EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982L0883

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza u monitoraġġ ta’ ambjenti milquta mill-iskart ta’ l-industrija tad-diossidu ta’ titanju

OJ L 378, 31.12.1982, p. 1–14 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 004 P. 3 - 16
Portuguese special edition: Chapter 15 Volume 004 P. 3 - 16
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 004 P. 42 - 55
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 004 P. 42 - 55
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 006 P. 367 - 380
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 006 P. 79 - 92
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 006 P. 79 - 92
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 057 P. 11 - 24

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/01/2014; Imħassar b' 32010L0075

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1982/883/oj

31982L0883



Official Journal L 378 , 31/12/1982 P. 0001 - 0014
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0042
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0042
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0003


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-3 ta’ Diċembru 1982

fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza u monitoraġġ ta’ ambjenti milquta mill-iskart ta’ l-industrija tad-diossidu ta’ titanju

(82/883/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE ta’ l-20 ta’ Frar 1978 fuq l-iskart mill-industrija tad-diossidu tat-titanju [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisjoni [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi, irrespettivament mill-metodu u l-estenzjoni tat-trattament ta’ l-skart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju, ir-rimi, it-tfigħ, ħażna fuq, ittippjar fuq jew injezzjoni fl-art ta’ dawn it-tipi ta’ l-iskart, għandhom jkunu akkompanjati b’miżuri tas-sorveljanza u monitraġġ ta’ l-ambjenti kkonċernati mil-lat fiżiku, kimiku, bioloġiku u ekoloġiku;

Billi, biex isir monitoraġġ tal-kwalità ta’ dawn l-ambjenti, għandhom jittieħdu kampjuni b’frekwenza minima biex il-parametri speċifikati fl-Annessi jistgħu jitkejlu; billi n-numru ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ kampjunatura jistgħu jitnaqqsu fid-dawl tar-riżultati miksuba; billi, biex ikun assigurat li l-monitoraġġ hu effettiv, għandhom jittieħdu wkoll kampjuni jekk jkun possibbli f’żona meqjusa li mhix affettwata b’dan ir-rimi in kwistjoni;

Billi, fir-rigward ta’ l-analiżijiet magħmula mill-Istati Membri, għandhom ikunu iffissati metodi ta’ referenza komuni ta’ kejl għad-determinazzjoni ta’ valuri parametriċi li jfissru l-karateristiċi fiżiċi, kimiċi, bioloġiċi u ekoloġiċi ta’ l-ambjenti kkonċernat;

Billi, għas-sorveljanza u monitoraġġ ta’ l-ambjenti affettwati, l-Istati Membri jistgħu f’kull żmien jfasslu parametri oħra flimkien ma’ dawk mfassla b’din id-Direttiva;

Billi jenħtieġ li jkunu definit id-detalji tal-metodi tas-sorveljanza u monitoraġġ li l-Istati Membri jikkommunikaw lill-Kummissjoni; billi l-Kummissjoni għandha, bil-qbil minn qabel ta’ l-Istati Membri, tippubblika rapport konsolidat fuq dawn id-dettalji;

Billi f’ċerti ċirkostanzi naturali jista’ jkun diffiċli li jsiru l-operazzjonijiet tas-sorveljanza u monitoraġġ, u b’mod xieraq, għandha issir dispożizzjoni għad-deroga, f’ċerti każi, minn din id-Direttiva;

Fejn progress tekniku u xjentifiku jista’ jiħtieġ l-adattament ta’ malajr ta’ ċerti dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness; billi biex tkun faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għandha tkun preskritta proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni fil-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta’ Kumitat fuq l-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tippreskrivi, skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 78/176/KEE, il-proċeduri għas-sorveljanza u monitoraġġ fuq l-effetti fuq l-ambjent, waqt li jikkunsidraw l-aspetti fiżiċi, kimiċi, bioloġiċi u ekoloġiċi, ir-rimi, it-tfigħ, l-ħażna fuq, l-ittippjar fuq jew l-injezzjoni fl-art ta’ l-iskart mill-industrja tad-diossidu tat-titanju.

L-Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

- "Ambjenti affettwati" jfisser l-ilma, wiċċ l-art u s-saffi ta’ taħt l-art u l-arja li fiha jew ġo liema l-iskart ta’ l-industrija tad-diossidu tat-titanju huwa mormi, mitfugħ, maħżun, ittippjat jew injettat,

- "post ta’ kampjun" tfisser il-post li fih jittieħdu l-kampjuni.

L-Artikolu 3

1. Il-parametri applikabbli għas-sorveljanza u monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 1 huma speċifikati fl-Annessi.

2. Meta parametru jidher fil-kolonna "fid-determinazzjoni mandatarja" ta’ l-Annessi, għandhom isiru kampjunatura u analiżi tal-kampjuni fir-rigward tal-komponenti ambjentali indikati.

3. Meta parametru jidher fil-kolonna "fid-determinazzjoni mhux obbligatorja" fl-Annessi, l-Istati Membri għandhom, jekk jikkunsidraw li hu meħtieġ, jagħmlu l-kampjunatura u l-analiżi ta’ kampjuni għall-iskopijiet tal-komponenti ambjentali indikati.

L-Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu sorveljanza u monitoraġġ ta’ l-ambjenti affettwati u ta’ żona fil-qrib li jitqiesu li ma humiex affettwati, wara li jitqiesu speċjalment il-fatturi ambjentali lokali u l-mod tar-rimi, i.e. jekk huwiex kull tant żmien jew kontinwu.

2. Ħlief fejn hu speċifikat b’mod ieħor fl-Annessi, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw każ b’każ is-siti eżatti minn fejn l-kampjuni għandhom jittieħdu, id-distanza ta’ dawn is-siti mill-eqreb post fejn jintrema dan it-tniġġis u l-fond jew l-għoli fejn għandhom jittieħdu l-kampjuni.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu fl-istess post u fond u taħt l-istess kondizzjonijiet fil-kors ta’ operazzjonijiet ta’ kampjunatura suċċessivi, per ezempju fil-każ ta’ ibħra tal-frugħ, fl-istess ħin fir-rigward ta’ l-ogħla frugħ, koeffiċjent tal-frugħ.

3. Għall-monitoraġġ u l-ispezzjoni ta’ l-ambjenit affettwati, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza tal-kampjunatura u l-analiżi tal-kampjuni elenkati fl-Annessi.

Għal parametri fejn d-determinazzjoni hija mandatorja, il-frekwenza tal-kampjunatura u l-analiżi ma għandhiex tkun inqas mill-frekwenzi indikati fl-Annessi. Iżda, la darba l-imġieba, destinazzjoni u l-effetti ta’ l-iskart ġew determinati, sa kemm hu possibbli, u sakemm ma hemmx deterjorazzjoni sinnifikanti fil-kwalità ta’ l-ambjent, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal frekwenza ta’ kampjunatura u analiżi inqas minn dawn il-frekwenzi. Jekk ikun hemm xi deterjorazzjoni sinnifikani sussegwenti fl-ambjent b’riżultat ta’ l-iskart jew kull tibdil fl-operazzjoni tar-rimi, l-Istat Membru għandu jerġa’ jmur lura għall-frekwenza ta’ kampjunatura u analiżi mhux inqas minn dak speċifikati fl-Annessi. Jekk Stat Membru jqis li hu neċċessarju jew konsiljabbli, jista’ jiddistingwi bejn parametri differenti, bl-applikazzjoni ta’ dan is-subparagrafu ma dawk il-parametri fejn l-ebda deterjorazzjoni sinnifikanti fil-kwalità ta’ l-ambjent ma ġiet irrekkordjata.

4. Għall-monitoraġġ u l-inspezzjoni ta’ żona xierqa fil-qrib meqjusa li mhiex affettwat, it-tfassil ta’ sistema tal-frekwenza tal-kkampjunatura u l-analiżi għandha tkun stmata mill-Istati Membri. Meta Stat Membru jsib li mhux possibbli li ssir identifikazzjoni ta’ tali żona fil-qrib, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’hekk.

L-Artikolu 5

1. Il-metodi tar-referenza ta’ kejl għad-determinazzjoni tal-valuri parametriċi huma speċifikati fl-Annessi. Laboratorji li jużaw metodi oħra għandhom jassiguraw li r-riżultati miksuba huma kompatibbli.

2. Il-kontenituri użati biex jinġarru l-kampjuni, l-aġenti jew il-metodi użati biex jippreservaw parti ta’ kampjun bil-għan li jsir l-analiżi ta’ parametru jew iżjed, it-trasport u l-ħażna ta’ kampjuni u l-preparazzjoni tagħhom għall-analiżi għandha tkun tali li ma jaffettwax sinnifikativament ir-riżultati ta’ l-analiżi.

L-Artikolu 6

Għas-sorveljanza u l-monitoraġġ ta’ l-ambjenti affettwati, l-Istati Membri jistgħu, f’kull ħin, jfaslu parametri oħra flimkien ma’ dawk imfassla f’din id-Direttiva.

L-Artikolu 7

1. Ir-rapport li kull Stat Membru hu obbligat li jagħti lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14 tad-Diretttiva 78/176/KEE għandu jkun fih dettalji ta’ l-operazzjonijiet ta’ sorveljanza u monitoraġġ magħmula minn entitajiet magħżula skond l-Artikolu 7(2) ta’ dik id-Direttiva. Dawn id-dettalji għandhom, fir-rigward ta’ kull ambjent affettwat, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

- deskrizzjoni tal-post tal-kampjunatura, inkluż il-fatturi permanenti, li jistgħu jingħataw kodiċi, u informazzjoni oħra amministrattiva u ġeografika. Din l-infomrazzjoni għandha tiġi provduta biss la darba l-post tal-kampjunatura huwa determinat,

- deskrizzjoni tal-metodi tal-kampjunatura użati,

- ir-riżultati tal-kejl tal-parametri li d-dterminiazzjoni tagħhom hija mandatorja u, fejn l-Istati Membri jqisuh li hu utenti, kif ukoll il-parametri li d-determinazzjoni tagħhom ma hijiex obbligatorja,

- il-metodi ta’ kejl u analiżi użati u, fejn hu xieraq, il-limiti tagħhom tal-kxif, l-eżattezza u l-preċiżjoni,

- tibdil, adottat skond l-Artikolu 4(3), fil-frekwenza tal-kampjunatura u l-analiżi.

2. L-ewwel sett ta’ data li tiġi kkommunikata bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandu jinġabar waqt it-tielet sena wara n-notifikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3. Il-Kummissjoni għandha, b’ftehim minn qabel ma’ l-Istat Membru ikkonċernat, tippubblika sommarju ta’ l-informazzjoni mgħoddija lilha.

4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel stima ta’ l-effetività tal-proċedura tas-sorveljanza u monitoraġġ ta’ l-ambejnti affettwati u għandha – mhux iktar tard minn sitt snin wara n-notifikazzjoni ta’ din id-Direttiva – tqiegħed quddiem il-Kunsill, jekk ikun xieraq, proposti biex isir titjib ta’ din il-proċedura u, jekk ikun meħtieġ, biex issir l-armonizzazjoni tal-metodi tal-kejl inkluż l-limitu tagħhom tal-kxif, l-eżattezza u l-preċiżjoni u l-metodi tal-kampjunatura tagħhom.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri jistgħu jidderrogaw minn din id-Direttiva fil-każ ta’ għarar jew diżastru naturali jew minħabba kondizzjonijiet tat-temp eċċezzjonali.

L-Artikolu 9

L-emendi meħtieġa biex isir l-adattament ta’ l-Annessi rigward:

- il-parametri elenkati fil-kolonna "tad-determinazzjoni mhux obbligatorja",

- metodi ta’ referenza ta’ kejl,

għal progress xjentifiku u tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura imfassla fl-Artikolu 11.

L-Artikolu 10

1. Kumitat fuq l-adattament għall-progress tekniku (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala "l-kumitat"), li jikkonsisti f’rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u immexxi minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, huwa b’dan stabbilit.

2. Il-kumitat għandu jfassal ir-regoli tal-proċedura tiegħu.

L-Artikolu 11

1. Fejn il-proċedura preskritta f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-kumitat mill-president tal-kumitat, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew mat-talba tar-rappreżentant ta’ l-Istat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jagħti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f’terminu stabbilit mill-president waqt li titqies ta’ l-urġenza tal-kwistjoni. Opinjonijiet għandhom jingħataw b’maġġoranza ta’ 45 vot, il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom jitkejlu skond kif hu provdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president ma għandux jivvota.

3. (a) Fejn il-miżuri maħsuba huma skond l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tadottahom.

(b) Fejn il-miżuri maħsuba ma humiex skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħti lill-Kunsill proposta tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi bil-maġoranza kwalifikata.

(c) Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni lilu tal-proposti, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 12

Punt (ċ) ta’ l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 78/176/KEE huwa b’dan mibdul b’dan li ġej:

"(c) jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ li l-Istati Membri huma obbligati li jwettqu fl-ambjent ikkonċernat jikxfu deterjorazzjoni fiż-żona taħt il-konsiderazzjoni, jew"

.

L-Artikolu 13

Fejn l-eliminazzjoni ta’ l-iskart tirrekjedi li, skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 78/176/KEE, l-awtoritajiet kompetenti ta’ iktar minn Stat Membru wieħed għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet minn qabel, l-Istati Membri involuti għandhom jikkonsultaw lil xulxin fuq il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ.

L-Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonjiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn wara n-notifikazzjoni tagħha. Huma għandhom jinforrmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam gvernat b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Brussel, fit-3 ta’ Diċembru 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

Ch. Christensen

[1] ĠU L 54, tal-25.2.1978, p. 19.

[2] ĠU C 356, tal-31.12.1980, p. 32 u ĠU C 187, tat-22.7.1982, p. 10

[3] ĠU C 149, ta’ l-14.6.1982, p. 101.

[4] ĠU C 230, ta’ l-10.9.1981, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

METODI TAR-RIMI TA’ L-ISKART: RIMI FL-ARJA

Komponenti | Parametri li għandhom ikunu determinati | Il-frekwenza mininima tal-kampjunatura u analiżi ta’ kull sena | Kummenti |

mandatarji | Mhux obbligatorji |

l-Arja | Diossidu tal-kubrit (SO2) Klorur | Trab | Kontinwament | 1.Reġjun b’sorveljanza minn network eżistenti tas-sorveljanza tat-tniġġis ta’ l-arja b’mill-inqas stazzjoni wieħed qrib is-sit tal-produzjoni li jagħti qari rappreżentattiv għat-tniġġis ħiereġ minn dak is-sit. |

| | | 12 | 2.Reġjun mingħajr network ta’ sorveljanza.Kejl ta’ l-ammonti totali ta’ rimi tal-gas mormija mis-sit tal-produzzjoni. Fejn sit għandu diversi sorsi ta’ rimi, jista’ jsir kejl sekwenzjali.Il-metodu tar-referenza tal-kejl għad-diossidu tal-kubrit huwa dak mogħti fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 fuq il-limiti tal-valuri tal-kwalità ta’ l-arja u valuri ta’ gwida għad-diossidu tal-kubrit u partikolati sospiżi tad- (ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 30) |

--------------------------------------------------

ANNESS II

METODI TAR-RIMI TA' L-ISKART: MORMIJA FI JEW IMMERSJONI F'ILMA SALMASTRU

(baħar ta' l-estwarji, kostali jew miftuħ)

Komponenti | Parametri li għandhom ikunu determinati | Il-frekwenza minima tal-kampjunatura u analiżi | Il-Metodu tar-referenza tal-kejl |

mandatarji | mhux obbligatorji |

Il-Kolonna ta’ l-ilma Ilma baħar mhux iffiltrat | Temperatura (°C) | | 3 | Termometrija. Tkejjil għandu jsir fil-post u fil-ħin li jittieħed il-kampjun |

Salinità (%0) | | 3 | Kejl tal-konduttività |

pH (Unità tal-pH) | | 3 | Eletrometrija. Tkejjil għandu jsir fil-post u fil-ħin li jittieħed il-kampjun |

O2 maħlul (mg/O2 maħlul/l) | | 3 | il-metodu winklerMetodu eletrokimiku |

Turbidità (mg solidi/l) jew materja sospiża (mg/l) | | 3 | Għat-turbidità: turbidimetrija Għal materja sospiża: gravimetrija Jintiżen wara filtrazzjoni minn filtru bil-membrana b’pori ta’ 0.45 μm u tnixxif f’temperatura ta’ 105°CJintiżen wara ċentrifugazzjoni (mill-inqas għal ħames minuti, aċċelerazzjoni medja 2800 sa 3200 g) u tnixxif f’temperatura ta’ 105°C |

Fe (maħlul u fis-supensjoni) (mg/l) | | 3 | Wara li l-kampjun kien ppreparat b’mod xieraq, determinazzjoni bi spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku jew spettrofotometrija molekolari |

| Cr, Cd totali, Hg totali (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuspettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

Ti (mg/l) | V, Mn, Ni, Zn (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

| Cu, Pb (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuPolarografija |

Ilma baħar iffiltrat minn filtru bil- membrana bil-pori ta’ 0.45 μm | Fe maħlul (mg/l) | | 3 | Determinazzjoni bi spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku jew bi spettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

| Cr, Cd, Hg (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuspettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

| Ti, V, Mn, Ni, Zn (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

| Cu, Pb (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuPolarografija |

Solidi sospiżi li jibqgħu fil-filtru bil-membrana bil-pori ta. 0.45μm | Fe totali (mg/l) | Cr, Cd, Hg (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuspettrofotometrija ta' assorbiment atomiku molekolari |

| Ti, V, Mn, Ni, Zn (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

| Cu, Pb (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuPolarografija |

Ossidi idratati u idroossidi tal-ħadid (mg Fe/l) | | 3 | Estrazzjoni tal-kampjun taħt kondizzjonijiet aċidużi xierqa; tkejjil permezz ta’ spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku jew permezz ta’ spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku molekolari. L-istess metodu ta’ l-estrazzjoni ta’ l-aċidu għandu jintuża għall-kampjuni kollha li ġejjin mill-istess sit. |

Sedimenti Fis-saff ta’ fuq tas-sediment qrib il-wiċċ kemm jista' jkun | Ti, Fe totali (mg/kg materja niexfa) | V, Cr, Mn, Ni, Cu, Zn, Cd, Hg, Pb (mg/kg materja niexfa) | 3 | Metodi identiċi ta’ dawk għall-kejl fil-kolonna ta’ l-ilma Wara l-preparazzjoni xierqa tal-kampjun (mineralizzazzjoni u purifikazzjoni niexfa jew imxarrba). Il-kwantitajiet tal-metalli għandhom jitkejlu għal daqsijiet speċifiċi ta partiċelli |

Ossidi idratati u idroossidi tal-ħadid (mg Fe/kg) | | 1 | Metodi identiċi ma’ dawk għall-kejl fil-kolonna ta’ l-ilma |

Organiżmi ħajjin Rappreżentazzjoni ta’ l-ispeċji tas-sit: ħut bentiku u invertebrati oħra jew speċji oħra xierqa | Ti, Cr, Fe, Ni, Zn, Pb (mg/kg piż imxarrab u niexef) | V, Mn, Cn, Cd, Hg (mg/kg piż imxarrab u niexef) | 1 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku wara preparazzjoni xierqa tal-kampjuni magħmula minn laħam midħun (mineralizzazzjoni u purifikazzjoni imxarrbin jew nixfin) ħut, il-metalli għandhom jitkejlu fil-muskoli jew f'tessut ieħor xieraq; il-kampjun għandu ikollu mill-inqas 10 organiżmiu krustaċji, il-metalli għandhom jitkejlu fil-laħam. Il-kampjun għandu jikkonsisti f'mill-inqas 50 organiżmu. |

Fawna bentika | Diversità u abbundanza relattiva | | 1 | Klassifikazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-ispeċji rappreżentattivi, li jindikaw l-għadd tal-kampjun kull speċji, densitá u dominanza |

Fawna planktonika | | Diversità u abbundanza relattiva | 1 | Klassifikazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-ispeċji rappreżentattivi, li jindikaw l-għadd tal-kampjun kull speċji, densità u dominanza |

Flora | | Diversità u abbundanza relattiva | 1 | Klassifikazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-ispeċji rappreżentattivi, li jindikaw l-għadd tal-kampjun kull speċji, densità u dominanza |

Ħut in partikolari | Presenza ta’ feriti anatomiċi morbużi fil-ħut | | 1 | Ispezzjoni viżiva tal-kampjuni meħuda ta’ l-ispeċji rappreżentattivi meħuda għal analiżi kimika |

--------------------------------------------------

ANNESS III

METODI TAR-RIMI TA' L-ISKART: RIMI FL-ILMA ĦELU TAL-WIĊĊ

Komponenti | Parametri li għandhom ikunu determinati | Il-frekwenza minima tal-kampjunatura u analiżi | Metodu tar-riferenza tal-kejl |

mandatarji | mhux obbligatorji |

Kolonna ta’ l-ilma Ilma ħelu mhux ffiltrat | Temperatura (°C) | | 3 | Termometrija. Tkejjil għandu jsir fil-post u fil-ħin li jittieħed il-kampjun |

Konduttività f'temperatura ta' 20°C (μS cm-1) | | 3 | Kejl elettrometriku |

pH (Unità tal-pH) | | 3 | Eletrometrija. Tkejjil għandu jsir fil-post u fil-ħin li jittieħed il-kampjun |

O2 maħlul (mg/O2 maħlul/l) | | 3 | Il-metodu winklerMetodu eletrokimiku |

Turbidità (mg solidi/l) jew matterja sospiża (mg/l) | | 3 | Għat-turbidità: turbidimetrija Għal materja sospiża: gravimetrija Jintiżen wara filtrazzjoni minn filtru bil-membrana b’pori ta’ 0.45 μm u tnixxif f’temperatura ta’ 105°CJintiżen wara ċentrifugazzjoni (mill-inqas għal ħames minuti, aċċelerazzjoni medja 2800 sa 3200 g) u tnixxif f’temperatura ta’ 105°C |

Ilma ħelu mhux ffiltrat | Fe (maħlul u fis-sopensjoni) (mg/l) | | 3 | Wara li l-kampjun ikun ppreparat b’mod xieraq, determinazzjoni bi spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku jew bi spettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

| Cr, Cd totali, Hg totali (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuspettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

Ti (mg/l) | V, Mn, Ni, Zn (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

| Cu, Pb (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuPolarografija |

Ilma ħelu ffiltrat minn filtru bil-membrana bil-pori ta’ 0.45 μm | Fe maħlul (mg/l) | | 3 | Tkejjil permezz ta' spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku molekolari |

| Cr, Cd, Hg (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuspettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

| Ti, V, Mn, Ni, Zn (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

| Cu, Pb (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuPolarografija |

Solidi sospiżi li jibqgħu fil-membrana bil-pori ta’ 0.45μm | Fe totali (mg/l) | Cr, Cd, Hg (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuspettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

| Ti, V, Mn, Ni, Zn (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

| Cu, Pb (mg/l) | 3 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuPolarografija |

Ossidni Hidrati u Hidrossidni tal-ħadid (mg Fe/l) | | 3 | Estrazzjoni taħt kondizzjonijiet aċidiużi xierqa; tkejjil permezz ta’ spettrofotometrija ta' assorbiment atomikujew permezz ta’ spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku molekolari. L-istess metodu ta’ l-estrazzjoni ta’ l-aċidu għandu jintuża għall-kampjuni kollha li ġejjin mill-istess sit. |

Sedimenti Fis-saff ta’ fuq tas-sediment qrib il-wiċċ kemm hu possibbli | Ti, Fe totali (mg/kg materja niexfa) | V, Cr, Mn, Ni, Cu, Zn, Cd, Hg, Pb (mg/kg materja niexfa) | 3 | Metodi identiċi ta’ dawk għall-kejl fil-kolonna ta’ l-ilma Wara l-preparazzjoni xierqa tal-kampjun (mineralizazzjoni u purifikazzjoni niexfa jew imxarrba). Il-kwantitajiet tal-metalli għandhom jitkejlu għal daqsijiet speċifiċi tal-partiċelli |

Ossidi idratati u idroossidi tal-ħadid (mg Fe/kg) | | 1 | Metodi identiċi ta’ dawk għall-kejl fil-kolonna ta’ l-ilma |

Organiżmi ħajjin Rappreżentazzjoni ta’ l-ispeċji tas-sit: ħut bentiku u invertabbriti oħtra jew speċji oħra xierqa | Ti, Cr, Fe, Ni, Zn, Pb (mg/kg piż imxarrab u niexef) | V, Mn, Cn, Cd, Hg (mg/kg piż imxarrab u niexef) | 1 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuwara preparazzjoni xierqa tal-kampjuni magħmula minn laħam midħun (imxarrab jew niexef mineralizzazzjoni u purifikazzjoni) Għal ħut, il-metalli għandhom jitkejlu fil-muskoli jew f'tessut ieħor xieraq; il-kampjun għandu ikollu mill-inqas 10 organiżmiGħall-moluski u krustaċji, il-metalli jirdu jitkejlu fil-laħam. Il-kampjun għandu jikkonsisti f'mill-inqas 50 organiżmu. |

Fawna bentika | Diversità u abbundanza relattiva | | 1 | Klassifikazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-ispeċji rappreżentattivi, li jindikaw l-għadd tal-kampjun kull speċji, densità u dominanza |

Fawna plaktonika | | Diversità u abbundanza relattiva | 1 | Klassifikazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-ispeċji rappreżentattivi, li jindikaw l-għadd tal-kampjun kull speċji, densità u dominanza |

Flora | | Diversità u abbundanza relattiva | 1 | Klassifikazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta’ l-ispeċji rappreżentattivi, li jindikaw l-għadd tal-kampjun kull speċji, densitáàu dominanza |

Ħut in partikolari | | Presenza ta’ feriti anatomiċi morbużi fil-ħut | 1 | Ispezzjoni viżiva tal-kampjuni meħuda ta’ l-ispeċji rappreżentattivi meħudin għal analiżi kimika |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

METODI TAR-RIMI TA' L-ISKART: ĦAŻNA U TFIGĦ FUQ L-ART

1. Komponenti | Parametri li għandhom ikunu determinati | Il-frekwenza minima tal-kampjunatura u analiżi | Metodu tar-riferenza tal-kejl |

mandatarji | mhux obbligatorji |

1.Ilma tal-wiċċ mhux iffiltrat madwar is-sit fiż-żona affettwata bil-ħażna u post ‘l barra minn din iż-żona2.Ilma taħt l-art mhux iffiltrat madwar is-sit inkluż, fejn neċessarju, postijiet fejn ikun hemm żbokki | pH (Unità pH) | | 1 | Eletrometrija. Tkejjil għandu jsir fil-ħin tat-teħid tal-kampjun |

SO4 (mg/l) | | 1 | GravimetrijaTitrazzjoni komplessometrika bl-EDTAspettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

Ti (mg/l) | V, Mn, Ni, Zn (mg/l) | 1 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

Fe (mg/l) | Cr (mg/l) | 1 | spettrofotometrija ta' assorbimentatomikuspettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

Ca (mg/l) | | 1 | spettrofotometrija ta' assorbimentatomikuTitrazzjoni komplessometrika |

| Cu, Pb (mg/l) | 1 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuPolargrafija |

Cl (mg/l) | | 1 | Titrimetrija (il-metodu ta’ Mohr) |

L-ambjent tas-sit tal-ħażna u tat-tfigħ | Ispezzjoni viżiva ta’: u l-amministrazzjoni tas-sitfuq il-ħamrija ta’ taħttas-sit | | 1 | Metodi ligħandhom jintagħżlu mill-Istati Membri |

--------------------------------------------------

ANNESS V

METODI TAR-RIMI TA' L-ISKART: INJEZZJONI FIL-ĦAMRIJA

1. Komponenti | Parametri li għandhom ikunu determinati | Il-frekwenza minima tal-kampjunatura u analiżi | Metodu tar-riferenza tal-kejl |

mandatarji | Mhux obbligatorji |

1.Ilma tal-wiċċ mhux iffiltrat madwar is-sit fiż-żona affettwata bl-injezzjoni2.Ilma ta’ taħt l-art mhux iffiltrat madwar is-sit inklużi postijiet fejn hemm żbokki | pH (Unitá pH) | | 1 | Eletrometrija. Tkejjil għandu jsir fil-ħin tat-teħid tal-kampjun |

SO4 (mg/l) | | 1 | GravimetrijaTitrazzjoni komplessometrika bl-EDTAspettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

Ti (mg/l) | V, Mn, Ni, Zn (mg/l) | 1 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomiku |

Fe (mg/l) | Cr (mg/l) | 1 | spettrofotometrija ta' assorbimentatomikuspettrofotometrija ta' assorbiment molekolari |

Ca (mg/l) | | 1 | spettrofotometrija ta' assorbimentatomikuTitrazzjoni komplessometrika |

| Cu, Pb (mg/l) | 1 | spettrofotometrija ta' assorbiment atomikuPolargrafija |

Cl (mg/l) | | 1 | Trimetrija (il-metodu ta’ Mohr) |

Topografija ta’ l-Ambjent | L-istabilità ta’ l-art | | 1 | Stħarriġ fotografiku u topografiku |

Permeabbilità Porosità | | 1 | Testijiet ta’ l-ippompjar Reġistrar tal-bjar |

--------------------------------------------------

Top