Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984L0449

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-25 ta’April 1984 li taddatta għall-progress tekniku għas-sitt darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE 67/548/KEE 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi

OJ L 251, 19.9.1984, p. 1–223 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 225
Portuguese special edition: Chapter 13 Volume 017 P. 3 - 225
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 005 P. 3 - 225
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 005 P. 3 - 225
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 007 P. 194 - 195
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 006 P. 195 - 196
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 006 P. 195 - 196

No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1984/449/oj

31984L0449



Official Journal L 251 , 19/09/1984 P. 0001 - 0223
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 5 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 5 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 17 P. 0003


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-25 ta’April 1984

li taddatta għall-progress tekniku għas-sitt darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE 67/548/KEE 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi

(84/449/KEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-ttikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [1], kif emendata għas-sitt darba bid-Direttiva tal-Kunsill 79/831/KEE [2], u partikolarment l-Artikoli 19, 20 u 21 tagħha.

Billi l-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 79/831/KEE jipprovdi li proprjetajiet fiżiko-kimiċi, it-tossiċità u l-ekotossiċità tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet għandhom ikunu ddeterminati skond il-metodi speċifikati fl-Anness V;

Billi l-Artikolu 19 tad-Direttiva 79/831/KEE tat-18 ta’ Settembru 1979 jipprovdi li l-Anness V jaqa’ taħt il-proċedura, li tinvolvi lill-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku; billi rigward xieraq għandu jingħata, partikolarment, għal kull metodu rrikonoxxut u rrakkomandat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti;

Billi d-disposizzjonijiet ta’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ l-Ostakoli għall-Kummerċ f’Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-test ta’ l-Anness V tad-Direttiva 67/548/KEE hu hawnhekk mibdul bit-test ta’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta’ Lulju 1985 il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva u immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. Huma għandhom japplikaw dawn il-miżuri sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1986.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, il-25 ta’April 1984.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS

Dan l-Anness mhux qed ikun riprodott għaliex kien sostitwit bid-Direttiva 31992L0069.

--------------------------------------------------

Top