This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31981R0654
Council Regulation (EEC) No 654/81 of 10 March 1981 amending Regulation (EEC) No 3179/78 concerning the conclusion by the European Economic Community of the Convention on future multilateral cooperation in the Northwest Atlantic Fisheries
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 654/81 ta' l-10 ta' Marzu 1981 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3179/78 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 654/81 ta' l-10 ta' Marzu 1981 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3179/78 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral
ĠU L 69, 14.3.1981, pp. 1–4
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 069 , 14/03/1981 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0037
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0157
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0037
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0157
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 654/81 ta' l-10 ta' Marzu 1981 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3179/78 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Komunità, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 [2], approva l-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral; Billi fis-7 ta' Ġunju 1979 il-Kunsill Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni dwar iż-Żoni ta' Sajd fil-Majjistral ta' l-Atlantiku adotta b'effett mill-1 ta' Jannar 1980 emendi għall-Anness III tal-Konvenzjoni dwar kooperazzjoniil- paragrafu 2, ta' l-istess Konvenzjoni, li jirrigwardaw id-delimitazzjoni tal-fruntiera bejn is-sottożoni statistiċi li jkopru l-ilmijiet bejn il-kosta tal-punent ta' Greenland u l-kosta tal-Kanada; Billi t-test tal-Konvenzjoni ġie konsegwentament emendat mir-Regolament (KEE) Nru 653/80 [3], li l-applikazzjoni tiegħu kienet, madankollu, limitata għall-31 ta' Diċembru 1980, minħabba li kien ġie addottat bħala miżura proviżorja fuq il-bażi ta' l-Artikolu 103 tat-Trattat; Billi huwa għalhekk neċessarju li jsiru provvedimenti għall-emenda definittiva tar-Regolament (KEE) Nru 3179/78, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-Paragrafi 1(a) u 2(a) ta' l-Anness III tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, ippubblikati fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3179/78, għandhom jiġu emendati b'mod konformi ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Ir-Regolament (KEE) Nru 653/80 qiegħed jiġi mħassar. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Marzu 1981. Għall-Kunsill Il-President G. Braks [1] ĠU C 346, tal-31.12.1980, p. 122. [2] ĠU L 378, tat-30.12.1978, p. 1. [3] ĠU L 74, ta' l-20.3.1980, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS 1. Il-Paragrafu 1(a) ta' l-Anness III tal-Konvenzjoni għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej: "1. (a) Is-Sottożona 0 — dak il-porzjon taż-Żona tal-Konvenzjoni magħluqa man-nofs in-nhar b' linja li testendi għall-lvant minn punt 61°00′ latitudni tramuntana u 65°00′ lonġitudni punent sa punt 61°00′ latitudni tramuntana u 59°00′ lonġitudni punent, imbagħad f' direzzjoni lejn l-ixlokk tul linja sa punt 60°12′ latitudni tramuntana u 57°13′ lonġitudni punent; imbagħad magħluqa mill-lvant b'serje ta' linji ġeodesiċi li jġonġu l-punti li ġejjin: Numru tal-punt | Latitudini | Lonġitudini | 1 | 60°12′0 | 57°13′0 | 2 | 61°00′0 | 57°13′1 | 3 | 62°00′5 | 57°21′1 | 4 | 62°02′3 | 57°21′8 | 5 | 62°03′5 | 57°22′2 | 6 | 62°11′5 | 57°25′4 | 7 | 62°47′2 | 57°41′0 | 8 | 63°22′8 | 57°57′4 | 9 | 63°28′6 | 57°59′7 | 10 | 63°35′0 | 58°02′0 | 11 | 63°37′2 | 58°01′2 | 12 | 63°44′1 | 57°58′8 | 13 | 63°50′1 | 57°57′2 | 14 | 63°52′6 | 57°56′6 | 15 | 63°57′4 | 57°53′5 | 16 | 64°04′3 | 57°49′1 | 17 | 64°12′2 | 57°48′2 | 18 | 65°06′0 | 57°44′1 | 19 | 65°08′9 | 57°43′9 | 20 | 65°11′6 | 57°44′4 | 21 | 65°14′5 | 57°45′1 | 22 | 65°18′1 | 57°45′8 | 23 | 65°23′3 | 57°44′9 | 24 | 65°34′8 | 57°42′3 | 25 | 65°37′7 | 57°41′9 | 26 | 65°50′9 | 57°40′7 | 27 | 65°51′7 | 57°40′6 | 28 | 65°57′6 | 57°40′1 | 29 | 66°03′5 | 57°39′6 | 30 | 66°12′9 | 57°38′2 | 31 | 66°18′8 | 57°37′8 | 32 | 66°24′6 | 57°37′8 | 33 | 66°30′3 | 57°38′3 | 34 | 66°36′1 | 57°39′2 | 35 | 66°37′9 | 57°39′6 | 36 | 66°41′8 | 57°40′6 | 37 | 66°49′5 | 57°43′0 | 38 | 67°21′6 | 57°52′7 | 39 | 67°27′3 | 57°54′9 | 40 | 67°28′3 | 57°55′3 | 41 | 67°29′1 | 57°56′1 | 42 | 67°30′7 | 57°57′8 | 43 | 67°35′3 | 58°02′2 | 44 | 67°39′7 | 58°06′2 | 45 | 67°44′2 | 58°09′9 | 46 | 67°56′9 | 58°19′8 | 47 | 68°01′8 | 58°23′3 | 48 | 68°04′3 | 58°25′0 | 49 | 68°06′8 | 58°26′7 | 50 | 68°07′5 | 58°27′2 | 51 | 68°16′1 | 58°34′1 | 52 | 68°21′7 | 58°39′0 | 53 | 68°25′3 | 58°42′4 | 54 | 68°32′9 | 59°01′8 | 55 | 68°34′0 | 59°04′6 | 56 | 68°37′9 | 59°14′3 | 57 | 68°38′0 | 59°14′6 | 58 | 68°56′8 | 60°02′4 | 59 | 69°00′8 | 60°09′0 | 60 | 69°06′8 | 60°18′5 | 61 | 69°10′3 | 60°23′8 | 62 | 69°12′8 | 60°27′5 | 63 | 69°29′4 | 60°51′6 | 64 | 69°49′8 | 60°58′2 | 65 | 69°55′3 | 60°59′6 | 66 | 69°55′8 | 61°00′0 | 67 | 70°01′6 | 61°04′2 | 68 | 70°07′5 | 61°08′1 | 69 | 70°08′8 | 61°08′8 | 70 | 70°13′4 | 61°10′6 | 71 | 70°33′1 | 61°17′4 | 72 | 70°35′6 | 61°20′6 | 73 | 70°48′2 | 61°37′9 | 74 | 70°51′8 | 61°42′7 | 75 | 71°12′1 | 62°09′1 | 76 | 71°18′9 | 62°17′5 | 77 | 71°25′9 | 62°25′5 | 78 | 71°29′4 | 62°29′3 | 79 | 71°31′8 | 62°32′0 | 80 | 71°32′9 | 62°33′5 | 81 | 71°44′7 | 62°49′6 | 82 | 71°47′3 | 62°53′1 | 83 | 71°52′9 | 62°03′9 | 84 | 72°01′7 | 63°21′1 | 85 | 72°06′4 | 63°30′9 | 86 | 72°11′0 | 63°41′0 | 87 | 72°24′8 | 64°13′2 | 88 | 72°30′5 | 64°26′1 | 89 | 72°36′3 | 64°38′8 | 90 | 72°43′7 | 64°54′3 | 91 | 72°45′7 | 64°58′4 | 92 | 72°47′7 | 65°00′9 | 93 | 73°50′8 | 65°07′6 | 94 | 73°18′5 | 66°08′3 | 95 | 73°25′9 | 66°25′3 | 96 | 73°31′1 | 67°15′1 | 97 | 73°36′5 | 68°05′5 | 98 | 73°37′9 | 68°12′3 | 99 | 73°41′7 | 68°29′4 | 100 | 73°46′1 | 68°48′5 | 101 | 73°46′7 | 68°51′1 | 102 | 73°52′3 | 69°11′3 | 103 | 73°57′6 | 69°31′5 | 104 | 74°02′2 | 69°50′3 | 105 | 74°02′6 | 69°52′0 | 106 | 74°06′1 | 70°06′6 | 107 | 74°07′5 | 70°12′5 | 108 | 74°10′0 | 70°23′1 | 109 | 74°12′5 | 70°33′7 | 110 | 74°24′0 | 71°25′7 | 111 | 74°28′6 | 71°45′8 | 112 | 74°44′2 | 72°53′0 | 113 | 74°50′6 | 73°02′8 | 114 | 75°00′0 | 73°16′3 | 115 | 75°05′ | 73°30′ | u mbagħad lejn it-tramuntana paralleli ma' 78°10′ latitudni tramuntana; u magħluqa mill-punent b'linja li tibda 61°00′ latitudni tramuntana u 65°00′ lonġitudni punent u testendi f' direzzjoni lejn il-majjistral tul ta' linja rhumb sal-kosta tal-Gżira Baffin fi Bluff tal-Lvant (61°55′ latitudni tramuntana u 66°20′ lonġitudni punent), u mbagħad f'direzzjoni lejn it-tramuntana tul il-kosta tal-Gżira Baffin, il-Gżira Bylot, il-Gżira Devon u l-Gżira Ellesmere u tul il-meridjan ta' 80° punent lonġitudni fl-ilmijiet bejn dawk il-gżejjer 78°10′ tramuntana latitudni; u magħluq mat-tramuntana bil-paralelli ta' 78°10′ tramuntana latitudni." 2. Il-Paragrafu 2(a) ta' l-Anness III tal-Konvenzjoni għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "2. (a) Is-Sottożona 1 — dak il-porzjon taż-Żona tal-Konvenzjoni li qiegħda lejn il-lvant tas-Sottożona 0 u lejn it-tramuntana u l-lvant ta' linja rhumb li tgħaqqad punt 60°12′ latitudni tramuntana u 57°13′ lonġitudni punent ma' punt 52°15′ latitudni tramuntana u 42°00′ lonġitudni punent." --------------------------------------------------