EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L0891

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru, 1978 li taddatta għal progress tekniku l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 76/211/KEE dwar l-imballaġġ minn qabel

OJ L 311, 4.11.1978, p. 21–28 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 13 Volume 007 P. 181 - 189
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 009 P. 74 - 81
Portuguese special edition: Chapter 13 Volume 009 P. 74 - 81
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 002 P. 112 - 119
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 002 P. 112 - 119
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 005 P. 195 - 202
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 004 P. 195 - 202
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 004 P. 195 - 202
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 062 P. 3 - 10

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/04/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/891/oj

31978L0891



Official Journal L 311 , 04/11/1978 P. 0021 - 0028
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0112
Greek special edition: Chapter 13 Volume 7 P. 0181
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0112
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 9 P. 0074
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 9 P. 0074


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Settembru, 1978

li taddatta għal progress tekniku l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 76/211/KEE dwar l-imballaġġ minn qabel

(78/891/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju, 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbutin mad-disposizzjonijiet komuni kemm għal strumenti tal-kejl u kemm għal mezzi ta’ kontroll metroloġiku [1], kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni [2], u partikularment l-Artikoli 17, 18 u 19 ta’ dan,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/106/KEE tad-19 ta’ Diċembru, 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-prekondizzjonament bil-volum ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel [3],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta’ Jannar, 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti likwidi f’imballaġġ minn qabel [4],

Billi l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 76/211/KEE wriet il-bżonn għal reviżjoni ta’ l-iżbalji negattivi tollerabbli u tal-klassifika ta’ prodotti;

Billi klassifika iktar sempliċi ta’ prodotti f’imballaġġ minn qabel għandha tiffaċilita iktar il-preparazzjoni tagħhom għal bejgħ u toffri lill-konsumatur għażla iktar wiesgħa ta’ prodotti f’imballaġġ minn qabel;

Billi l-immarkar fuq pakketti żgħar għal-lest jista’ f’ċerti każi jkun inqas mill-għoli speċifikat fid-Direttivi 75/106/KEE u 76/211/KEE u madankollu jkunu xorta viżibbli u leġibbli biżżejjed;

Billi metodi moderni ta’ kontroll statistiku jagħmluha possibbli biex tkun ridotta l-estensjoni tal-pjanijiet speċifikati ta’ teħid ta’ kampjuni f’dawn iż-żewġ Direttivi;

Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għal Progress Tekniku ta’ Direttivi Mfassla biex Ineħħu Xkiel Tekniku għal Kummerċ fis-Settur ta’ Strumenti tal-Kejl,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-Taqsimiet 3.1, 4 u 5 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 75/106/KEE jitbiddlu bit-taqsimiet korrispondenti fl-Anness I għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

It-Taqsimiet 2.4, 3.1 u 5 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 76/211/KEE jitbiddlu bit-taqsimiet korrispondenti fl-Anness II għal din id-Direttiva.

It-Taqsimiet 2.5 u 2.6 huma mħassra.

Artikolu 3

L-Annessi II għad-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 76/211/KEE jitbiddlu, sa u inklużi t-Taqsimiet 2.2, bit-test imniżżel fl-Anness III għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva b’tali mod li dawn jidħlu fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Jannar, 1980.

Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-disposizzjonijiet ta’ liġi interna li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkun mgħarraf lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Settembru 1978.

Għall-Kummissjoni

Étienne davignon

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1.

[2] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

[3] ĠU L 42, tal-15.2.1975, p. 1.

[4] ĠU L 46, tal-21.2.1976, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

EMENDI GĦALL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 75/106/KEE

3.1. il-volum nominali tal-kontenut espress f’litri, ċentilitri jew millilitri u mmarkat f’ċifri ta’ mill-inqas 6 mm għoli jekk il-volum nominali tal-kontenut ikun aktar minn 100 cl, 4mm għoli jekk ikun minn 100 cl ’l isfel sa imma mhux inkluż 20 cl, 3mm għoli jekk ikun minn 20 cl sa iżda mhux inkluż 5 cl, 2 mm għoli jekk mhux iktar minn 5 cl, segwit bis-simbolu tal-kejl użat jew fejn xieraq bl-isem tal-kejl, bi qbil mad-Direttiva 71/354/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/770/KEE;

sa ma jiskadi l-perjodu ta’ transizzjoni, li matulu l-użu ta’ kejl imperjali li jidher fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE jkun awtorizzat fil-Komunità, l-indikazzjoni tal-valur nominali tal-kontenut espress f’kejl SI bi qbil mal-paragrafu preċedenti tista’ tkun akkumpanjata minn dik tal-valur ekwivalenti f’kejl imperjali (Renju Unit), ikkalkulat fuq il-bażi tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

millilitru wieħed = 0.0352 ta’ uqija fluwida

litru wieħed = 1760 pinet jew 0.0220 glalen.

Stati Membri jistgħu, fejn jaħsbu li hu meħtieġ, jinsistu dwar din it-tieni indikazzjoni għal prodotti mqiegħda għal bejgħ fit-territorji nazzjonali tagħhom. Immarkar f’kejl imperjali (Renju Unit) għandu jkun f’ittri u f’ċifri ta’ dimensjonijiet mhux ikbar minn dawk ta’ l-immarkar korrispondenti f’kejl SI.

4. RESPONSABBILTÀ TA’ MIN JIPPAKKJA JEW L-IMPORTATUR

Min jippakkja jew l-importatur għandju jkun responsabbli li jassigura li pakketti għal-lest ikunu konformi mal-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Il-kwantità ta’ likwidu f’pakkett għal-lest, magħrufa bħala l-volum effettiv tal-kontenut, għandha titkejjel jew tkun iċċekkjata fuq ir-responsabbiltà ta’ min jippakkja jew ta’ l-importatur. Il-kejl jew kontroll għandu jitwettaq permezz ta’ strument ta’ kejl legali tajjeb jimplimenta l-operazzjonijiet meħtieġa.

Il-kontroll jista’ jitwettaq bit-teħid ta’ kampjuni.

Fejn il-volum effettiv tal-kontenut ma jkunx imkejjel, il-kontroll imwettaq minn min jippakkja għandu jkun hekk organizzat li l-volum nominali ta’ l-imsemmi kontenut ikun assigurat b’mod effettiv, f’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Biex tintlaħaq din il-kundizzjoni, min jippakkja jrid iwettaq kontroll tal-produzzjoni bi qbil mal-proċeduri rikonoxxuti mid-dipartimenti kompetenti fl-Istati Membri u jekk huwa jżomm għad-disposizzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet id-dokumenti li jkun fihom ir-riżultati ta’ iċċekkjar bħal dan, biex jiċċertifika li dan il-kontroll, flimkien mal-korrezzjonijiet u l-aġġustamenti li huma jkunu wrew li huma meħtieġa, jkun twettaq sewwa u eżatti.

Fejn prodotti jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-KEE, l-importatur jista’, minflok ikejjel u jiċċekkja, jipprovdi xiehda li huwa fil-pussess tal-garanziji kollha meħtieġa li jippermettulu li jassumi r-responsabbiltà.

Wieħed mid-diversi metodi biex tkun rispettata l-ħtieġa ta’ kejl u ċċekkjar huwa billi meta jkun qed isir pakkett għal-lest jintuża kontenitur tal-kejl tat-tip spjegat fid-Direttiva marbuta ma’ l-istess suġġett u jimtela taħt il-kundizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva u f’dik dwar il-kejl tal-fliexken kontenituri.

5. KONTROLL LI GĦANDU JITWETTAQ MID-DIPARTIMENTI KOMPETENTI TAL-POST TA’ MIN JIPPAKKJA JEW TA’ L-IMPORTATUR JEW TA’ L-AĠENT TIEGĦU STABBILIT FIL-KOMUNITÀ

Kontroll biex ikun assigurat li l-pakketti għal-lest ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandu jitwettaq mid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri b’teħid ta’ kampjuni fil-post ta’ min jippakkja jew, jekk dan mhux prattikabbli, fil-post ta’ l-importatur jew ta’ l-aġent tiegħu stabbiliti fil-Komunità.

Dan il-kontroll ta’ statistika b’teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq bi qbil mal-metodi aċċettati ta’ spezzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ kwalità. L-effettività tiegħu għandha tkun komparabbli għal dik tal-metodu ta’ riferenza speċifikat fl-Anness II.

Għalhekk rigward il-kriterju għall-kontenut minimu aċċettabbli, pjan ta’ teħid ta’ kampjuni wżati minn Stat Membru għandu jitqies bħala komparabbli ma’ dak rakkomandat fl-Anness II jekk l-abscissa tal-punt ordnat 0.10 tal-kurva karatteristika operattiva ta’ l-ewwel pjan (probabbiltà ta’ aċċettazzjoni tal-lott = 0.10) jiżvija b’inqas minn 15 % mill-abscissa tal-punt korrispondenti tal-kurva karatteristika operattiva tal-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni rakkomandat fl-Anness II.

V

− m

s [1]-abscissa tal-punt ordnat 0.10 tal-kurva ta’ l-ewwel pjan (probabbiltà ta’ aċċettazzjoni tal-lott = 0.10) tiżvija b’inqas minn 0.05 mill-abiscissa tal-punt korrispondenti tal-kurva tal-pjan ta’ teħid ta’ kampjun rakkomandat fl-Anness II.

[1] m = il-medja effettiva tal-lott.

--------------------------------------------------

ANNESS II

EMENDI GĦALL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 76/211/KEE

2.4. L-iżball negattiv tollerabbli fil-kontenut ta’ pakkett għal-lest ikun iffissat bi qbil mat-tabella ta’ hawn taħt:

Kwantità nominali Qn fi grammi jew millilitri | Żball negattiv tollerabbli |

bħala % ta’ Qn | g jew ml |

5 sa 50 | 9 | — |

minn 50 sa 100 | — | 4.5 |

minn 100 sa 200 | 4.5 | — |

minn 200 sa 300 | — | 9 |

minn 300 sa 500 | 3 | — |

minn 500 sa 1000 | — | 15 |

minn 1000 sa 10000 | 1.5 | — |

Meta tintuża t-tabella, il-valuri ta’ l-iżbalji negattivi tollerabbli murija bħala perċentwali fit-tabella, ikkalkulati f’piż jew volum, għandhom ikunu mdawra sa l-eqreb deċimi ta’ gramm jew millilitru.

3.1. Il-kwantità nominali (piż nominali jew volum nominali) espressa f’kilogrammi, grammi litri, ċentilitri jew millilitri u mmarkata f’ċifri ta’ l-inqas 6 mm għoli jekk il-kwantità nominali tkun ikbar minn 1,000 g jew 100 cl, 4 mm għoli jekk hija tkun minn 1,000 g jew 100 cl inkluż sa imma mhux inkluż 200 g jew 20 cl, 3mm għoli jekk tkun minn 200 g jew 20 cl sa iżda mhux inkluż 50 g jew 5 cl, 2 mm għoli jekk mhux iktar minn 50 g jew 5 cl, segwita bis-simbolu għall-kejl użat jew fejn xieraq mill-isem tal-kejl, bi qbil mad-Direttiva 71/354/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/770/KEE;

Immarkar f’kejl imperjali (Renju Unit) għandu jkun f’ittri u ċifri ta’ dimensjonijiet mhux ikbar minn dawk ta’ l-immarkar korrispondenti f’kejl SI.

5. KONTROLL LI GĦANDU JITWETTAQ MID-DIPARTIMENTI KOMPETENTI FIL-POST TA’ MIN JIPPAKKJA JEW TA’ L-IMPORTATUR JEW TA’ L-AĠENT TIEGĦU STABBILIT FIL-KOMUNITÀ

Kontroll biex ikun assigurat li l-pakketti għal-lest ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandu jitwettaq mid-dipartimenti kompetenti ta’ l-Istati Membri b’teħid ta’ kampjuni fil-post ta’ min jippakkja jew, jekk dan mhux prattikabbli, fil-post ta’ l-importatur jew ta’ l-aġent tiegħu stabbiliti fil-Komunità.

Dan il-kontroll ta’ l-istatistika tat-teħid ta’ kampjuni għandu jitwettaq bi qbil mal-metodi aċċettati ta’ spezzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ kwalità. L-effettività tiegħu għandha tkun komparabbli għal dik tal-metodu ta’ riferenza speċifikat fl-Anness II.

Għalhekk rigward il-kriterju għall-kontenut minimu aċċettabbli, pjan ta’ teħid ta’ kampjuni użat minn Stat Membru għandu jitqies bħala komparabbli ma’ dak rakkomandat fl-Anness II jekk l-abscissa tal-punt ordnat 0.10 tal-kurva karatteristika operattiva ta’ l-ewwel pjan (probabbiltà ta’ aċċettazzjoni tal-lott = 0.10) tiżvija b’inqas minn 15 % mill-abscissa tal-punt korrispondenti tal-kurva karatteristika operattiva tal-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni rakkomandat fl-Anness II.

Q

− m

s [1]-abscissa tal-punt ordnat 0.10 tal-kurva ta’ l-ewwel pjan (probabbiltà ta’ aċċettazzjoni tal-lott = 0.10) tiżvija b’inqas minn 0.05 mill-abscissa tal-punt korrispondenti tal-kurva tal-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni rakkomandat fl-Anness II.

[1] m = il-medja effettiva tal-lott.

--------------------------------------------------

ANNESS III

EMENDI GĦALL-ANNESSI II TAD-DIRETTIVI 75/106/KEE U 76/211/KEE

ANNESS II

Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri tal-metodu ta’ riferenza għall-kontroll ta’ statistika ta’ lottijiet gruppi ta’ pakketti għal-lest biex jilħqu l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva tat-Taqsima 5, l-Anness I ta’ din.

1. KUNDIZZJONIJIET GĦAL KEJL TAL-KONTENUT EFFETTIV TA’ PAKKETTI GĦAL-LEST

Il-kontenut effettiv ta’ pakketti għal-lest jistgħu jitkejlu direttament permezz ta’ strumenti ta’ użin jew ta’ strumenti volumetriċi jew, fil-każ ta’ likwidi, indirettament, bl-użin tal-prodott ippakkjat għal-lest u billi titkejjel id-densità tiegħu.

Irrispettivament mill-metodu wżat, l-iżball magħmul fil-kejl tal-kontenut effettiv ta’ pakkett għal-lest ma għandux jaqbeż wieħed minn ħamsa ta’ l-iżball negattiv tollerabbli għall-kwantità nominali fil-pakkett għal-lest

Il-proċedura għal kejl tal-kontenut effettiv ta’ pakkett għal-lest tista’ tkun soġġetta għal regolamenti domestiċi f’kull Stat Membru.

2. ĦTIĠIET GĦALL-KONTROLL TA’ LOTTIJIET TA’ PAKKETTI GĦAL-LEST

Il-kontroll ta’ pakketti għal-lest għandu jitwettaq b’teħid ta’ kampjuni u għandu jkun f’żewġ partijiet:

- kontroll li jkopri l-kontenut effettiv ta’ kull pakkett għal-lest fil-kampjun,

- kontroll ieħor fuq il-medja tal-kontenut effettiv tal-pakketti għal-lest fil-kampjun.

Lott ta’ pakketti għal-lest għandu jitqies aċċettabbli jekk ir-riżultati ta’ dan il-kontroll doppju jissodisfaw l-kriterji ta’ aċċettazzjoni.

Għal kull wieħed minn dan il-kontroll, hemm żewġ pjani ta’ teħid ta’ kampjuni:

- wieħed għal ittestjar mhux distruttiv, jiġifieri ttestjar li ma jinvolvix ftuħ tal-pakkett,

- l-ieħor għal ittestjar distruttiv, jiġifieri ttestjar li jinvolvi ftuħ u distruzzjoni tal-pakkett,

Għal raġunijiet prattiċi u ekonomiċi, it-test ta’ l-aħħar għandu jkun limitat għall-minimu essenzjali assolut; huwa jkun inqas effettiv mit-test mhux distruttiv.

Ittestjar distruttiv għandu għalhekk jintuża biss meta ttestjar mhux distruttiv ikun imprattikabbli. Bħala regola ġenerali dan ma għandux ikun applikat għal lottijiet ta’ inqas minn 100 biċċa.

2.1. Lottijiet ta’ pakkett għal-lest

2.1.1. Il-lott għandu jkun fih il-pakketti kollha għal-lest ta’ l-istess kwantità nominali, l-istess tip u l-istess produzzjoni, ippakkjati fl-istess post, li jkun għad iridu jiġu spezzjonati. Id-daqs tal-lott għandu jkun limitat għall-ammonti stabbiliti hawn taħt.

2.1.2. Meta pakketti għal-lest ikunu ċċekkjati fl-aħħar tal-linja ta’ l-ippakkjar, l-għadd f’kull lott għandu jkun ugwali għall-produzzjoni massima li toħroġ kull siegħa mil-linja ta’ ippakkjar, mingħajr ebda restrizzjoni dwar id-daqs tal-lott.

F’każijiet oħra d-daqs tal-lott għandu jkun limitat għal 10000.

2.1.3. Għal lottijiet ta’ inqas minn 100 pakkett għal-lest, it-test mhux distruttiv, fejn jitwettaq, għandu jkun 100 %.

2.1.4. Qabel it-testijiet fi 2.2 u 2.3 jitwettqu, għadd suffiċjenti ta’ pakketti għal-lest għandhom jittieħdu bl-addoċċ mil-lott biex il-kontroll li jkun jeħtieġ kampjun ikbar ikun jista’ jitwettaq.

Għall-kontroll l-ieħor, il-kampjun meħtieġ għandu jittieħed saltwarjament mill-ewwel kampjun u jkun immarkat.

L-operazzjoni ta’ l-immarkar għandha tkun kompluta qabel il-bidu ta’ l-operazzjonijiet tal-kejl.

2.2. Kontroll tal-kontenut effettiv ta’ pakkett għal-lest

Il-kontenut aċċettabbli minimu għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqas l-iżball negattiv ollerabbli mill-kontenuti konċernati mill-kwantità nominali tal-pakkett għal-lest.

Pakketti għal-lest fil-lott li l-kontenut effettiv tagħhom jkunu inqas mill-kontenut aċċettabbli minimi għandhom ikunu kkunsidrati difettużi.

2.2.1. Ittestjar mhux distruttiv

Ittestjar mhux distruttiv jitwettaq skond il-pjan ta’ kampjonar doppju kif muri fit-tabella t’hawn taħt:

L-ewwel għadd ta’ pakketti għal-lest iċċekkjat għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ biċċiet fl-ewwel kampjun, kif indikat fil-pjan:

- jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi misjuba fl-ewwel kampjun ikun inqas minn jew ugwali għall-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott għandu jitqies aċċettabbli għall-iskop ta’ dan il-kontroll,

- jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi misjuba fl-ewwel kampjun ikun ugwali jew ikbar mill-ewwel kriterju ta’ twarrib, il-lott għandu jkun imwarrab,

- jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi misjuba fl-ewwel kampjun bejn l-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni u l-ewwel kriterju ta’ twarrib, għandu jkun iċċekkjat it-tieni kampjonar, l-għadd ta’ biċċiet li fihom huwa indikat fil-pjan.

Il-biċċiet difettużi misjuba fl-ewwel u t-tieni kampjuni għandhom jiżdiedu flimkien u:

- jekk l-għadd totali ta’ biċċiet difettużi jkun inqas minn jew ugwali għat-tieni kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott għandu jitqies aċċettabbli għall-iskop ta’ dan il-kontroll,

- jekk l-għadd totali ta’ biċċiet difettużi jkun ikbar minn jew ugwali għat-tieni kriterju ta’ twarrib, il-lott għandu jkun imwarrab,

Kampjuni | Għadd ta’ biċċiet difettużi | Għadd f’lott |

Ordni | Għadd | Għadd totali | Kriterju ta’ aċċettazzjoni | Kriterju ta’ twarrib |

100 sa 500 | l-ewwel | 30 | 30 | 1 | 3 |

| it-tieni | 30 | 60 | 4 | 5 |

501 sa 3,200 | l-ewwel | 50 | 50 | 2 | 5 |

| it-tieni | 50 | 100 | 6 | 7 |

3,201 u fuqhom | l-ewwel | 80 | 80 | 3 | 7 |

| it-tieni | 80 | 160 | 8 | 9 |

2.2.2. Ittestjar distruttiv

Ittestjar distruttiv għandu jitwettaq bi qbil mal-pjan wieħed ta’ teħid ta’ kampjuni ta’ hawn taħt u għandu jintuża biss għal lottijiet ta’ 100 jew iktar.

L-għadd ta’ pakketti għal-lest iċċekkjati għandu jkun ugwali għal 20.

- Jekk l-għadd ta’ biċċiet difettużi misjuba fil-kampjun ikun inqas minn jew ugwali għall-ewwel kriterju ta’ aċċettazzjoni, il-lott ta’ pakketti għal-lest għandu jitqies bħala aċċettabbli.

- Jekk in-numru t’unitajiet difettużi misjub fil-kampjun huwa ugwali jew ikbar mill-kriterja tat-twarrib, il-grupp ta’ pripakkeġġi jkun imwarrab.

Għadd f’lott | Għadd f’kampjun | Għadd ta’ biċċiet difettużi |

Kriterju ta’ aċċettazzjoni | Kriterju ta’ twarrib |

Ikun xi jkun l-għadd (≥ 100) | 20 | 1 | 2 |

--------------------------------------------------

Top