapter 06 Volume 002 P. 93 - 97
Special edition in Czech: Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Estonian: Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Latvian: Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Lithuanian: Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Hungarian Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Maltese: Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Polish: Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Slovak: Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Slovene: Chapter 06 Volume 001 P. 109 - 113
Special edition in Bulgarian: Chapter 06 Volume 001 P. 108 - 112
Special edition in Romanian: Chapter 06 Volume 001 P. 108 - 112
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 010 P. 23 - 27

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32009L0138 U Ara 32012L0023 U 32013L0058

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1984/641/oj

31984L0641



Official Journal L 339 , 27/12/1984 P. 0021 - 0025
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0093
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 2 P. 0150
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0093
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 2 P. 0150


Id-Direttiva Tal-Kunsill

ta’ l-10 ta’ Diċembru 1984

li temenda, b’mod partikolari fir-rigward ta’ assistenza turistika, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja

(84/641/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill (73/239/KEE) ta’ l-4 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja [4], hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmija bħala "L-Ewwel Direttiva", kif emendata bid-Direttiva 76/580/KEE [5], eliminat ċerti differenzi bejn il-liġijiet ta’ Stati Membri sabiex tiffaċilita il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ imsemmi hawn fuq;

Billi ġie ottenut progress konsiderevoli f’dak il-qasam ta’ negozju li jinvolvi l-provvista ta’ benefiċċji innatura; billi dawn il-benefiċċji huma irregolati b’dispożizzjonijiet li jvarjaw minn Stat Membru wieħed għall-ieħor; billi dawk id-differenzi jikkostitwixxu ostakolu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment;

Billi, sabiex jiġi eliminat dak l-ostakolu għad-dritt ta’ stabbiliment, għandu jiġi speċifikat li attività mhijiex eskluża mill-applikazzjoni ta’ l-Ewwel Direttiva għar-raġuni sempliċi li tikkostitwixxi benefiċċju biss innatura jew benefiċċju li għalih il-persuna li tipprovdih tuża l-impjegati tagħha jew it-tagħmir tagħha biss; billi, għalhekk, din id-dispożizzjoni ta’ assistenza li tikkonsisti fil-wegħda ta’ għajnuna fil-każ li jseħħ xi avveniment b’kumbinazzjoni għandha tiġi koperta bid-Direttiva ta’ hawn fuq, b’kont meħud tal-karatteristiċi speċjali ta’ din l-assistenza;

Billi l-iskop ta’ l-inklużjoni, għal raġunijiet ta’ sorveljanza, ta’ operazzjonijiet ta’ assistenza fl-iskop ta’ l-ewwel Direttiva, li ma tinvolvix id-definizzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet, hu li ma jiġux effettwati r-regoli fiskali applikabbli għalihom;

Billi l-uniku fatt li jiġu pprovduti ċerti forom ta’ assistenza fl-okkażjoni ta’ inċident jew waqfien li jinvolvi vettura tat-triq li normalment iseħħ fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ l-intrapriża li tipprovdi l-kopertura mhuwiex raġuni għal xi persuna jew intrapriża li ma tkunx intrapriża ta’ assigurazzjoni li tkun suġġetta għall-arranġamenti ta’ l-Ewwel Direttiva;

Billi għandha ssir dispożizzjoni għal ċerti rilassamenti għall-kondizzjoni li l-inċident jew il-waqfien għandu jseħħ fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ l-intrapriża li tipprovdi kopertura sabiex jittieħed kont jew ta’ l-eżistenza ta’ ftehim reċiproku jew ta’ ċerti ċirkostanzi speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mas-sitwazzjoni ġeografika jew ma’ l-istruttura ta’ l-organizzazzjonijiet ikkonċernati, jew ma’ l-importanza ekonomika ferm limitata ta’ l-operazzjonijiet imsemmija;

Billi organizzazzjoni ta’ Stat Membru li l-attività prinċipali tagħha hija li tipprovdi servizzi għan-nom ta’l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi eskluża mill-iskop ta’ l-Ewwel Direttiva;

Billi intrapriża li toffri kuntratti ta’ assistenza għandha tipposjedi l-mezzi neċessarji sabiex hi tipprovdi l-benefiċċji innatura li hi toffri f’perjodu ta’ żmien approprjat; billi għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għall-kalkolu tal-marġini ta’ likwidità u ta’ l-ammont minimu tal-fond tal-garanzija li din l-intrapriża għandha tippossjedi;

Billi ċerti dispożizzjonijiet transitorji huma neċessarja sabiex jippermettu intrapriżi li jipprovdu biss assistenza li jaddattaw irwieħhom għall-applikazzjoni ta’ l-Ewwel Direttiva;

Billi, b’kont meħud ta’ diffikultajiet speċjali strutturali u ġeografiċi, huwa neċessarju li jitħalla perjodu transitorju għal klabb awtomobilistiku ta’ Stat Membru biex jaġġorna ruħu mad-Direttiva msemmija li tikkonċerna r-ripatrijazzjoni tal-vettura, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passiġġieri;

Billi huwa neċessarju li jinżammu dispożizzjonijiet aġġornati ta’ l-Ewwel Direttiva li jikkonċernaw il-forom legali li intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni jistgħu jassumu; billi ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmija Direttiva li jikkonċernaw ir-regoli applikabbli għal aġenziji jew fergħat stabbiliti fil-Komunità u li jappartienu għal intrapriżi li l-uffiċċji ewlenin tagħhom jinstabu barra l-Komunità għandhom jiġu emendati sabiex jagħmluhom aktar konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 79/267/KEE [6],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

"L-Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-bidu u t-twettiq ta l-attività ta’ min jaħdem għal rasu ta’ assigurazzjoni diretta, inkluża l-provvista ta’ assistenza msemmija fil-paragrafu 2, imwettqa minn intrapriżi li huma stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru jew li jixtiequ li jkunu stabbiliti hemmhekk.

2. L-attività ta’ assistenza għandha tkun l-assistenza pprovduta għal persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultajiet waqt li jivvjaġġaw, waqt li jkunu ’l bogħod mid-dar jew waqt li jkunu ’l bogħod mir-residenza permanenti tagħhom. Għandha tkun tikkonsisti fl-impenn, kontra l-ħlas bil-quddiem ta’ premium, li tingħata assistenza immedjata lill-benefiċjarju taħt kuntratt ta’ assistenza meta dik il-persuna tkun tinstab f’diffikultajiet wara li jseħħ każ b’kumbinazzjoni, fil-każijiet u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt.

L-għajnuna tista’ tikkonsisti fil-provvista ta’ benefiċċji bi flus jew innatura. Il-provvista ta’ benefiċċji innatura tista’ ukoll tiġi effettwata permezz ta’ l-impjegati u t-tagħmir tal-persuna li tipprovdihom.

L-attività ta’ assistenza ma tkoprix servicing, manutenzjoni, servizz ta’ wara l-bejgħ jew sempliċement l-indikazzjoni jew l-għotja ta’ assistenza bħala intermedjarja.

3. Il-klassifika skond il-klassijiet ta’ l-attività imsemmija f’dan l-Artikolu tidher fl-Anness"

.

L-Artikolu 2

"3. L-attività ta’ assistenza fejn ir-responsabbiltà hija limitata għall-operazzjonijiet li ġejjin ipprovduti fil-każ ta’ xi inċident jew waqfien li jinvolvi vettura tat-triq li normalment iseħħ fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ l-intrapriża li tipprovdi l-kopertura:

- servizz fuq il-post għal waqfien minħabba ħsara li għalih l-intrapriża li tipprovdi kopertura tuża, fil-biċċa l-kbira taċ-ċirkostanzi, l-impjegati u t-tagħmir tagħha,

- il-ġarr tal-vettura għall-eqreb lokalità jew dik l-iktar approprjata fejn jistgħu jitwettqu t-tiswijiet u possibilment l-akkumpanjament, normalment bl-istess mezzi ta’ assistenza, tax-xufier u l-passiġġieri għall-eqreb lokalità minn fejn huma jkunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom b’mezzi oħrajn,

- jekk provdut mill-Istat Membru ta’ intrapriża li tipprovdi l-kopertura, il-ġarr tal-vettura, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passiġġġieri, lejn id-dar tagħhom, il-post tat-tluq jew tad-destinazzjoni oriġinali fl-istess Stat,

sakemm dawn l-operazzjonijiet jitwettqu minn intrapriża soġġetta għal din id-Direttiva.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel żewġ inċiżi, il-kundizzjoni li l-inċident jew il-waqfien minħabba ħsara għandu jkun seħħ fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ l-intrapriża li tipprovdi l-kopertura

(a) m’għandhiex tkun applikabbli meta din ta’ l-aħħar tkun korp li tagħha l-benefiċjarju jkun membru u s-servizz ta’ waqfien minħabba ħsara jew il-ġarr tal-vettura ikun ipprovdut sempliċement fuq preżentazzjoni ta’ karta ta’ sħubija, mingħajr ma jitħallas premium addizzjonali, minn korp simili fil-pajjiż ikkonċernat fuq il-bażi ta’ ftehim reċiproku;

(b) m’għandhiex tipprekludi l-għotja ta’ din l-assistenza fl-Irlanda u fir-Renju Unit minn korp singolu li jopera fiż-żewġ Stati.

Fiċ-ċirkostanzi msemmija fit-tielet inċiż, fejn ikun seħħ l-inċident jew il-waqfien minħabba ħsara fit-territorju ta’ l-Irlanda jew, fil-każ tar-Renju Unit, fit-territorju ta’ l-Irlanda ta’ Fuq, il-vettura, possibilment akkumpanjata mix-xufier u l-passigġieri, jistgħu jitwasslu sad-dar tagħhom, sal-punt tat-tluq jew sad-destinazzjoni oriġinali f’wieħed jew l-ieħor mit-territorji.

Barraminnhekk, id-Direttiva ma tikkonċernax operazzjonijiet ta’ assistenza mwettqa fl-okkażjoni ta’ inċident ta’ jew waqfien ta’ vettura fit-triq minħabba ħsara u li jikkonsistu fil-ġarr tal-vettura li kienet involuta fl-inċident jew li waqfetminħabba ħsara barra t-territorjutal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, possibilmentakkumpanjata mix-xufier u l-passiġġieri lejn id-dar tagħhom, meta dawn l-operazzjonijiet jiġu mwettqa mill-Klabb Awtomobilistiku tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Intrapriżi soġġetti għal din id-Direttiva jistgħu jinvolvu rwieħhom fl-attività msemmija taħt dan il-punt biss jekk huma jkunu rċevew awtorizzazzjoni għall-klassi 18 fil-punt A ta’ l-Anness mingħajr preġudizzju għall-Punt Ċ ta’ l-Anness imsemmi. F’dak il-każ din id-Direttiva għandha tapplika għall-operazzjonijiet inkwistjoni."

L-Artikolu 3

"Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal intrapriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

- l-intrapriża ma twettaq ebda attività li tidħol fl-iskop ta din id-Direttiva ta’ xort’ oħra minn dak deskritt fil-klassi 18 fil-punt A ta’ l-Anness,

- din l-attività titwettaq esklussivament fuq bażi lokali u tikkonsisti biss f’benefiċċji innatura, u

- l-introjtu totali annwali miġbur fir-rigward ta’ l-attività ta’ assistenza lil persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultà ma jeċċedix 200000 ECU."

L-Artikolu 4

"(f) fid-Danimarka

Falcks Redningskorps A/S, København."

L-Artikolu 5

Fl-inċiż ta’ qabel ta’ l-aħħar ta’ l-Artikolu 8(1)(a) ta’ l-ewwel Direttiva "coöperatieve vereniging" huwa mħassar.

L-Artikolu 6

"Lanqas ma jipprevjenu lill-Istati Membri milli jissoġġettaw intrapriżi li jitolbu jew li jkunu ġabu awtorizzazzjoni għall-klassi 18 fil-punt A ta’ l-Anness għal kontrolli fuq ir-riżorsi tagħhom diretti jew indiretti f’impjegati u tagħmir, inkluża l-kwalifika tal-gruppi mediċi tagħhom u l-kwalità tat-tagħmir, disponibbli għall-intrapriżi li jissodisfaw l-impenji tagħhom li joriġinaw minn din il-klassi ta’ assigurazzjoni."

L-Artikolu 7

"(e) estimi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni tas-servizzi amministrattivi u l-organizzazzjoni għall-akkwist ta’ negozju; ir-riżorsi finanzjarji intiżi li jkopruhom, u, meta r-riskji li għandhom jiġu koperti jkunu elenkati taħt in-Nru 18 fil-punt A ta’ l-Anness, ir-riżorsi disponibbli għall-intrapriża biex tipprovdi l-assistenza mwiegħda;"

L-Artikolu 8

"L-Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib bejniethom fis-sorveljanza tal-pożizzjoni finanazjarja ta’ intrapriżi awtorizzati. Fil-każ li l-intrapriżi inkwistjoni jkunu awtorizzati li jkopru r-riskji elenkati taħt in-Nru 18 tal-punt A ta’ l-Anness, l-Istati Membri għandhom ukoll jikkollaboraw fis-sorveljanza tar-riżorsi disponibbli għal dawk l-intrapriżi għat-twettiq ta’ l-operazzjonijiet ta’ assistenza li huma jkunu impenjaw irwieħhom li jwettqu, meta l-liġijiet tagħhom jipprovdu għas-sorveljanza ta’ dawn ir-riżorsi."

L-Artikolu 9

"Fil-każ tar-riskji elenkati taħt in-Nru 18 tal-punt A ta’ l-Anness, l-ammont ta’ pretensjonijiet imħallsa użati biex jiġi kkalkolat it-tieni riżultat (bażi ta’ pretensjonijiet) għandu jintrefa’ mill-intrapriża fir-rigward ta’ assistenza mogħtija. Dawn l-ispejjeż għandhom jiġu kkalkolati skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinstab l-uffiċċju ewlieni ta’ l-intrapriża."

L-Artikolu 10

"— 300000 ECU fil-każ meta r-riskji kollha jew uħud minnhom inklużi f’waħda mill-klassijiet elenkati fil-punt A ta’ l-Anness taħt in-Nri 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 16 u 18 huma koperti."

L-Artikolu 11

"L-Artikolu 19

1. Kull Stat Membru għandu jeħtieġ li kull intrapriża li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinstab fit-territorju tiegħu tipproduċi kont annwali, li jkopri it-tipi kollha ta’ operazzjonijiet, tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, tal-likwidità u, f’dak li jirrigwarda r-riskji elenkati taħt in-Nru 18 fil-punt A ta’ l-Anness, riżorsi oħrajn disponibbli għaliha biex hi tilħaq ir-responsabbiltajiet tagħha, meta l-liġijiet tagħha jipprovdu għas-sorveljanza ta’ dawn ir-riżorsi.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li intrapriżi li joperaw fit-territorju tagħhom perjodikament jippreżentaw ir-returns, flimkien ma’ dokumenti statistiċi, li huma neċessarji għall-iskopijiet ta’ sorveljanza u, f’dak li jirrigwarda kopertura għal riskji elenkati taħt in-Nru 18 fil-punt A ta’ l-Anness, li jindikaw ir-riżorsi disponibbli għalihom biex jilħqu ir-responsabbiltajiet tagħhom, meta l-liġijiet tagħhom jipprovdu għas-sorveljanza ta’ dawn ir-riżorsi. L-awtoritajiet kompetenti ta’ sorveljanza għandhom ifornu lil xulxin bid-dokumenti u l-informazzjoni neċessarja għall-eżerċizzju tas-sorveljanza."

L-Artikolu 12

"L-Artikolu 26

1. Kull intrapriża li tkun talbet jew ġabet awtorizzazzjoni minn aktar minn Stat Membru wieħed tista’ tapplika għall-vantaġġi li ġejjin li jistgħu jingħataw biss konġuntement:

(a) il-marġini ta’ likwidità msemmi fl-Artikolu 25 jista’ jiġi kkalkulat b’relazzjoni għan-negozju kollu mwettaq fil-Komunità; f’dak il-każ, għandu biss jittieħed kont ta’ l-operazzjonijiet effettwati mill-aġenziji jew mill-fergħat kollha stabbiliti fil-Komunità għall-iskopijiet ta’ dan il-kalkolu;

(b) id-depositu meħtieġ taħt l-Artikolu 23(2)(e) għandu jiġi alloġġat biss f’wieħed minn dawk l-Istati Membri;

(ċ) l-assi li jirrappreżentaw il-fond ta’ garanzija għandhom jiġu lokalizzati fi kwalunkwe mill-Istati Membri fejn hi twettaq l-attivitajiet tagħha.

2. Applikazzjoni għall-benefiċċju mill-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 għandha ssir lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati. L-applikazjoni għandha tiddikjara l-awtorità ta’ l-Istat Membru li fil-ġejjieni għandha tissorvelja l-likwidità tan-negozju kollu ta’ l-aġenziji jew tal-fergħat stabbiliti fil-Komunità. Għandhom jingħataw raġunijiet għall-għażla ta’ l-awtorità magħmula mill-intrapriża. Id-depositu għandu jiġi alloġġat ma’ dak l-Istat Membru.

3. Il-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 jistgħu biss jingħataw jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kollha li fihom saret applikazzjoni jaqblu magħhom. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ miż-żmien meta l-awtorità ta’ sorveljanza magħżula tinforma lill-awtoritajiet l-oħrajn ta’ sorveljanza li hi tkun sejra tissorvelja l-qagħda ta’ likwidità tan-negozju kollu ta’ l-aġenziji jew tal-fergħat fil-Komunità.

L-awtorità ta’ sorveljanza magħżula għandha ġġib mill-Istati Membri l-oħrajn l-informazzjoni neċessarja għas-sorveljanza tal-likwidità ġenerali ta’ l-aġenziji u l-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.

4. Fuq talba minn Stat Membru wieħed jew ieħor ikkonċernati, il-vantaġġi mogħtija taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu rtirati simultanjament mill-Istati Membri kollha kkonċernati."

L-Artikolu 13

"Fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 20, meta intrapriża tikkwalifika għall-vantaġġi previsti fl-Artikolu 26(1), l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-likwidità ta’ aġenziji jew fergħat stabbiliti fil-Komunità fir-rigward tan-negozju intier tagħhom għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħall-awtorità ta’ l-Istat li fit-territorju tiegħu l-uffiċċju ewlieni ta’ intrapriża Komunitarja jkun jinstab."

L-Artikolu 14

"18. L-Assistenza

L-assistenza għal persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultà waqt li jkunu qed jivvjaġġaw, waqt li jkunu ’l bogħod mid-dar jew li jkunu ’l bogħod mir-residenza permanenti tagħhom."

L-Artikolu 15

Kull Stat Membru jista’, fit-territorju tiegħu, jagħmel l-għotja ta’ assistenza lil persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultà f’ċirkostanzi ta’ xort’oħra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1 suġġetta għal arranġamenti introdotti bl-Ewwel Direttiva. Jekk Stat Membru jagħmel l-użu ta’ din il-possibiltà għandu, għall-iskopijiet li japplika dawn l-arranġamenti, jitratta din l-attività bħallikieku kienet elenkata fil-klassi 18 fil-punt A ta’ l-Anness ma’ l-EwwelDirettiva mingħajr preġudizzju għall-punt Ċ tagħha.

Il-paragrafu preċedenti m’għandu bl-ebda mod jaffettwa l-possibilitajiet għal klassifika stabbiliti fl-Anness ma’ l-Ewwel Direttiva għal attivitajiet li ovvjament jidħlu taħt klassijiet oħrajn.

M’għandux ikun possibbli li tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil aġenzija jew fergħa biss fuq il-bażijiet li l-attività koperta minn dan l-Artikolu hija kklassifikata b’mod differenti fl-Istat Membru li fit-territorju tieghu l-uffiċċju ewlieni ta’ l-intrapriża jkun jinstab.

Dispożizzjonijiet transitorji

L-Artikolu 16

1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill- intrapriżi li, fid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva, jipprovdu biss assistenza fit-territorji tagħhom, perjodu ta’ ħames snin minn dik id-data sabiex ikunu konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikoli 16 u 17 ta’ l-Ewwel Direttiva.

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil kull intrapriża msemmija fil-paragrafu 1 li, jekk meta jiskadi l-perjodu ta’ ħames snin, ma tkunx għadha kompletament stabbiliet il-marġini ta’ likwidità, perjodu ieħor li ma jeċċedix sentejn li fih tagħmel dan sakemm dawn l-intrapriżi jkunu, skond l-Artikolu 20 ta’ l-Ewwel Direttiva, ssottomettew għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità ta’ sorveljanza l-miżuri li huma jipproponu li jieħdu għal dak l-iskop;

3. Kull intrapriża msemmija fil-paragrafu 1 li tixtieq li testendi n-negozju tagħha fis-sens ta’ l-Artikolu 8(2) jew l-Artikolu 10 ta’ l-Ewwel Direttiva tista’ tagħmel hekk biss bil-kondizzjoni li tikkonforma ma’ dik id-Direttiva.

4. Kull intrapriża msemmija fil-paragrafu 1 li għandha forma differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ l-Ewwel Direttiva tista’ tkompli għal perjodu ta’ tliet snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva twettaq in-negozju eżistenti tagħha fil-forma li fiha teżisti f’dik id-data.

5. Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għal intrapriżi ffurmati wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva li jieħdu f’idejhom negozju diġà mmexxi f’dik id-data minn korp legalment distint.

L-Artikolu 17

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil aġenziji u fergħat imsemmija fit-Titolu III ta’ l-Ewwel Direttiva li jipprovdu biss assistenza fit-territorji ta’ dawk l-Istati Membri perjodu massimu ta’ ħames snin li jibdew mid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 25 ta’ l-Ewwel Direttiva, sakemm dawn l-aġenziji jew fergħat ma jestendux in-negozju tagħhom fis-sens ta’ l-Artikolu 10(2) ta’ l-Ewwel Direttiva.

L-Artikolu 18

Matul perjodu ta’ tmien snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva, il-kundizzjoni li inċident jew il-waqfien minħabba ħsara għandha tkun seħħet fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta’ l-intrapriża li tipprovdi l-kopertura m’għandhiex tapplika għall-operazzjonijiet imsemmija fit-tielet inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 (3) ta’ l-Ewwel Direttiva meta dawn l-operazzjonijiet jitwettqu mill-ELPA (Klabb Awtomobilistiku u ta’ l-Ivvjaġġar tal-Greċja).

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 19

1. L-Istati Membri għandhom jemendaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1987. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom. Id-dispożizzjonijiet hekk emendati għandhom, soġġett għall-Artikoli 16, 17 u 18 ta’ din id-Direttiva japplikaw l-aktar tard mill– 1 ta’ Jannar 1988.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 20

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill, fi żmien sitt snin min-notifika ta’ din id-Direttiva, dwar id-diffikultajiet li joriġinaw mill-applikazzjoni tagħha, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha. Għandha, jekk approprjat, tissottometti proposti biex jitwaqqfu.

L-Artikolu 21

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-10 ta’ Diċembru 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Dukes

[1] ĠU C 51, ta’ l-10.3.1981, p. 5; ĠU C 30, ta’ l-4.2.1983, p. 6.

[2] ĠU C 149, ta’ l-14.6.1982, p. 129.

[3] ĠU C 343, tal-31.12.1981, p. 9.

[4] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3.

[5] ĠU L 189, tat-13.7.1976, p. 13.

[6] ĠU Nru L 63, tat-13.3.1979, p. 1.

--------------------------------------------------

Top