EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L0779

Council Directive 80/779/EEC of 15 July 1980 on air quality limit values and guide values for sulphur dioxide and suspended particulates

OJ L 229, 30.8.1980, p. 30–48 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 15 Volume 003 P. 5 - 23
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 002 P. 193 - 211
Portuguese special edition: Chapter 15 Volume 002 P. 193 - 211
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 003 P. 22 - 40
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 003 P. 22 - 40
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 001 P. 142 - 162

No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2005; Imħassar b' 399L0030 Art. 9.1;

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/779/oj

31980L0779

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar il-limiti tal-valuri tal-kwalità ta’ l-arja u gwidi għall-valuri tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja

Official Journal L 229 , 30/08/1980 P. 0030 - 0048
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0193
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 2 P. 0193
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0022
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0022
CS.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162
ET.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162
HU.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162
LT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162
LV.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162
MT.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162
PL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162
SK.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162
SL.ES Chapter 15 Volume 01 P. 142 - 162


Direttiva tal-Kunsill

tal-15 ta’ Lulju 1980

dwar il-limiti tal-valuri tal-kwalità ta’ l-arja u gwidi għall-valuri tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja

(80/779/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-programmi ta’ azzjoni dwar l-ambjent tal-1973 [3] u l-1977 [4] tal-Komunitajiet Ewropej jitolbu li tingħata prijorità lill-miżuri kontra d-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja għaliex it-tossiċità tagħhom u l-istadju ta’ għarfien kurrenti tal-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent;

Billi, kull diskrepanza bejn id-disposizzjonijiet diġà applikabbli jew dawk li qegħdin jiġu preparati fid-diversi Stati Membri dwar id-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja jistgħu joħolqu kondizzjonijiet żbilanċati ta’ kompetizzjoni u jistgħu konsegwentament jaffettwaw direttament l-iffunzjonar tas-suq komuni, id-disposizzjonijiet leġislattivi f’dan il-qasam għandhom jiġu armonizzati skond l-Artikolu 100 tat-Trattat;

Billi wieħed mid-doveri bażiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea hu li tippromovi fost il-Komunità żvilupp armonizzat ta’ attivitajiet ekonomiċi u espansjoni kontinwa u bilanċjata; billi dan l-għemil huwa inkonċepibbli mingħajr miżuri li jiġġieldu t-tniġġis, li jtejjbu l-kwalità tal-ħajja u jipproteġu l-Ambjent; billi, minħabba li t-Trattat ma’ provdiex għas-setgħat meħtieġa f’dan il-qasam, l-Artikolu 235 tat-Trattat għandu jiġi fis-seħħ;

Billi, sabiex tiġi protetta s-saħħa umana partikolarment, huwa neċessarju li jitwaqqfu limiti tal-valuri għal dawn iż-żewġ aġenti tat-tniġġis li ma għandhomx jinqabbżu fit-territorju tal-Istati Membri waqt perjodi speċifiċi; billi dawn il-valuri għandhom ikunu bbażati fuq ir-riżultati miksuba fil-qafas tal-ODS, partikolarment dwar ir-relazzjonijiet stabbiliti bejn id-doża u l-effett tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja meħuda flimkien;

Billi, minkejja l-miżuri meħuda, jista’ li ma jkunx possibli li dawn il-limiti ta’ valuri jiġu mħarsa f’ċerti żoni; billi l-Istati Membri allura għandu jkollhom derogi temporanji bil-kondizzjoni li jwasslu lill-Kummisjoni pjanijiet għall-iżvilupp progressivi tal-kwalità ta’ l-arja f’dawn iż-żoni;

Billi gwidi għall-valuri għandhom ikunu stabbiliti biex iservu ta’ prekawzjoni fit-tul għas-saħħa u l-ambjent u bħala punti ta’ referenza għat-twaqqif ta’ skemi speċifiċi f’żoni stabbiliti mill-Istati Membri;

Billi l-miżuri meħuda skond din id-Direttiva għandhom ikunu ekonomikament possibbli u kompatibbli ma’ żvilupp bilanċjat;

Billi huwa neċessarju li jkun stabbilit ħarsien xieraq għall-kwalità ta’ l-arja u partikolarment għall-osservanza tal-limiti tal-valuri; billi l-Istati Membri għandhom allura jiġu obbligati li jwaqqfu stazzjonijiet għall-kejl biex jipprovdu data neċessarji għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

Billi minħabba li fl-Istati Membri jiġu applikati metodi differenti ta’ għażla ta’ kampjuni u analiżi, huwa neċessarju, li taħt ċerti kondizzjonijiet, jiġi permess l-użu ta’ metodi ta’ għażla ta’ kampjuni u kejl oħra apparti l-metodi ta’ referenza stabbiliti fid-Direttiva;

Billi, minħabba li xi Stati Membri jużaw metodi partikolari ta’ għażla tal-kampjuni u analiżi li mhux faċilment jitqabblu mal-metodi ta’ referenza, ikun neċessarju li d-Direttiva tispeċifika limiti tal-valuri li għandhom jiġu rispettati meta jintużgħu dawn il-metodi; billi l-Istati Membri konċernati għandu wkoll ikollhom kejl paralleli f’serje ta’ stazzjonijiet rappreżentattivi li jużaw il-metodi ta’ referenza flimkien mal-metodi tagħhom tal-kejl; billi l-Kummissjoni għandha tagħmel aktar proposti fid-dawl ta’ dawn il-kejl paralleli u minħabba l-bżonn biex jiġu evitati disposizzjonijiet diskriminatorji;

Billi l-iżvilupp sussegwenti tal-metodi ta’ referenza għall-għażla ta’ kampjuni u analiżi msemmija f’din id-Direttiva jistgħu jkunu mixtieqa fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku f’dan il-qasam; billi sabiex jiġi ffaċilitat l-implimentazzjoni tax-xogħol neċessarju għal dan l-għan, għandha titwaqqaf proċedura biex tistabbilixxi koperazzjoni b’saħħitha bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’Kumitat għall-Adattatament tal-Progress Xjentifiku u Tekniku;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi limiti tal-valuri (l-Anness I) u gwida tal-valuri (l-Anness II) għad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja fl-atmosfera u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom sabiex jittejjbu:

- il-protezzjoni tas-saħħa umana,

- il-protezzjoni ta’ l-ambjent.

Artikolu 2

1. "Limiti tal-valuri" jfissru:

- il-konċentrazzjonijiet tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja kkunsidrati simultanjament skond it-Tabella A fl-Anness I, u

- il-konċentrazzjonijiet tal-partiċelli ta’ l-arja kkunsidrati separatament skond it-Tabella B fl-Anness I,

- li, sabiex tiġi protetta s-saħħa umana partikolarment,

magħandhomx jinqabżu fit-territorju tal-Istati Membri waqt perjodi speċifiċi u taħt kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli li ġejjin.

2. "Gwidi tal-valuri" jfissru l-konċentrazzjonijiet tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja tul perjodi speċifiċi li huma mniżżla fl-Anness II u li huma maħsuba li jservu bħala:

- prekawzjonijiet fit-tul għas-saħħa u l-ambjent,

- punti ta’ refernza għat-twaqqif ta’ skemi speċifiċi f’żoni stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li mill-1 ta’April 1983 il-konċentrazzjonijiet tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja fl-atmosfera m’humiex aktar mill-limiti tal-valuri mniżżla fl-Anness I, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li ġejjin.

2. Fejn Stat Membru jikkonsidra li hemm possibbilità li, minkejja l-miżuri meħuda, il-konċentrazzjonijiet taddiossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja fl-atmosfera jistgħu, wara l-1 ta’April 1983, f’ċerti żoni jaqbżu l-limiti tal-valuri mniżżla fl-Anness 1, għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan qabel l-1 t’Ottubru 1982.

Fl-istess ħin għandu jgħaddi lill-Kummissjoni pjanijiet għat-titjib progressiv tal-kwalità ta’ l-arja f’dawk iż-żoni. Dawn il-pjanijiet, mħejjija fuq il-bażi ta’ informazzjoni relevanti fuq in-natura, l-oriġini u l-evoluzzjoni tat-tniġġis, għandhom jiddiskrivu b’mod partikolari l-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu u l-proċeduri implimentati jew li għandhom jiġu mplimentati mill-Istati Membri konċernati. Dawn il-miżuri u proċeduri għandhom iġibu il-konċentrazzjonijiet tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja fl-atmosfera f’dawn iż-żoni għall-valuri inqas jew daqs il-limiti tal-valuri mniżżla fl-Anness I mill-aktar fis possibli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 1993.

Artikolu 4

1. Fiż-żoni fejn l-Istat Membru kkonċernat jikkonsidra li jkun neċessarju li jillimita jew jippreveni żieda prevista fit-tniġġis permezz tad-diossidju tal-kubrit u l-partiċelli ta’ l-arja fil-qawmien ta’ l-iżvilupp, partikolarment l-iżvilupp urban jew industrijali, l-Istat Membru għandu waqt li jieħu l-valuri ta’ gwida fl-Anness II bħala punt ta’ referenza, jistabilixxi valuri li għandhom ikunu anqas mill-limiti tal-valuri fl-Anness I.

2. F’żoni fit-territorju tiegħu li l-Istat Membru kkonċernat jikkonsidra li għandhom jingħataw protezzjoni speċjali għall-ambjent, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi valuri li jkunu ġenernalment anqas mill-valuri ta’ gwida fl-Anness II.

3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-valuri, bil-limitu taż-żmien, u bl-iskedi li jkunu stabbilixxew għaż-żoni msemmija f’paragrafi 1 u 2, u b’kull miżura xierqa li jkunu ħadu.

Artikolu 5

Flimkien mad-disposizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom bl-għan li jieħdu aktar prekawzjonijiet għall-protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent, iħabirku sabiex jimxu lejn il-valuri ta’ gwida fl-Anness II fejn il-konċentrazzjonijiet imkejla huma ogħla minn dawn il-valuri.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom iwaqqfu stazzjonijiet ta’ kejl maħsuba biex jipprovdu d-data neċessarji għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment f’żoni fejn il-limiti tal-valuri msemmija fl-Artikolu 3(1) x’aktarx li se jintlaħqu jew jinqabżu u fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(2); l-istazzjonijiet għandhom ikunu f’siti fejn huwa maħsub li hemm l-aktar tniġġis u fejn il-konċentrazzjonijiet imkejla huma rappreżentattivi tal-kondizzjonijiet lokali.

Artikolu 7

1. Wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-għeluq (31 ta’ Marzu) tal-perjodu ta’ referenza annwali, b’sitwazzjonijiet fejn inqabżu l-limiti tal-valuri stabbiliti fl-Anness I u bil-konċentrazzjonijiet rekordjati.

2. Għandhom ukoll javżaw lill-Kummissjoni, mhux akatar tard minn sena wara l-għeluq tal-perjodu ta’ referenza annwali, bir-raġunijiet għal dawn is-sitwazzjonijiet u bil-miżuri li huma ħadu sabiex jevitaw li dawn jerġgħu jiġru.

3. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jgħaddu informazzjoni lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha stess, fuq il-konċentrazzjonijiet tad-diossidju tal-kubrit u partiċelli ta’ l-arja f’kull żona li huma nnominaw skond l-Artikolu 4(1) u (2).

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha kull sena tippubblika rapport sommarju dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

Applikazzjoni tal-miżuri meħuda skond din id-Direttiva m’għandhomx joħolqu deterjorazzjoni sinifikanti fil-kwalità ta’ l-arja fejn il-livell tat-tniġġis bid-diossidju tal-kubrit u partiċelli ta’ l-arja fiż-żmien tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ikun baxx meta mqabbel mal-limiti tal-valuri mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 10

1. Bl-għan li japplikaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jużaw jew il-metodi ta’ referenza għall-għażla tal-kampjuni u għall-analiżi msemmija fl-Anness III jew kull metodu ieħor tal-għażla tal-kampjuni u tal-analiżi li permezz tiegħu jkunu jridu juru lill-Kummissjoni f’intervalli regolari:

- jew li jassiguraw korrelazzjoni sodisfaċenti tar-riżultati ma’ dawk miksuba permezz tal-metodu ta’ referenza;

- jew li l-kejl meħud b’mod parallel mal-metodu ta’ referenza f’sensiela ta’ stazzjonijiet rappreżentattivi magħżula skond it-talbiet stabbiliti fl-Artikolu 6 juri li hemm relazzjoni li hija raġonevalament stabbli bejn ir-riżultati miksuba permezz ta’ dak il-metodu u dawk miksuba permezz tal-metodu ta’ referenza.

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, Stat Membru jista’ wkoll juża, sakemm id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-proposti mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4 għadha pendenti, il-metodi tal-għażla tal-kampjuni u tal-analiżi stabbiliti fl-Anness IV u l-valuri assoċjati ma’ dawn il-metodi li humw wkoll stabbiliti fl-Anness IV minflok il-limiti tal-valuri mniżżla fl-Anness I.

3. L-Istat Membru li jiddeċiedi li jagħmel użu mid-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 2 għandu iżda jieħu l-kejl paralleli f’sensiela ta’ stazzjonijiet tal-kejl rappreżentattivi magħżula skond it-talbiet tal-Artikolu 6, sabiex jivverifika l-istrinġiment korrispondenti tal-limiti tal-valuri mniżżla fl-Anness IV u fl-Anness I. Ir-riżultati ta’ dawn il-kejl paralleli, li jinkludu fihom partikolarment sitwazzjonijiet fejn inqabżu l-limiti tal-valuri stabbiliti fl-Anness I, u l-konċentrazzjonijiet rekordjati, għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni f’intervalli regolari, u mill-inqas darbtejn fis-sena sabiex jiġu nkorporati fir-rapport anwali li hemm provdut fl-Artikolu 8.

4. Il-Kummissjoni għandha, wara ħames snin, iżda fiż-żmien sitt snin mill-għeluq iż-żmien tal-limitu ta’ 24 xahar speċifikat fl-Artikolu 15(1), tissotometti rapport lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-kejl paralleli mniżżel fil-paragrafu 3 u għandha, wara li tikkonsidra partikolarment dawn ir-riżultati u l-bżonn biex jiġu evitati disposizzjonijiet diskriminatorji, tagħmel proposti li jirrelataw mal-paragrafu 2 u mal-Anness IV. Fir-rapport li hemm provdut fl-Artikolu 8 il-Kummissjoni għandha tindika jekk innotatx sitwazzjonijiet fejn inqabżux il-limiti tal-valuri stabbiliti fl-Anness I b’mod sinifikanti f’okkażjonijiet ripetuti.

5. Il-Kummissjoni għandha, f’postijiet magħżula fl-Istati Membri u b’koperazzjoni ma’ dawn ta’ l-aħħar, tagħmel studji fuq il-kampjuni u l-analiżi tad-diossidju tal-kubrit u tad-duħħan iswed u tal-partiċelli ta’ l-arja. Dawn l-istudji għandhom ikun ddisinjati partikolarment sabiex jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-metodi tal-għażla tal-kampjuni u tal-analiżi ta’ dawn li joħolqu t-tniġġiż.

Artikolu 11

1. Fejn l-Istati Membri fir-reġjuni tal-fruntiera jistabbilixxu valuri tal-konċentrazzjoni tad-diossidju tal-kubrit u tal-partiċelli ta’ l-arja fl-atmosfera skond l-Artikolu 4(1) u (2), għandhom ikollhom konsultazzjonijiet minn qabel. Il-Kummissjoni tista’ tattendi għal dawn il-konsultazzjonijiet.

2. Fejn il-limiti tal-valuri mogħtija fl-Anness I jew il-valuri msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2), għalkemm dawn il-valuri ta’ l-aħħar kienu s-suġġett tal-konsultazzjonijiet skond il-paragrafu 1, huma jew jistgħu jinqabżu wara tniġġis sinifikanti li joriġina jew seta’ oriġina fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri konċernati għandhom ikollhom konsultazzjonijiet bl-għan li titranġa s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tattendi għal dawn il-konsultazzjonijiet.

Artikolu 12

Il-proċeduri stabbilita fl-Artikoli 13 u 14 għall-adattament ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku għandha tinkorpora l-iżvilupp sussegwenti tal-metodi ta’ referenza tal-għażla tal-kampjuni u tal-analiżi msemmija fl-Anness III. Dan l-adattament ma għandux jirriżulta fl-ebda modifika diretta jew indiretta fil-valuri effettivi tal-konċentrazzjoni mogħtija fl-Annessi I u II.

Artikolu 13

1. Għall-għan tal-Artikolu 12 Kumitat dwar l-adattament ta’ din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", għandu jkun stabbilit; għandu jikkonsisti f’rappreżentattivi tal-Istati Membri, b’rappreżentattiv tal-Kummissjoni bħala President.

2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 14

1. Fejn trid tiġi segwita l-proċedura preskritta f’dan l-Artikolu, il-Kumitat għandu jitlaqqa’ mill-President, jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f’limitu taż-żmien li l-President jistabbilixxi filwaqt li jqis l-urġenza tal-materja. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu meħuda b’maġġoranza ta’ 41 vot, bil-voti ta’ l-Istati Membri mwieżna kif provvdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president m’għandux vot.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti jekk ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

Fejn il-miżuri proposti ma jkunux bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew ma tintbagħat l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti mingħajr dewmien proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-proposta tiġi sottomessa lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 24 xahar min-notifika tagħha u għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Lulju 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Santer

[1] ĠU C 83, tal-4.4.1977, p. 44.

[2] ĠU C 204, tat-30.8.1976, p. 34.

[3] ĠU C 112, tal-20.12.1973, p. 1.

[4] ĠU C 139, tat-13.6.1977, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LIMITI TAL-VALURI GĦAD-DIOSSIDJU TAL-KUBRIT U GĦALL-PARTIĊELLI TA' L-ARJA

(Kif inhuma mkejjla bil-metodu tad-duħħan l-iswed)

TABELLA A

Limiti tal-valuri għad-diossidju tal-kubrit espressi f'μg/m3 bil-valuri assoċjati għal-partiċelli ta' l-arja (kif inhuma mkejjla bil-metodu tad-duħħan l-iswed [1] espressi f' μg/m3

Perjodu ta' Referenza | Limiti tal-valuri għad-diossidju tal-kubrit | Valuri assoċjati għall-partiċelli ta' l-arja |

Sena | 80 (in-nofs tal-medja tal-valuri ta' kuljum meħuda matul is-sena) | > 40 (in-nofs tal-medja tal-valuri ta' kuljum meħuda matul is-sena) |

120 (in-nofs tal-medja tal-valuri ta' kuljum meħuda matul is-sena) | ≤ 40 in-nofs tal-medja tal-valuri meħuda kuljum matul is-sena) |

Ix-Xitwa L-1 t'Ottubru sal-31 ta' Marzu) | 130 (in-nofs tal-medja tal-valuri meħuda kuljum matul ix-xitwa) | > 60 (in-nofs tal-medja tal-valuri meħuda kuljum matul ix-xitwa) |

180 (in-nofs tal-medja tal-valuri meħuda kuljum matul ix-xitwa) | ≤ 60 (in-nofs tal-medja tal-valuri meħuda kuljum matul ix-xitwa) |

Sena (magħmula minn units ta' kejl fuq perjodu ta' 24 siegħa) | 250 [2] (98 perċentwali tal-medja tal-valuri kollha meħuda matul is-sena) | >150 (98 perċentwali tal-medja tal-valuri kollha meħuda matul is-sena) |

350 [2] (98 perċentwali tal-medja tal-valuri kollha meħuda matul is-sena) | ≤ 150 (98 perċentwali tal-medja tal-valuri kollha meħuda matul is-sena) |

TABELLA B

Limiti tal-valuri għal-partiċelli ta' l-arja (kif inhuma mkejjla bil-metodu tad-duħħan l-iswed [3] espressi f' μg/m3

Perjodu ta' Referenza | Limitu tal-valur għall-partiċelli ta' l-arja |

Sena | 80 (in-nofs tal-medja tal-valuri ta' kuljum meħuda matul is-sena) |

Ix-Xitwa (L-1 t'Ottubru sal-31 ta' Marzu) | 130 (in-nofs tal-medja tal-valuri ta' kuljum meħuda matul ix-xitwa) |

Sena (magħmula minn units ta' kejl fuq perjodu ta' 24 siegħa) | 250 [4] (98 perċentwali tal-medja tal-valuri kollha meħuda matul is-sena) |

[1] Ir-riżultati tal-kejl tad-duħħan iswed meħuda bil-metodu tal-OCED inbidlu f’units tal-gravimetriċi kif inhuma deskritti mill-OCED (ara l-Anness III).

[2] L-Istati Membri jridu jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jassiguraw li dan il-valur ma' jiskorriex għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu jirsistu sabiex jipprevjenu u jnaqqsu sitwazzjonijiet bħal dawn fejn dan il-valur ġie skorrut.

[3] Ir-riżultati tal-kejl tad-duħħan iswed meħuda bil-metodu tal-OCED inbidlu f’units tal-gravimetriċi kif inhuma deskritti mill-OCED (ara l-Anness III).

[4] L-Istati Membri jridu jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jassiguraw li dan il-valur ma' jiskorriex għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi. Barra minn hekk, l-Istati Membri jridu jirsistu sabiex jipprevjenu u jnaqqsu sitwazzjonijiet bħal dawn fejn dan il-valur ġie skorrut.'

--------------------------------------------------

ANNESS II

GWIDA TAL-VALURI GĦAD-DIOSSIDJU TAL-KUBRIT U GĦALL-PARTIĊELLI TA' L-ARJA

(kif inhuma mkejjla bil-metodu tad-duħħan l-iswed)

TABELLA A

Gwida tal-valuri għal dijossidu tal-kubrit espressi fi μg/m3

Perjodu ta' Referenza | Gwida tal-valuri għad-diossidju tal-kubrit |

Sena | 40 sa 60 (medja aritmetika tal-medja tal-valuri ta' kuljum meħuda matul is-sena) |

24 siegħa | 100 sa 150 (l-medja tal-valuri ta' kuljum) |

TABELLA B

Gwida tal-valuri għal partikulati sospiżi (kif imkejjlin bil-metodu ta' duħħan iswed [1]espressi fi μg/m3

Perjodu ta' Referenza | Gwida tal-valuri għall-partiċelli ta' l-arja |

Sena | 40 sa 60 (medja aritmetika tal-medja tal-valuri ta' kuljum meħuda matul is-sena) |

24 siegħa | 100 sa 150 (l-medja tal-valuri ta' kuljum) |

[1] Ir-riżultati tal-kejl tad-duħħan iswed meħuda bil-metodu tal-OCED inbidlu f'units tal-gravimetriċi kif inhuma deskritti mill-OCED (ara l-Anness III).

--------------------------------------------------

ANNESS III

METODI TA’ REFERENZA GĦALL-KAMPJUNI U ANALIŻI LI GĦANDHOM JITĦADDMU FIL-KUNTEST TA’ DIN ID-DIRETTIVA

A. DIOSSIDJU TAL-KUBRIT

Il-metodu ta’ referenza għall-kampjuni biex jiġi stabbilit id-diossidju tal-kubrit juża l-apparat deskritt fl-Istandard Internazzjonali ISO-4219, l-ewwel edizzjoni 1979/09/15. Iż-żmien li fih jittieħdu l-kampjuni huwa normalment ta’ 24 siegħa.

Il-metodu ta’ referenza għall-analiżi huwa dak deskritt fid-dettal fl-Anness V; huwa bbażat fuq l-Abbozz tal-Istandard Internazzjonali ISO DP-6767, li ġie revist fi Frar 1979: "Kwalità ta’ l-arja - determinazzjoni tal-konċentrazzjoni massa tad-diossidju tal-kubrit fl-arja ambjentali - tetrachloromercurate (TCM)/pararosaniline". Dan il-metodu ta’ analiżi huwa bbażat fuq il-prinċipju tar-reazzjoni kolorimetrika mal-pararosaniline.

B. PARTIĊELLI TA’ L-ARJA

Sabiex jiġi determinat id-duħħan iswed u l-konverżjoni tiegħu f’units gravimetriċi, il-metodu stabbilit mill-grupp ta’ ħidma tal-OECD dwar il-metodi ta’ kejl għat-tniġġis ta’ l-arja u metodi ta’ teknika (1964) huwa kkonsidrat li jkun il-metodu ta’ referenza.

Għall-metodi msemmija hawn fuq, stabbiliti rispettivament mill-ISO u l-OECD, il-verżjoni lingwistika pubblikata minn dawn l-organizzazzjonijiet għandha tkun ikkunsidrata bħala awtentika flimkien mal-verżjonijiet l-oħra li l-Kummissjoni tiċċertifika bħala konformi magħhom.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

LIMITI TAL-VALURI GĦAD-DIOSSIDJU TAL-KUBRIT U L-PARTIĊELLI TA’ L-ARJA (KIF INHUMA MKEJJLA MILL-METODU GRAVIMETRIĊI) APPLIKABBLI FIL-KUNTEST TAL-ARTIKOLU 10(2)

TABELLA A

Valuri ta’ limitu għal dijossidu tal-kubrit espressi fi μg/m3

Perjodu ta’ Referenza | Limiti tal-valuri għad-diossidju tal-kubrit |

Sena | 140 (medja aritmetika tal-valuri ta’ 30 minuta meħuda matul is-sena) |

Sena (magħmula minn units ta’ perjodu ta’ kejl ta’ 30 minuta) | 400 (95 perċentwali tal-valuri kollha tat-30 minuta meħuda matul is-sena) |

TABELLA B

Gwida tal-valuri għal partikulati sospiżi (kif imkejjlin bil-metodu gravimetriku mfisser fi (ii) ta’ hawn taħt) espressi fi μg/m3

Perjodu ta’ Referenza | Limiti tal-valuri għall-partiċelli ta’ l-arja |

Sena | 150 (medja aritmetika tal-medja tal-valuri ta’ kuljum meħuda matul is-sena) |

Sena (magħmula minn units ta’ kejl fuq perjodu ta’ 24 siegħa | 300 (95 perċentwali tal-valuri kollha ta’ kuljum meħuda matul is-sena) |

Il-metodi tal-kampjuni u analiżi applikabbli fil-kuntest tal-Artikolu 10(2) jitrattaw:

(i) Diossidju tal-kubrit

- Metodu ta’ kif jintgħażel il-kampjun: stazzjonijiet ta’ kejl li jippermettu għażla ta’ kampjuni bl-addoċċ jintużaw ma’ xibka ta’ gradilja rappreżentata f’Figura 1. F’kull punt tax-xibka mill-inqas 13-il kampjun kull sena jittieħdu bejn it-8 am u l-4 p.m. fil-ġranet tax-xogħol. Il-kampjuni differenti jinġabru għal 30 minuta kontinwa b’intervalli regolari matul is-sena, per eżempju kif ġej:

Fl-ewwel ġurnata, il-kampjuni jittieħdu fil-punti mmarkati "a" fil-Figura 1, fit-tieni ġurnata fil-punti mmarkati "b", fit-tielet ġurnata fil-punti mmarkati "ċ" u fir-raba’ ġurnata fil-punti mmarkati "d". Dawn l-għażliet ta’ kampjuni jiġu repetuti għal kull punt f’intervalli ta’ erba’ ġimgħat għall-perjodi differenti ta’ 30 minuta magħżula "bl-addoċċ".

—Perjodu ta’ evalwazzjoni: | sena waħda, |

—in-numru ta’ punti: | 16 f’xibka tal-gradilja, |

—id-dewmien biex jintgħażel il-kampjun: | 30 minuta kontinwa bejn it-8 a.m. u l-4 p.m. fil-ġranet tax-xogħol, |

—in-numru ta’ kampjuni f’kull punt: | mill-inqas 13, |

—in-numru totali ta’ kampjuni: | mill-inqas 208. |

+++++ TIFF +++++

Skema ta’ l-għażla tal-kampjuni

- Metodu tal-analiżi: il-metodu ta’ referenza tal-Anness III. Il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10(1) tapplika.

(ii) Partiċelli ta’ l-arja

- Metodu tal-għażla tal-kampjuni:

1. Il-partiċelli ta’ l-arja jinġabru fuq passatur magħmul jew minn membrane jew minn fibre tal-ħġieġ.

2. Is-sistema tal-għażla tal-kampjuni tikkonsisti fi:

- passatur,

- appoġġ għall-passatur,

- pompa,

- arloġġ tal-gass volumetriku.

3. Is-sistema ta’ l-għażla tal-kampjuni ma tinkludix għodda għall-frazzjonijiet.

4. It-tul tal-għażla tal-kampjuni hu 24 siegħa.

5. Il-passatur huwa protett kontra d-deposizzjoni diretta tal-partiċelli li jibqgħu fil-qiegħ u kontra l-influwenza diretta tal-kondizzjonijiet atmosferiċi.

6. Il-passaturi wżati għandu ikollhom effiċjenza ta’ iktar minn 99 % għall-partiċelli li għandhom dijametru erjodinamiku ta’ 0.3 μm.

7. Il-veloċità ta’ l-arja fil-wiċċ tal-passatur hija bejn 33 u 55 ċm/sek inklużi. In-nuqqas fil-velocità matul iż-żmien tal-għażla tal-kampjuni m’għandhiex taqbeż il-5 % jekk passaturi tal-fibre tal-ħġieġ jintużaw jew 25 % jekk jintużaw passaturi tal-membrane.

8. In-numru ta’ għażliet ta’ kampjuni meħuda matul is-sena għandu jkun għall-inqas 100, mifruxa uniformimament tul dan il-perjodu.

- Metodu ta’ analiżi:

(a) L-analiżi jsir permezz ta’ l-użin.

(b) 1. Passaturi tal-membrane għandhom ikunu kondizzjonati, qabel u wara l-għażla tal-kampjun, billi jinżammu f’temperatura kostanti ta’ bejn id-90 u l-100 °C għal sagħtejn u sussegwentement jinħażnu f’dessikatur għal sagħtejn qabel ma’ jiġu mwieżna.

(b) 2. Passaturi tal-fibre tal-ħġieġ għandhom ikunu kondizzjonati, qabel u wara l-għażla tal-kampjun, billi jinżammu għal perjodu ta’ 24 siegħa f’atmosfera ta’ 20 °C u umdita relattiva ta’ 50 % qabel ma’ jiġu mwieżna.

--------------------------------------------------

ANNESS V

METODU TA’ REFERENZA TA’ L-ANALIŻI GĦAD-DIOSSIDJU TAL-KUBRIT

Kwalità ta’ l-arja - Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni massa tad-diossidju tal-kubrit fl-arja ambjentali - metodu tat-tetrachloromercurate (TCM)/pararosaniline.

1. L-INTENZJONI

Dan l-abbozz tal-istandard internazzjonali jispeċifika metodu spettrofotometriku għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni massa tad-diossidju tal-kubrit fl-arja ambjentali. L-istandard jinkludi metodi kemm għal-għażla tal-kampjuni kif ukoll tal-analiżi.

2. IL-QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI

Bil-proċedura deskritta f’dan l-istandard, il-konċentrazzjonijiet atmosferiċi tad-diossidju tal-kubrit bejn is-7 u l-1150 μg/m3 jistgħu jiġu stabbiliti.

Nota

Jekk konċentrazzjonijiet aktar ogħlja jridu jiġu stabbiliti fatturi integrali tas-soluzzjoni tal-kampjun jew kampjuni ta’ l-arja iżgħar minn dawk speċifikati f’dan l-istandard jistgħu jittieħdu. F’dan il-każ l-effiċjenza tal-konċentrazzjonijiet li qed jiġu studjati sabiex jassorbu.

Interferenzi minn metalli tqal, oxides tan-nitrogen, ozone u komposti tal-kubrit ridott (per eżempju hydrogen sulphide u mercaptanes) huma eliminati jew minimizzati. Is-sulphuric acid u s-sulphates ma’ jinterferux ma’ xulxin. L-ebda interferenza tas-sulphur trioxide ma’ ġiet aċċertata esperimentalment, minħabba li presumibbilment dan jitħallat bl-ilma bis-sulphuric acid fis-soluzzjoni assorbenti.

3. IL-PRINĊIPJU

Kampjun ta’ l-arja mkejjel huwa meħud minn soluzzjoni ta’ sodium tetrachloromercurate (TCM) u d-diossidju tal-kubrit preżenti fl-arja huwa assorbit bil-formazzjoni ta’ kumpless dichlorosulphitomercurate.

Is-soluzzjoni tal-kampjun huwa trattat b’soluzzjoni tal-sulphamic acid sabiex ikisser in-nitrite anion iffurmat mill-oxides tan-nitrogen preżenti fl-arja. Imbagħad jiġi trattat b’soluzzjonijiet ta’ formaldehyde u pararosaniline mbajjda bl-aċtu lijkun fih l-phosphoric acid sabiex jinkiseb pH ta’ 1.6 ± 0.1.

Pararosaniline, formaldehyde u l-bisulphite anion jirreaġixxu biex jiffurmaw l-aċidu sulfoniku pararosaniline methyl kulurit intensament, li jaġixxi bħala indikatur b’żewġ kuluri (λmax = 548 nm fi pH 1.6 ± 0,1).

Il-konċentrazzjoni tad-diossidju tal-kubrit tittieħed minn tabella tal-kalibrazzjoni preparata fuq il-bażi ta’ taħliet ta’ gassijiet kalibrati (6.3.1). Skond l-apparat disponibbli fil-laboratrorju f’ċerti każijiet jista’ jkun konvenjenti, li jsir iċċekkjar b’rutina sabiex it-taħlit ta’ gassijiet kalibrati jinbidlu bis-soluzzjonijiet ta’ konċentrazzjonijiet magħrufa tas-sodium bisulphite. Madankollu, din il-proċedura għandha tintuża biss wara kalibrazzjoni tajba b’apparat li jinvadi.

4. SUSTANZI REATTIVI

4.1. Is-sustanzi reattivi kollha għandhom ikunu ta’ kwalità analitika (favur l-analiżi).

Kemm-il darba ma’ jkunx indikat mod ieħor, referenzi għall-ilma għandhom ifissru ilma distillat. L-ilma għandu jkun nieqes mill-oxidants u preferebbilment għandu jkun distillat doppju minn apparat li jkun kollu tal-ħġieġ.

4.2. Soluzzjoni assorbenti: 0.04 moles/l sodium tetrachloromercurate (TCM).

Dewweb 10.9 g ta’ mercury (II) chloride, 4.7 g ta’ sodium chloride u 0.07 g ta’ ethylendiamine tetracetic acid disodium salt (EDTA) fl-ilma u ħallat għal litru.

Is-soluzzjoni hija stabbli għal diversi xhur u għandha tintrema jekk jifforma preċipitat.

Noti

1. L-ammont ta’ EDTA miżjud jelimina l-possiblita t’interferenzi minn metalli tqal sa 60 μg ta’ ħadid (III), 10 μg ta’ manganiżju (II), 10 μg ta’ kronju (III), 10 μg ta’ ram (II) u 22 μg ta’ vanadium (V) f’soluzzjoni assorbenti ta’ 10ml.

2. Is-soluzzjoni hija velenuża ħafna u għandha tiġi trattata b’dan il-mod. Metodu ta’ kif tirkupra l-merkurju wara l-analiżi huwa mogħti fl-Anness Ċ. Jekk xi soluzzjoni assorbenti taqa’ fuq il-ġilda, għandha titlaħlaħ b’ilma immedjatament.

4.3. Hydrochloric acid, 1 mole/l

Dewweb 86 ml ta’ hydrochloric acid, HCl (p = 1.19 g/ml, għal litru.

4.4. Pararosaniline hydrochloride, 0.2 % soluzzjoni maħżuna

Dewweb 0.2 g ta’ pararosaniline hydrochloride, C19H17N3.HCl f’100 ml ta’ hydrochloric acid (4.3).

Nota

Pararosaniline hydrochloride użat fil-preparazzjoni tas-soluzzjoni maħżuna għandu jkollu purità ta’ iktar minn 95 % (Ara l-Anness D) u juri li kapaċi jassorbi sa’ massimu ta’ 540 nm f’acetic acid - sodium acetate buffer (0.1 moles/l). Aktar minn hekk, dak li tassorbi s-sustanza reattiva vojta m’għandhiex taqbeż l-0.10 meta l-vojt huwa preparat skond il-proċedura deskritta f’sezzjoni 6.2.

Sustanzi reattivi li ma’ jilħqux dawn it-talbiet għandhom jiġi riġettati jew purifikat. Il-purifikazzjoni tista’ ssir permezz ta’ kristallizzazzjoni jew estrazzjoni (ara l-Anness D).

4.5. Aċidu fosforiku, 3 moles/l

Dewweb 205 ml ta’ aċidu fosforiku konċentrat, H3PO4, (p = 1.69 g/ml) mal-ilma għal litru.

4.6. Soluzzjoni tas-sustanza reattiva pararosaniline

Ippipetta 20 ml ta’ soluzzjoni maħżuna ta’ pararosaniline hydrochloride (4.4) u 25 ml ta’ aċidu fosferiku (4.5) fil-flixkun volumetriku ta’ 250 ml u żid sal-marka bl-ilma.

Din is-sustanza reattiva tibqa’ stabbili għal diversi xhur jekk tiġi maħżuna fid-dlam.

4.7. Formaldehyde, soluzzjoni biex taħdem

Ippipetta 5 ml ta’ 40 % tas-soluzzjoni formaldehyde, HCHO, fi flixkun volumetriku ta’ litru u żid sal-marka bl-ilma. Ħejji kuljum.

4.8. Sulphamic acid, 0.6 % soluzzjoni biex taħdem

Dewweb 0.6 g ta’ sulphamic acid, NH2SO3H, f’100 ml ilma. Din is-soluzzjoni tibqa’ stabbli għal ftit jiem jekk tiġi protetta mill-arja.

4.9. Soluzzjoni tas-sodium bisulphite. Soluzzjoni maħżuna

Dewweb 0.3 g ta’ sodium metabisulphite, Na2S2O5, f’500 ml ta’ ilma mgħolli frisk u ilma distillat imkessaħ (ilma distillat doppju li tneħħa mill-karga ta’ gass aċiduż karboniku huwa preferut). Is-soluzzjoni jkun fiha minn 320 sa 400 μg tad-diossidju tal-kubrit ekwivalenti kull millilitru. Il-konċentrazzjoni proprja hija stabbilita billi żżid aċċess ta’ iodine ma’ fattur integrali tas-soluzzjoni u konvertita f’soluzzjoni ta’ sodium thiosulphate (ara l-Anness B).

Is-soluzzjoni m’hijiex stabbli.

4.10. Is-soluzzjoni standard tas-sodium bisulphite.

Immedjatament wara l-istandardizzazzjoni tas-soluzzjoni maħżuna tas-sodium bisulphite (4.9), ippipetta 2.0 ml tas-soluzzjoni fi flixkun ta’ 100 ml volumetriku u żid il-marka mas-soluzzjoni tas-sodium tetrachloromercurate (4.2).

Din is-soluzzjoni hija stabbli għal 30 ġurnata jekk tiġi maħżuna f’5 oC. Jekk tiġi maħżuna f’temperatura tal-kamra, tibqa’ stabbli għal ġurnata biss.

5. APPARAT

5.1. Apparat biex jintgħażel il-kampjun

L-apparat li jintuża sabiex jintgħażel il-kampjun huwa speċifikat fl-ISO/DIS 4219, Kwalità ta’ l-Arja - determinazzjoni ta’ komponimenti gassati fl-arja ambjentali - apparat għall-għażla tal-kampjuni kif muri fl-1 Figura

+++++ TIFF +++++

Disinn sħiħ ta’ l-apparat għall-għażla tal-kampjuni

Alternattivament għal-meter tal-gass, labra hypodermic tista tintuża bħala orifice kritika f’kaxxa ittermostjata. F’dan il-kas, il-pompa għandha tkun kapaċi li tilħaq Pd/Pu ≤ 0.5, Pd u Pu li jkunu il-presses tal-labra downstream u upstream rispettivament (ara 5.5).

Figura 2

L-apparat jidher fit-2 Figura

+++++ TIFF +++++

5.2. Fliexken biex jassorbu

Fliexken sodisfaċenti sabiex jassorbu għandhom ikunu effiċjenti sabiex jassorbu id-diossidju tal-kubrit ta’ mill-inqas 95 %. Eżempji ta’ fliexken biex jassorbu xierqa huma mogħtija fl-Anness A.

L-effiċjenza f’kemm jassorbu tvarja skond il-ġeometrija tal-flixkun, id-daqs tal-bżieżaq tal-gass u l-ħin ta’ kuntatt li jkollhom mas-soluzzjoni. Tista’ tiġi stabbilita billi ddaħħal it-tieni flixkun biex jassorbi wara l-ewwel wieħed fis-sistema tal-għażla tal-kampjuni u tirrelata l-ammont misjub ta’ sulphur dioxide fl-ewwel flixkun mas-somma totali tad-diossidju tal-kubrit misjub fiż-żewġ fliexken. Meta tkun qed taħdem b’impatti ċkejkna ħafna taħt il-kondizzjonijiet deskritti f’sezzjoni 6.1, l-effiċjenza li tassorbi kienet misjuba li tkun aħjar minn 98 %.

L-użu tat-taħliet tad-diossidju tal-kubrit u l-arja għall-kalibrazzjoni, kif deskritta fi klawsola 6.3.1, awtomatikament tagħti l-effiċjenza sabiex tassorbi tas-sistema.

5.3. L-assorbent Hydrogen sulphide

Tubu tal-ħġieġ mimli b’suf quartz imxarrab b’soluzzjoni li jkun fiha 0.5 % ta’ silver sulphate, Ag2SO4, u 2.5 % ta’ potassium hydrogen sulphate, KHSO4. It-tixrib isir billi tgħaddi s-soluzzjoni darbtejn minn ġot-tubu imbagħad tnixxef is-suf quartz billi ssaħħnu fin-nixxija tan-nitrogen.

5.4. Fliexken tal-kampjuni

Fliexken tal-polyethylene, 100 ml, biex iwasslu s-soluzzjonijiet esposti li kienu assorbiti għall-laboratroju.

5.5. Arloġġ għall-pressjoni tal-gassijiet

Żewġ arloġġi għall-pressjoni tal-gassijiet sa 1000 Pa, għall-kejl tal-pressjonijiet meta tkun qed tintuża fetħa kritika minflok arloġġ tal-gass.

5.6. Arloġġ li jkejjel ir-raġġi jew arloġġ li jkejjel l-intensità tal-kulur

Arloġġ li jkejjel ir-raġġi jew arloġġ li jkejjel l-intensità tal-kulur xierqa biex ikejjlu kemm qed jiġi assorbit bejn wieħed u ieħor f’550 nm. B’arloġġ li jkejjel ir-raġġi, frekwenza ta’ 548 nm għandha tintuża. Jekk jintuża l-arloġġ biex ikejjel l-intesità tal-kulur, il-massimu li għandu jitrasmetti l-passatur għandu jkun bejn wieħed u ieħor ta’ 550 nm. Problemi bis-sustanzi reattivi vojta jistgħu jinħolqu b’apparat li jkollu l-wisa’ tal-faxxa spettrali ikbar minn 20 nm.

Meta titkejjel kemm qed jiġi assorbit uża l-istess ċellola għall-kampjuni u għas-soluzzjonijiet standard. Jekk tintuża aktar minn ċellola waħda, iċ-ċelloli għandhom jitqabblu skond kif jitkejjlu r-raġġi.

6. PROĊEDURA

6.1. Għażla tal-kampjuni

Trasferixxi 10 ml tas-soluzzjoni TCM (4.2) ġo flixkun biex jassorbi u daħlu fis-sistema ta’ l-għażla tal-kampjuni (l-1 Figura). Ipproteġi s-soluzzjoni li qed tassorbi mid-dawl dirett tax-xemx waqt l-għażla tal-kampjuni billi tgħatti l-flixkun li qed jassorbi b’qartas xieraq, bħal aluminium foil, biex tippreveni dikomposizzjoni. Id-dewmien u rata ta’ aspirazzjoni ċċirkolata tiddependi mill-konċentrazzjoni tad-diossidju tal-kubrit fl-arja.

B’impatti ċkejkna ħafan, il-volum tar-rata ċċirkolata għandha tkun bejn 0.5 l/min u 1 l/min. Il-minimu ta’ kwantità ta’ arja aspirata għandha tkun 25 litru.

Sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati, r-rata ta’ ċirkolazzjoni u ż-żmien ta’ l-għażla tal-kampjuni għandhom jintgħażlu sabiex jiġi assorbit minn 0.5 sa 3.0 μg (0.2 sa 1.2 μl f’25 oC u 101325 kPa) tad-diossidju tal-kubrit kull ml ta’ soluzzjoni assorbita.

Jekk l-arja tkun maħsuba li jkun fiha hydrogen sulphide dan għandu jitneħħa b’assorbent ta’ hydrogen sulphide (5.3). Poġġi l-assorbent bejn il-passatur partikolari u l-flixkun li qed jassorbi.

Wara li jintgħażel il-kampjun, stabbilixxi l-volum ta’ arja fil-kampjun, u nnota t-temperatura atmosferika u l-pressjoni (7.1, Nota). Jekk il-kampjun irid jinħażen għal aktar minn 24 siegħa qabel l-analiżi, żommu f’5 oC.

Nota

Jekk is-soluzzjoni tal-kampjun turi preċipizzju, probabbli jkun minħabba r-reazzjoni tal-Hg II mal-compound tas-sulphur imnaqqas. Neħħi l-preċipizzju permezz ta’ filtrazzjoni jew ċentrifugazzjoni qabel l-analiżi.

6.2. Analiżi

Il-kampjuni għandhom jitħallew għall-inqas għal 20 minuta wara li jintgħażlu l-kampjuni sabiex l-ozone li jkun maqbud, jiddikomposta. Imbagħad ittrasferixxi l-kwantità tas-soluzzjoni tal-kampjun ġo flixkun volumetriku ta’ 25 ml, u uża madwar 5 ml ilma biex tlaħlaħ.

Ipprepara wieħed vojt billi żżid 10 ml tas-soluzzjoni assorbenti li m’hijiex esposta (4.2) ġo flixkun volumetriku ta’ 25ml, żid is-sustanzi reattivi kif deskritti aktar ‘l isfel u aqra l-assorbenza kontra l-ilma distillat billi tuża ċelloli ta’ 10 mm. Qabbel dan il-valur mal-vojt li kien rekordjat u li inkiseb meta kienet qed tiġi ppreparata l-kurva tal-kalibrazzjoni. Differenzi ta’ iktar minn 10 % bejn iż-żewġ valuri jindikaw kontaminazzjoni ta’ l-ilma distillat, jew tas-sustanzi reattivi, jew dikomposizzjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar, u f’dan il-każ għandhom jiġu preparati sustanzi reattivi ġodda.

Żid 1 ml tas-soluzzjoni tas-sulphamic acid (4.8) ġo kull flixkun u ħallih għal 10 minuti biex jirreaġixxi sabiex ikisser in-nitrate mill-oxide tan-nitrogen. Imbagħad bi preċiżjoni ppipetta 2 ml tas-soluzzjoni tal-formaldehyde (4.7) u 5 ml tas-sustanza reattiva pararosaniline (4.6) fil-fliexken. Żid sal-marka b’ilma distillat mgħolli frisk u mkessaħ u aħżnu f’thermostat ta’ 20 Ċ. Wara 30 sa 60 minuta kejjel l-assorbenza tal-kampjun u tal-vojt bl-ilma distillat fiċ-ċellola ta’ referenza.

Tħallix is-soluzzjoni tal-kulur fiċ-ċellola għaliex din tħalli lega ta’ żebgħa mal-ħitan.

Nota

Intervalli fissi bejn kull sustanza reattiva li tiġi miżjuda, p.e. minuta tassigura li l-iżvilupp tal-kulur li jerġa’ jiġi prodott ikun aħjar.

Soluzzjonijiet li għandhom assorbenza li hija ogħla mill-aktar konċentrazzjoni għolja użata għall-kalibrazzjoni jistgħu jitħalltu mas-sustanza reattiva vojta sa sitt darbiet aktar sabiex jinkiseb qari fuq l-iskala. Dan il-qari, iżda, huwa biss indikattiv sa ± 10 % tal-valur vera tal-assorbenza.

6.3. Kalibrazzjoni

6.3.1. Kalibrazzjoni mat-taħlita tad-diossidju tal-kubrit ma’ l-arja

Taħlit tad-diossidju tal-kubrit u l-arja hu preparat skond l-ISO/DIS 6349.

Sabiex tiġi preparata l-graph tal-kalibrazzjoni, li hija pjanta ta’ assorbenza kontra l-konċentrazzjoni tad-diossidju tal-kubrit, ikun hemm bżonn mill-inqas erba’ livelli ta’ konċentrazzjoni differenti tad-diossidju tal-kubritbejn il-limiti preskritti f’sezzjoni 2.

Il-proċeudra ta’ l-għażla tal-kampjuni u l-proċedura analitika deskritta f’sezzjonijiet 6.1 u 6.2, rispettivament, japplikaw għal kull taħlit tal-gass tal-kalibrazzjoni. Il-valuri tal-assorbenza huma pjantati kontra l-konċentrazzjonijiet mogħtija tad-diossidju tal-kubrit, u graph tal-kalibrazzjoni hija preparata.

6.3.2. Kalibrazzjoni bis-soluzzjoni tas-sodium bisulphite

Ippipetta gradwalement ammonti tas-soluzzjoni standard tas-sodium bisulphite (4.10), 0, 1.0, 2.0, 3.0, 4.0 u 5.0 ml, f’serje ta’ fliexken volumetriċi ta’ 25 ml. Żid biżżejjed soluzzjoni tas-sodium tetrachloromercurate (4.2) ġo kull flixkun u ġib il-volum għal madwar 10 ml. Imbagħad żid is-sustanza reattiva deskritta f’6.2. Kejjel l-assorbenza ma’ l-ilma distillat fiċ-ċellola ta’ referenza. Għal aktar preċiżjoni ikun neċessarju li tuża banju b’temperatura kostanti. It-temperatura għall-kalibrazzjoni m’għandhiex tkun differenti mit-temperatura għall-analiżi b’iktar minn ± 1 oC.

Ippjanta l-assorbenzi tas-soluzzjonijet (bħala ordinates) kontra l-mikrogrammi tad-diossidju tal-kubrit ikkalkulati skond l-Anness B. Relazzjoni linejari għandha tinkiseb. Il-punt fejn l-assi vertikali jaqta’ mal-linja li l-aktar taqbel mal-punti hija normalment bejn il-units ta’ assorbenza tal-vojt ta’ 0.02 (standard zero) jekk jittieħed il-qari ta’ 10 mm. Evalwa l-fattur tal-kalibrazzjoni (reċiproka mal-inklinatura tal-linja). Dan il-fattur tal-kalibrazzjoni jista’ jintuża biex jiġu kkalkulati r-riżultati, sakemm ma’ jkunx hemm tibdil radikali fit-temperaturi jew fil-pH. Mill-inqas huwa rakkomandat li jkun hemm kampjun tal-kontroll wieħed għal kull serje ta’ determinazzjonijiet sabiex tiġi assigurata li dan il-fattur ikun ta’ min jorbot fuqu.

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI..

1. Kalkolu

Ikkalkula l-konċentrazzjoni massa tad-diossidju tal-kubrit kif ġej:

SO

=

f

as - abV

fejn

SO2 = il-konċentrazzjoni massa tad-diossidju tal-kubrit f’mikrogrammi kull metru kubiku

f = il-fattur tal-kalibrazzjoni (ara 6.3.2)

as = l-assorbenza tas-soluzzjoni tal-kampjun

av = l-assorbenza tal-vojt

V = il-volum ta’ l-arja magħżula fil-kampjun, f’metri kubiċi

Nota

Jekk il-konċentrazzjoni tal-massa tad-diossidju tal-kubrit fil-kondizzjonijiet ta’ referenza (25 oĊ, 1 bar) huma meħtieġa, il-volum ta’ arja magħżul għall-kampjun, V, għandha tinbidel bil-valur korrispondenti tal-volum tal-kondizzjonijiet ta’ referenza, VR:

V

=

298 V p273 + T

fejn

p = pressjoni barometrika, f’bar

T = Temperatura ta’ l-arja magħżula għall-kampjun, f’ oĊ.

7.2. Limitu ta’ skoperta

Il-limitu ta’ skoperta tad-diossidju tal-kubrit f’10 ml ta’ soluzzjoni magħżula għall-kampjun tat-TCM hija bejn 0.2 u 1.0 μg (bbażata fuq id-doppju tal-istandard tad-devjazzjoni). Dan jaqbel mal-konċentrazzjonijet massi tad-diossidju tal-kubrit ta’ bejn is-7 u t-33 μg/m3 (0.02 - 0.011 ppm) f’kampjun ta’ l-arja ta’ 30 litru (p.e. siegħa ta’ għażla ta’ kampjun 0.5 l/min).

7.3. Preċiżjoni u akkuratezza

Il-preċiżjoni u l-akkuratezza tal-metodu għadhom ma’ ġewx stabbiliti għall-ebda grad ta’ ċertezza fuq diversi konċentrazzjonijiet tad-diossidju tal-kubrit, l-anqas ma’ hija magħrufa l-effiċjenza assoluta tal-kollezzjoni għall-varjetà wiesgħa ta’ sistemi possibbli għall-għażliet tal-kampjuni u għall-ittestjar.

L-istandard tad-devjazzjoni relattiva ta’ metodu komparattiv tat-TCM għar-replikazzjoni nstab li huwa 17 μg/m3 f’konċentrazzjoni ta’ 1000 μg/m3 (1).

8. LETTERATURA

(1) H.C. McKee, R.E. Childers, O. Saenz: Studju Kollaborattiv ta’ Metodu ta’ Referenza għad-Determinazzjoni tad-Diossidju tal-Kubrit fl-Atmosfera (Il-Metodu tal-Pararosaniline). Kuntratt CPA 70-40, SwRI Proġett 21-2811. Aġenzija għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent, Research Triangle Park, N.C., Settembru 1971.

--------------------------------------------------

Top