EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L0232

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-firxa ta’ kwantitajiet nominali u kapaċitajiet nominali permessi għal ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel

OJ L 51, 25.2.1980, p. 1–7 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 13 Volume 009 P. 101 - 107
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 011 P. 3 - 9
Portuguese special edition: Chapter 13 Volume 011 P. 3 - 9
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 002 P. 217 - 223
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 002 P. 217 - 223
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 006 P. 14 - 20
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 005 P. 94 - 100
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 005 P. 94 - 100

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/04/2009; Imħassar b' 32007L0045

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/232/oj

31980L0232



Official Journal L 051 , 25/02/1980 P. 0001 - 0007
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0217
Greek special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0217
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0003


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-15 ta’ Jannar 1980

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta mal-firxa ta’ kwantitajiet nominali u kapaċitajiet nominali permessi għal ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel

(80/232/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi li d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE ta’ l-20 ta’ Jannar 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel [4] tispeċifika l-iżbalji negattivi tollerabbli fil-kontenut ta’ dan l-imballaġġ minn qabel, flimkien mal-marki u l-metodi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati għal dan l-imballaġġ minn qabel biex ikunu jistgħu jiċċirkolaw fil-Komunità;

Billi, iżda, l-imsemmija Direttiva ma tneħħix l-ostakoli kollha għal kummerċ ta’ prodotti f’imballaġġ minn qabel li jirriżultaw minn differenzi fil-liġijiet dwar il-kwalitajiet metroloġiċi ta’ prodotti bħal dawn; billi, b’mod partikolari l-Istati Membri għandhom disposizzjonijiet differenti rigward il-volum jew l-użin ta’ prodotti bħal dawn; u billi għalhekk disposizzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu approssimati;

Billi, għal ċertu prodott, l-għadd ta’ kwantitajiet li huma viċin ħafna ta’ xulxin u li jistgħu jħawdu lill-konsumatur għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun, fl-interess ta’ trasparenza akbar tas-suq;

Billi dan it-tnaqqis għandu jolqot kemm il-kontenituri ta’ prodotti f’imballaġġ minn qabel u prodotti li jinbiegħu bl-użin jew bil-volum;

Billi l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ disposizzjonijiet komuni kemm għal strumenti ta’ kejl kif ukoll metodi ta’ kontroll metroloġiku [5], kif emendat bit-Trattat ta’ l-Adeżjoni [6], jipprovdi li armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet għall-bejgħ ta’ ċertu prodotti, b’mod partikolari rigward il-preskrizzjoni ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel, tista’ tkun koperta b’Direttivi separati.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal prodotti f’imballaġġ minn qabel bi skond ma’ l-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 76/211/KEE u li huma msemmija fl-Annessi ta’ din id- Direttiva; hija ma tapplikax għal prodotti f’imballaġġ minn qabel intiżi biss għal użu professjonali.

Artikolu 2

Il-prodotti li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 għandhom jinqasmu fi tliet gruppi:

(a) prodotti mibjugħa bl-użin jew bil-volum bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-prodotti li għalihom jirreferu (b) u (ċ).

L-Anness I jistabbilixxi l-firxa ta’ kwantitajiet nominali tal-kontenut ta’l-imballaġġ minn qabel għal kull wiehed minn dawn il-prodotti;

(b) prodotti mibjugħa bl-użin jew bil-volum u mqiegħda f’kontenituri riġidi elenkati fl-Anness II, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-prodotti elenkati fl-Anness I.

L-Anness II jistabbilixxi għal prodotti bħal dawn il-firxa ta’ kapaċitajiet għal kontenituri bħal dawn;

(ċ) prodotti mqiegħda fil-forma ta’ aerosol.

L-Anness III jistabbilixxi l-volumi tal-fażi likwida għal prodotti bħal dawn u, fil-każ ta’ kontenituri tal-metall, il-kapaċità tal-kontenitur.

Artikolu 3

Imballaġġi minn qabel għandhom fil-każijiet kollha jindikaw l-użin jew volum nominali tal-kontenut tal-prodott skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/211/KEE.

Fil-każijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 2 (b) u (ċ), il-kontenituri għandhom jindikaw ukoll, b’tali mod li ma joħolqux konfużjoni ma’ l-indikazzjoni imsemmija hawn fuq, il-kapaċità nominali tagħhom, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness II u l-punt numru I ta’ l-Anness III, jew fejn applikabbli, riferenza għan-normi EN imsemmija fl-Annessi.

Artikolu 4

Fejn multipack ikun magħmul minn żewġ prodotti f’imballaġġ minn qabel b’mod individwali jew aktar, il-firxa ta’ valuri elenkati fl-Annessi I, II, u III għandhom japplikaw għall-pakketti individwali għal-lest.

Fejn l-imballaġġ minn qabel ikun magħmul minn żewġ pakketti individwali jew aktar, li ma jkunux intiżi biex jinbiegħu individwalment, il-firxa ta’ valuri elenkati fl-Annessi I, II, u III għandhom japplikaw għall-imballaġġ minn qabel.

Artikolu 5

Stati Membri ma għandhomx jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ imballaġġ minn qabel ta’ prodottti ppakkjati li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, minħabba l-kwantitajiet nominali tagħhom fil-każ ta’ imballaġġ minn qabel elenkati fl-Anness I u l-punt numru 2 ta’ l-Anness III, jew minħabba li l-kapaċità nominali tal-kontenituri tagħhom fil-każ ta’ imballaġġ minn qabel elenkati fl-Anness II, jew minħabba waħda jew l-oħra miż-żewġ raġunijiet fil-każ ta’ prodotti elenkati fil-punt numru wieħed ta’ l-Anness III.

Artikolu 6

Qabel l-1 ta’ Jannar, 1982 Stati Membri ma jistgħux jirrifjutaw, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ imballaġġ minn qabel li jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/211/KEE, fejn il-kwantità nominali li fih, jew il-kapaċità tal-kontenitur ikollha valur li ma jidhirx f’din id-Direttiva u li kienu mqiegħda fis-suq ta’ l-Istati Membri kkonċernati fid-data tan-notifika tagħha.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-miżuri li jittieħdu mir-Renju Unit u l-Irlanda biex jiddefinixxu l-firxa f’kejl SI.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 24-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Stati Membri għandhom jiżguraw li t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi interna li huma jadottaw f’dan il-qasam kopert minn din id-Direttiva, jiġu trasmessi lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzati lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Jannar 1980.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Zamberletti

[1] ĠU No C 193, tat-18.8.1976, p. 3.

[2] ĠU No C 30, tas-7.2.1977, p. 34.

[3] ĠU No C 114, tal-11.5.1977, p. 30.

[4] ĠU No L 46, tal-21.2.1976, p. 1.

[5] ĠU No L 202, tas-6.9.1971, p. 1.

[6] ĠU No L 73, tas-27.3.1972, p. 4.

--------------------------------------------------

ANNESS I

FIRXA TA’ KWANTITAJIET NOMINALI TA’ KONTENUT TA’ IMBALLAĠĠ MINN QABEL

1. PRODOTTI TA’ L-IKEL MIBJUGĦA BL-UŻIN (kwantità fi grammi)

1.1 Butir (intestatura TDK Nru 04.03), marġerina, xaħmijiet emulsati jew mhux mill-annimali u xaħmijiet veġetali (spreads b’xaħam baxx)

125 - 250 - 500 - 1000 - 1500 - 2000 - 2500 - 5000

1.2. Ġobon frisk bl-eċċezzjoni ta’ ‘petits suisses’ u ġobnijiet oħra magħmula bl-istess mod (subintestatura TDK li kien 04.04 E I ċ)

62.5 - 125 - 250 - 500 - 1000 - 2000 - 5000

1.3. Melħ ta’ l-ikel u tat-tisjir (sottotitolu TDK 25.01 A)

125 - 250 - 500 - 750 - 1000 - 1500 - 5000

1.4. Zokkor mhux palpabbli, zokkor aħmar u kannella, zokkor kandju

125 - 250 - 500 - 750 - 1000 - 1500 - 2000 – 2500 - 3000 - 4000 - 5000

1.5. Prodotti taċ-ċereali (bl-eċċezzjoni ta’ ikel tat-trabi)

1.5.1. Dqiq taċ-ċereali, xgħir, flakes, dqiq tal-ħafur u qamħirrum, ħafur (bl-eċċezzjoni tal-prodotti li għalihom jirreferi 1.5.4)

125 - 250 - 500 - 1000 - 1500 - 2000 - 2500 [1]- 5000 - 10000

1.5.2. Prodotti ta’ l-għaġin (intestatura TDK Nru 19.03)

125 - 250 - 500 - 1000 - 1500 - 2000 - 3000 - 4000 - 5000 - 10000

1.5.3. Ross (intestatura TDK Nru 10.06)

125 - 250 - 500 - 1000 - 2000 - 2500 - 5000

1.5.4. Ċereali lesti biex jittieklu u biċċiet taċ-ċereali

250 - 375 - 500 - 750 - 1000 - 1500 - 2000

1.6. Ħxejjex niexfa (intestatura TDK Nru 07.05) [2], frott niexef (intestaturi TDK Nri jew subintestaturi li kienu 08.01, 08.03 B, 08.04 B, 08.12)

125 - 250 - 500 - 1000 - 1500 - 2000 - 5000 - 7500 - 10000

1.7. Kafè msajjar mitħun jew mhux mitħun, ċikwejra, u sostituti għall-kafè

125 - 250 – 500 - 1000 - 2000 - 3000 - 4000 - 5000 - 10000

1.8. Prodotti ffriżati

1.8.1 Ħxejjex u frott u patata msajra minn qabel għal dik moqlija

150 - 300 - 450 - 600 - 750 - 1000 - 1500 - 2000 - 2500

1.8.2. Flett tal-ħut u porzjonijiet fil-panura u bla panura

100 - 200 - 300 - 400 - 500 - 600 - 800 - 1000 - 2000

1.8.3. Fish Fingers

150 - 300 - 450 - 600 - 900 - 1200 - 1500 - 1800

2. IKEL MIBJUGĦ BIL-VOLUM (kwantità f’ml)

2.1. Ġelat fi kwantitajiet ta’ aktar minn 250 ml

(Bl-eċċezzjoni ta’ ġelat li l-volum tiegħu mhux deċiż mill-forma tal-kontenitur)

300 - 500 - 750 - 1000 - 1500 - 2000 - 2500 - 3000 - 4000 - 5000

3. IKEL NIEXEF GĦALL-KLIEB U L-QTATES [3] (kwantità fi grammi)

200 - 300 - 400 - 500 - 600 - 800 - 1000 - 1500 - 2000 - 3000 - 5000 - 7500 - 10000

4. ŻEBGĦA U VERNIĊ LESTI BIEX JINTUŻAW (BIŻ-ŻIEDA JEW MINGĦAJR ŻIEDA TA’ SOLVENTI) (kwantità f’ml)

25 - 50 - 125 - 250 - 375 - 500 - 750 - 1000 - 2000 - 2500 - 4000 - 5000 - 10000

5. KOLLA SOLIDA JEW KOLLA FI TRAB U ADEŻIVI (kwantità fi grammi)

25 - 50 - 125 - 250 - 500 - 1000 - 2500 - 5000 - 8000 - 10000

6. PRODOTTI TA’ TINDIF

(solidi jew fi trab fi grammi, likwidi jew kremi f’ml)

inter alia l-prodotti għall-ġilda u żraben, injam u qxur li jgħattu l-art, fran jew metalli li jinkludu dawk użati għall-karozzi, twieqi, mirja li jinkludu dawk użati għall-karozzi (intestatura TDK Nru 34.05); kimika li tneħħi t-tbajja’, lamtu u żebgħa użata għad-dar (subintestatura TDK 38.12 A u 32.09 C), insettiċidi użati għad-dar (intestatura TDK Nru li kien 38.11), kimika li tqaxxar (intestatura TDK Nru 34.02), deodoranti użati fid-dar (subintestatura TDK 33.06 B), diżinfettanti mhux farmaċewtiċi

25 - 50 - 75 - 100 - 150 - 200 - 250 - 375 - 500 - 750 - 1000 - 1500 - 2000 - 5000 - 10000

7. KOSMETIĊI: PREPARAZZJONIJIET TAT-TWALETTA U TAS-SBUĦIJA (subintestaturi TDK 33.06 A u B)

(solidi jew fi trab fi grammi, likwidi jew kremi f’ml)

7.1 Prodotti għall-ġilda u iġjene orali

Kremi tat-tqaxxir, kremi u kmied li jistgħu jintużaw f’kull okkażjoni, prodotti tax-xemx, prodotti ta’ iġjene orali (bl-eċċezzjoni ta’ krema għat-tindif tas-snien)

15 - 30 - 40 - 50 - 75 - 100 - 125 - 150 - 200 - 250 - 300 - 400 - 500 - 1000

7.2. Krema għat-tindif tas-snien

25 – 50 - 75 - 100 - 125 - 150 - 200 - 250 – 300

7.3. Prodotti tax-xagħar (bl-eċċezzjoni ta’ żebgħa) u prodotti tal-banju

Laker, shampoos, prodotti tat-tlaħliħ, prodotti li jsaħħu x-xagħar, brillantina, krema tax-xagħar (bl-eċċezzjonijiet ta’ kmied li għalihom jirreferi 7.4), ‘bubble baths’ u prodotti oħra li jagħmlu r-ragħwa għall-banju u doċċa

25 - 50 - 75 - 100 - 125 - 150 - 200 - 250 - 300 - 400 - 500 - 750 - 1000 - 2000

7.4. Prodotti bbażati fuq l-alkoħol

li għandhom mhux inqas minn 3 % fil-volum ta’ żejt tal-fwieħa kemm naturali kif ukoll sintetiku u mhux inqas minn 70 % ta’ alkoħol ethyle pur: ilma aromatiku, kmied tax-xagħar, kmied ta’ qabel u wara t-tqaxxir tal-leħja

15 - 25 - 30 - 40 - 50 - 75 - 100 - 125 - 150 - 200 - 250 – 300 - 400 - 500 - 750 - 1000

7.5. Deodoranti u prodotti ta’ iġjene personali

20 - 25 - 30 - 40 - 50 - 75 - 100 - 150 – 200

7.6. Terra

50 - 75 - 100 - 150 - 200 - 250 - 500 – 1000

8. PRODOTTI TAL-ĦASIL

8.1 Sapun solidu tat-twaletta jew tad-dar (g) (intestatura TDK Nru 34.01)

25 - 50 - 75 - 100 - 150 - 200 - 250 - 300 - 400 - 500 - 1000

8.2. Sapun artab (g) (intestatura TDK Nru 34.01)

125 - 250 - 500 - 750 - 1000 - 5000 - 10000

8.3. Sapun f’biċċiet, chips eċċ (g) (intestatura TDK Nru 34.01)

250 - 500 - 750 - 1000 - 3000 - 5000 - 10000

8.4. Likwidu tal-ħasil, prodotti ta’ tindif jew għorik jew prodotti awżiljarji (intestatura TDK Nru 34.02) u preparazzjonijiet tal-hypochlorite(bl-eċċezzjoni tal-prodotti li għalihom jirreferi punt numru 6) (kwantità f’ml)

125 - 250 - 500 - 750 - 1000 - 1250 [4] - 1500 - 2000 - 3000 - 4000 - 5000 - 6000 - 7000 - 10000

8.5. Trab għall-għorik (g)

250 - 500 - 750 - 1000 - 10000

8.6. Prodotti f’forma ta’ trab għat-tixrib u ta’ qabel il-ħasil (g)

250 - 500 - 1000 - 2000 - 5000 - 10000

9. SOLVENTI (ml)

Fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 73/173/KEE ta’ l-4 ta’ Ġunju, 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifika, ippakkjar u tikketti ta’ preparazzjonijiet perikolużi (solventi) [5]

25 - 50 - 75 - 125 - 250 - 500 - 1000 - 1500 - 2500 - 5000 - 10000

10. ŻJUT LUBRIKANTI (ml)

125 - 250 - 500 - 1000 - 2000 - 2500 - 3000 - 4000 - 5000 - 10000

[1] Ma jgħoddx għal dqiq tal-ħafur u biċċiet tal-ħafur.

[2] Bl-eċċezzjoni ta’ patata u ħxejjex li ma jkollhomx ilma.

[3] Prodotti li għandhom kontenut niedi ta’ inqas minn 14 %

[4] Għal hypochlorites biss.

[5] ĠU L 189, tal-11.7.1973, p. 7.

--------------------------------------------------

ANNESS II

FIRXA TA’ KAPAĊITAJIET TA’ KONTENITURI PERMISSIBBLI

Normi EN 23.1. 2 edizzjoni (Mejju 1978) u EN 76,1 edizzjoni (Diċembru 1978) għandhom japplikaw bl-eċċezzjoni ta’ fejn il-firxa ta’ prodotti u kapaċitajiet stabbiliti fl-istess normi jkunu differenti minnn dawk elenkati f’dan l-Anness.

1. PRISERVI U NOFSHOM-PRISERVI F’KONTENITURI TAL-LANDA U TAL-ĦĠIEĠ; PRODOTTI VEĠETALI (FROTT, ĦAXIX, TADAM, PATATA BL-EĊĊEZZJONI TA’ SPRAĠ, SOPOP, MERAQ TAL-FROTT U TAL-ĦAXIX U NEKTAR TAL-FROTT) GĦALL-KONSUM TAL-BNIEDEM

1.1 Kontenituri tal-landa u tal-ħġieġ (kapaċità f’ml)

106 - 156 - 212 [1] - 228 [2] - 314 - 370 - 425 [3] - 446 [4] - 580 - 720 - 850 - 1062 - 1700 - 2650 - 3100 - 4250 - 10200

1.1.1. Lista addizzjonali għat-tazzi:

53 [5]- 125 [6] - 250 [7]

1.2. Lista ta’ kapaċitajiet permessi għal prodotti speċjali: (kapaċità f’ml)

- Tartufi: 26 - 53 - 71 - 106 - 212 - 425 - 720 - 850

- Tadam:

konċentrati: 71 - 142 - 212 - 370 - 425 - 720 - 850 - 3100 - 4250

imqaxxar u mhux imqaxxar: 236 - 370 - 425 - 720 - 850 - 2650 - 3100

- Cocktails tal-frott, frott fil-ġulepp: 106 - 156 - 212 [8] - 228 [9] - 236 - 314 - 370 – 425 [10] - 446 [11] - 580 - 720 - 850 - 1062 - 1700 - 2650 - 3100 - 4250 - 10200

2. IKEL TAL-KLIEB U TAL-QTATES MIBLUL (kapaċità f’ml)

212 [12] - 228 [13] - 314 – 425 [14]- 446 [15] - 850 – 1062 - 1700 - 2650

3. PRODOTTI TAL-ĦASIL U TAT-TINDIF FIL-FORMA TA’ TRAB

Il-kapaċitajiet ta’ prodotti f’imballaġġ minn qabel għandhom ikunu kif ġej:

Numru tal-Pakkett | Volum f’ml |

E 0.5 | 375 |

E 1 | 750 |

E 2 | 1500 |

E 3 | 2250 |

E 5 | 3750 |

E 10 | 7700 |

E 15 | 11450 |

E 20 | 15200 |

E 25 | 18950 |

E 30 | 22700 |

Numru tat-tabal | |

E 5 | 3950 |

E 10 | 7700 |

E 15 | 11450 |

E 20 | 15200 |

E 25 | 18950 |

E 30 | 22700 |

[1] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[2] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[3] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[4] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[5] Volum imħolli għal perjodu ta’ 10 snin mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva

[6] Volum imħolli għal perjodu ta’ 10 snin mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva

[7] Volum imħolli għal perjodu ta’ 10 snin mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva

[8] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[9] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[10] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[11] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[12] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[13] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[14] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

[15] Il-kapaċitajiet ikunu eżaminati mill-ġdid mhux aktar tard minn ħames snin minn wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

--------------------------------------------------

ANNESS III

FIRXA TA’ VOLUMI GĦAL PRODOTTI MIBJUGĦIN F’AEROSOLS, BL-EĊĊEZZJONI TA’ PRODOTTI ESKLUŻI F’PUNT NUMRU 7.4 TA’ L-EWWEL ANNESS U PRODOTTI MEDIĊINALI

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8 (1) (e) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta’ Mejju, 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar aerosol dispensers [1], prodotti mibjugħa f’aerosols li jaqblu mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx għafejn ikunu mmarkati bl-użin nominali tal-kontenut tagħhom.

1. PRODOTTI MIBJUGĦA F’KONTENITURI TAL-METALL

Volum fil-fażi likwida f’ml | Kapaċità tal-kontenitur f’ml għal: |

Prodotti maħruġa permezz ta’ gas likwidu | (a)Prodotti maħruġa permezz ta’ gassijiet kompressati biss(b)Prodotti maħruġa permezz ta’ ossidu nitruz jew dijossodu tal-karbonju biss jew inkella b’taħlita tat- tnejn għalihom meta l-prodott ikollu koeffiċjent Bunsen ta’ 1.2 jew inqas |

25 | 40 | 47 |

50 | 75 | 89 |

75 | 110 | 140 |

100 | 140 | 175 |

125 | 175 | 210 |

150 | 210 | 270 |

200 | 270 | 335 |

250 | 335 | 405 |

300 | 405 | 520 |

400 | 520 | 650 |

500 | 650 | 800 |

600 | 800 | 1000 |

750 | 1000 | — |

2. PRODOTTI MIBJUGĦA F’KONTENITURI TAL-ĦGIEĠ JEW TAL-PLASTIK KEMM JEKK TRASPARENTI KIF UKOLL JEKK MHUX TRASPARENTI (volum fil-fażi likwida f’ml):

25 - 50 - 75 - 100 - 125 – 150

[1] ĠU No L 147, tad-9.6.1975, p. 40.

--------------------------------------------------

Top