EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981D0675

Id-deċiżjoni tal-kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 1981 li tistabbilixxi li ċerti sistemi ta’ siġillar huma sistemi li ma jistgħux jerġgħu jintużaw skond it-tifsira tad-Direttivi tal-Kunsill 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE

OJ L 246, 29.8.1981, p. 26–27 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 023 P. 55 - 56
Portuguese special edition: Chapter 03 Volume 023 P. 55 - 56
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 013 P. 223 - 224
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 013 P. 223 - 224
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 005 P. 66 - 67
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 004 P. 60 - 61
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 004 P. 60 - 61
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 056 P. 59 - 60

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/11/1986

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1981/675/oj

31981D0675



Official Journal L 246 , 29/08/1981 P. 0026 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0223
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0055
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0223
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0055


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Lulju 1981

li tistabbilixxi li ċerti sistemi ta’ siġillar huma "sistemi li ma jistgħux jerġgħu jintużaw" skond it-tifsira tad-Direttivi tal-Kunsill 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE

(81/675/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ żerriegħa tal-pitravi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 78/692/KEE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ żerriegħa tal-pitravi għall-għalf [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 81/126/KEE [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ żerriegħa taċ-ċereali [5], kif emendata l-aħħar bid- Direttiva 81/126/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-marketing ta’ żerriegħa ta’ pjanti taż- żejt u tal-fibra [6], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 81/126/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-marketing ta’ żerriegħa veġetali [7], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 80/1141/KEE [8], u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tagħha,

Billi, skond id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, pakketti ta’ żerriegħa għandhom normalment jiġu ssiġillati b’mod li s-sistema ta’ siġillar tkun tinkludi jew it-tikketta uffiċjali preskritta jew siġill uffiċjali;

Billi dawn il-miżuri mhumiex meħtieġa jekk tintuża sistema li ma tistax terġa’ tintuża darb’ oħra;

Billi fl-interessi ta’ l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet relevanti Komunitarji, għandu jiġi stabbilit li ċerti sistemi ta’ siġillar preżenti huma "sistemi li ma jistgħux jerġgħu jintużaw";

Billi huwa mifhum li s-sistema li hija preżentement użata esklussivament fil-każ taż-żerriegħa taċ-ċereali hija waħda li l-użu tagħha għandu juri tendenza għal tnaqqis b’mod li jiffavorixxi sistemi ġodda li joffru garanziji ikbar ta’ effikaċja, u li għandha terġa’ tiġi kkunsidrata wara ħames snin;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal Propogattiv għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Qiegħed b’dan jiġi stabbilit li s-sistemi ta’ siġillar tal-pakketti li ġejjin huma "sistemi ta’ siġilli li ma jistgħux jerġgħu jintużaw" skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 66/400/KEE, l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 66/401/KEE, l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 66/402/KEE, l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 69/208/KEE u l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 70/458/KEE:

(a) basktijiet tal-karti jew tal-plastik, sakemm dawn ma jkollhom ebda fetħa għajr dik il-parti minn fejn jimtlew u sakemm il-metodu ta’ kif jimtlew ikun jikkonsisti f’sistema li biha jeħlu waħedhom jew ta’ siġillar bis-sħana li tagħlaq wara l-mili b’mod li ma jkunux jistgħu jinfetħu mingħajr ma ssirilhom ħsara;

(b) basktijiet ta’ materjal mhux minsuġ, li jingħalqu bil-ponti ta’ ħjata, sakemm ikun hemm, mill-inqas f’naħa waħda tal-fetħa, timbru li ma jitħassarx ta’ skeda bin-numri, li tibda bin-numru 1 fit-tarf ta’ fuq, jew timbru simili (ittri, disinn), li juri li l-basktijiet żammu d-dimensjonijiet oriġinali tagħhom.

2. Huwa wkoll b’dan stabbilit li s-sistemi ta’ siġill tal-paketti li ġejjin, flimkien ma’ dawk imsemmija fil-paragrafu 1, għadhom fil-preżent meqjusa bħala "sistemi ta’ siġill li ma jistgħux jerġgħu jintużaw" skond it-tifsira ta’ l- l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 66/402/KEE:

Basktijiet tal-karti jew tal-plastik, sakemm dawn ma jkollhom ebda fetħa ħlief dik tal-metodu minn fejn jimtlew, sakemm jingħalqu bil-pressa fuq fejn jimtlew tat-toqol taż-żerriegħa mimlijin biha u sakemm it-tul ta’ dak il-fetħa mhuwiex inqas minn 22 % tal-wisa’ tal-basket.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Lulju 1981.

Għall-Kummissjoni

Gaston Thorn

Il-President

[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2290/66.

[2] ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 13.

[3] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66.

[4] ĠU L 67, tat-12.3.1981, p. 36.

[5] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2305/66.

[6] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3.

[7] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7.

[8] ĠU L 341, tas-16.12.1980, p. 27.

--------------------------------------------------

Top