Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L0055

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1977 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 69/208/KEE, 70/458/KEE u 70/457/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-materjali għall-propagazzjoni veġetali tad-dwieli, taż-żerriegħa tal-pjanta taż-żejt u tal-fibra, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u tal-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli

OJ L 16, 20.1.1978, p. 23–29 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 03 Volume 019 P. 253 - 259
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 013 P. 185 - 191
Portuguese special edition: Chapter 03 Volume 013 P. 185 - 191
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 009 P. 158 - 164
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 009 P. 158 - 164
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 003 P. 189 - 195
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 002 P. 293 - 299
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 002 P. 293 - 299
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 022 P. 21 - 27

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/55/oj

31978L0055



Official Journal L 016 , 20/01/1978 P. 0023 - 0029
Greek special edition: Chapter 03 Volume 19 P. 0253
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0185
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0185
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0158
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0158


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1977

li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 69/208/KEE, 70/458/KEE u 70/457/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-materjali għall-propagazzjoni veġetali tad-dwieli, taż-żerriegħa tal-pjanta taż-żejt u tal-fibra, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u tal-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli

(78/55/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, ċerti Direttivi dwar il-kummerċ taż-żrieragħ u l-materjal propagat għandhom ikunu emendati;

Billi d-dispożizzjonijiet preżenti tad-Direttivi rigward l-immarkar taż-żerriegħa u l-materjal propagat ma jikkunsidrawx il-progress tekniku rigward il-metodi ta' l-ittikkettjar; billi għandhom għalhekk ikunu aġġornati;

Billi fil-każ ta' ċerti Direttivi proċedura mgħaġġla għandha tkun ipprovduta biex temenda l-lista ta' l-ispeċi rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li joħorġu minn taħlit ta' speċi;

Billi, bħala prinċipju, iż-żerriegħa intiża għaċ-ċertifikazzjoni bħala "żerriegħa ċċertifikata" għandha tkun prodotta minn żerriegħa bażika; billi, iżda, bħala deroga, l-imsemmija Direttivi jippermettu, fil-każ taż-żerriegħa ta' ċerti speċi, ċertifikazzjoni bħala "żerriegħa ċċertifikata" meta ż-żerriegħa kienet prodotta minn żerriegħa pri-bażika li kienet soġġetta għall-eżaminazzjoni uffiċjali; billi din il-faċilità ta' l-aħħar mhux biżżejjed għal xi speċi, partikolarment rigward l-ispeċi li għalihom hija permissibbli ċ-ċertifikazzjoni bħala "żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni"; billi, għalhekk din il-faċilità għandha tkun estiża sakemm biżżejjed garanziji ikunu stabbiliti;

Billi l-esperjenza rigward il-provvisti taż-żerriegħa tal-fibra tal-kittien turi li hemm bżonn li tinżamm il-kategorija ta' "żerriegħa ċċertifikata tat-tielet ġenerazzjoni" għal erba' snin oħra; billi din l-estensjoni għandha tippermetti lill-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassiguraw fil-futur qrib provvisti taż-żerriegħa tal-fibra tal-kittien tal-kategoriji "żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni" u "żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni";

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' l-ispeċi tal-pjanti agrikoli [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 73/438/KEE [4], u d-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta' Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/307/KEE [6], jipprovdu li mill-1 ta' Lulju 1977 l-ekwivalenza ta' l-eżaminazzjoni uffiċjali tal-varjetajiet u l-ispezzjonijiet fuq il-prattiċi għall-manteniment tal-varjetajiet imwettqa f'pajjiżi terzi m'għandhomx ikunu stabbiliti nazzjonalment mill-Istati Membri; billi d-Direttiva 70/458/KEE tipprovdi li mill-1 ta' Lulju 1977 l-ekwivalenza taż-żrieragħ maħsuda f'pajjiżi terzi m'għadhomx ikunu stabbiliti nazzjonalment mill-Istati Membri;

Billi, iżda, x'aktarx li l-eżaminazzjonijiet rigward l-għoti ta' dawn l-ekwivalenzi fuq bażi tal-Komunità ma jitlestewx fil-perjodi msemmija hawn fuq fil-każi kollha fejn l-ekwivalenzi nazzjonali jkunu ngħataw; billi għandu għalhekk ikun possibbli li tkun deċiża proċedura mgħaġġla tal-possibbiltà ta' l-estensjoni ta' dawn il-perjodi f'ċerti każi sabiex ikunu evitati li jitfixxklu n-normi tradizzjonali tal-kummerċ,

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 76/331/KEE [8], għandha tkun emendata kif ġej:

1. Li ġej għandu jkun mibdul għall-Artikolu 11:

"Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata, ħlief meta ż-żerriegħa tal-kategorija ta' l-aħħar tieħu l-forma ta' pakketti żgħar tal-KEE:

(a) jkunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III (A) u l-informazzjoni fuqha hija mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għaż-żerriegħa bażika u ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata. Meta tikketta b'toqba għal qafla hija wżata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi ta' l-Artikolu 4 (a), iż-żerriegħa bażika ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun elenkat fuq it-tikketta. L-użu ta' tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun meqjus bħala awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni elenkata fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat;

(b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness III (A) (I) (3), (4), (5), (10) u (11). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata b'mod li ma titħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), it-tikketta li teħel jew it-tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax tkun użata.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika meta jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"."

2. Fl-Artikolu 11b, li ġej għandu jkun mibdul għal "issiġillat u mmarkat uffiċjalment": "magħluq u mmarkat uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali".

3. Fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 14 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali".

4. Fl-Anness III (A) (I), li ġej għandu jkun miżjud:

"12. Meta mill-inqas il-ġelbien kien ittestjat mill-ġdid, il-kelma "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli minn dan l-ittestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali."

Artikolu 2

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tax-xtieli ta' l-għalf [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 75/444/KEE [10], għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

"1a. L-emendi li għandhom isiru fuq il-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 (A) minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li jirriżultaw minn taħlit ta' l-ispeċi koperti mid-Direttiva jkunu addottati b'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21.

1b. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21 biex jippermettu, b'derogi mill-paragrafu 1 (C) (a), li jkunu ċċertifikati bħala żerriegħa ċċertifikata, iż-żerriegħa ta' l-ispeċi li jraxxu t-trab tad-dakkari minnhom infushom jew apomiktiċi li ddaħħlu għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika u li kienu prodotti direttament minn ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika imma ma kinux eżaminati uffiċjalment. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal żerriegħa ibrida. Iċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa ċċertifikata għandha ssir biss jekk mitluba mill-applikant taċ-ċertifikazzjoni bi ftehim ma' min ikabbar u jekk l-eżami uffiċjali ta' wara l-kontroll ibbażat fuq il-kampjuni miġbur uffiċjalment u mwettqa l-aktar tard matul l-staġun tat-tkabbir taż-żerriegħa ppreżentata juri li ż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel jilħqu l-ħtiġiet għaż-żerriegħa bażika rigward l-identità tal-varjetà u l-purità. F'dan il-każ, min ikabbar, meta l-kampjuni jkunu miġbura, għandu jistqarr iż-żona kollha li kienet taħt il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu emendati minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketti uffiċjali għaż-żerriegħa kkummerċjalizzata bi qbil ma' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (L-Istat Membru kkonċernat) biss"; barra minn hekk l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu f'dan il-każ li t-tikketti uffiċjali jkunu mmarkati wkoll: "intiżi biss għal aktar multiplikazzjoni"."

2. Is-segwenti għandu jkun mibdul minflok l-Artikolu 10:

"Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali, apparti miż-żerriegħa ta' l-aħħar żewġ kategoriji tieħu l-forma ta' pakketti żgħar tal-KEE B:

(a) ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li tkun konformi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV (A) u li l-informazzjoni ta' fuqha tkun mogħtija f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika, aħmar għall-ġenerazzjonijiet ta' wara u kannella għaż-żerriegħa kummerċjali. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 4 (a), iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa ċċertifikata ma jkunux konformi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun iddikjarat fuq it-tikketta. L-użu tat-tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni preskritta fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat;

(b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (I) (a), (3), (4) u (5) u, fil-każ taż-żerriegħa kummerċjali, permezz ta' (b), (2), (4) u (5). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni tkun stampata b'mod li ma titħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), it-tikketta li teħel jew it-tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax tkun użata.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika meta jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi:… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"."

3. Fl-Artikolu 10b, li ġej għandu jkun mibdul għal "issiġillat u mmarkat uffiċjalment": "magħluq u mmarkat uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali".

4. Fl-ewwel u t-tieni inċiżi ta' l-Artikolu 14 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali".

5. Fl-Anness IV (A) (I), li ġej huwa miżjud taħt (a):

"12. Fejn mill-anqas ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, il-kelma "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali."

6. Fl-Anness IV (A) (I), li ġej huwa miżjud taħt (b):

"9. Fejn mill-anqas il-ġelbien kien ittestjat mill-ġdid, il-kelma "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali."

7. Fl-Anness IV (A) (I), li ġej huwa miżjud taħt (c):

"7. Meta mill-anqas il-ġelbien tal-komponenti kollha tat-taħlita jkun ittestjat mill-ġdid, il-kliem "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali."

Artikolu 3

Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 75/444/KEE, għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"1a. L-emendi li għandhom isiru fuq il-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza fil-paragrafu 1 (A) minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li jirriżultaw minn taħlit ta' l-ispeċi koperti mid-Direttiva jkunu addottati b'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21.

1b. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21 li jippermettu, b'deroga mill-paragrafu 1 (F) (a) jew G (a), li jkunu ċċertifikati bħala żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni jew ta' żerriegħa ċċertifikata taż-żerriegħa tat-tieni ġenerazzjoni ta' l-ispeċi li jraxxu t-trab dakkari minnhom infushom jew apomiktiċi li ddaħħlu għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika u, li kienu prodotti minn ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika imma li ma kenux eżaminati uffiċjalment. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal żerriegħa ibrida. Iċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa ċertifikata ssir biss jekk mitluba mill-applikant taċ-ċertifikazzjoni bi ftehim ma' min ikabbar u jekk eżami uffiċjali ta' wara l-kontroll ikun ibbażat fuq il-kampjuni miġbura uffiċjalment u mwettqa l-aktar tard matul l-istaġun tat-tkabbir taż-żerriegħa mdaħħla juri li ż-żerriegħa mill-ġenerazzjonijiet ta' qabel iħarsu l-ħtiġiet taż-żerriegħa bażika rigward l-identità tal-varjetà u l-purità. F'dan il-każ, min ikabbar, meta l-kampjuni jinġabru, jiddikjara ż-żona kollha li kienet taħt il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu emendati minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketti uffiċjali għaż-żerriegħa kkummerċjalizzata bi qbil ma' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (L-Istat Membru konċernat) biss"; apparti minn hekk l-Istati Membri jistgħu jkollhom bżonn f'dan il-każ li t-tikketti uffiċjali wkoll ikunu mmarkati "intiżi biss għal aktar multiplikazzjoni"."

2. Is-segwenti għandu jkun mibdul għall-Artikolu 10:

"Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata tat-tip kollha:

(a) ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li taderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV u l-informazzjoni fuqha tkun mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni u aħmar għaż-żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun asigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 4 (1) (a) u (2), iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa tal-qamħirrun ma jħarsux il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun mistqarr fuq it-tikketta. L-użu ta' tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni preskritta fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat;

(b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (a) (3), (4) u (5). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni hija stampata b'mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), tikketta li teħel jew it-tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax hija użata.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar meta huma mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss".

3. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati li jżommu sat-30 ta' Ġunju 1980 id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali li l-ippakkettjar tagħhom jinkludi l-informazzjoni preskritta imma bi preżentazzjoni differenti minn dak li hemm provvediment dwarha fis-sitt sentenza tal-paragrafu 1 (a)."

3. Fl-Artikolu 14 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali".

4. Fl-Anness IV (A), li ġej huwa miżjud taħt (a):

"10. Meta mill-inqas il-ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, il-kelma "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali."

5. Fl-Anness IV (A), li ġej huwa miżjud taħt (b):

"7. Fejn mill-anqas il-ġelbien tal-komponenti kollha tat-taħlita kienu ttestjati mill-ġdid, il-kliem ittestjat mill-ġdid… "(ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali."

Artikolu 4

Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-kummerċ tal-materjal għall-propagazzjoni veġetali tad-dwieli [12], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 74/648/KEE [13]:

"1a. B'dankollu l-Istati Membri jistgħu jippermettu li 10 pakketti jew gruppi ta' tilqim bl-għeruq ta' l-istess karatteristiċi, jew ħames pakketti jew gruppi ta' tilqim bl-għeruq ta' l-istess karatteristiċi jkunu mmarkati b'tikketta waħda biss li tkun konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-Anness IV. F'dan il-każ, il-pakketti u l-gruppi għandhom ikunu marbutin flimkien b'tali mod li, meta jkunu mifruda, ir-rabta tkun miksura u ma tistax terġa' tintuża. It-tikketta tkun mehmuża ma' din ir-rabta. Għeluq mill-ġdid ma jkunx awtorizzat."

Artikolu 5

Id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta' Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra [14], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 75/444/KEE, għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

"1a. L-emendi li għandhom isiru għal-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 (A) minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li jirriżultaw minn taħlit ta' l-ispeċi koperti mid-Direttiva għandhom ikunu addottati b'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20.

1b. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20 biex jippermettu, b'deroga mill-paragrafu 1 D (a) jew E (a), li jkunu ċċertifikati bħala ż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni jew bħala ż-żerriegħa ċċertifikata taż-żrieragħ tat-tieni ġenerazzjoni ta' l-ispeċi li jraxxu t-trab dakkari minnhom infushom jew apomiktiċi li ddaħħlu għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika u li kienu prodotti minn ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika imma li ma kinux eżaminati uffiċjalment. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal żerriegħa ibrida. Iċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa ċċertifikata ssir biss jekk mitluba mill-applikant taċ-ċertifikazzjoni bi ftehim ma' min ikabbar u jekk l-eżami uffiċjali ta' wara l-kontroll ibbażat fuq il-kampjuni miġbura uffiċjalment u mwettqa l-aktar tard matul l-staġun tat-tkabbir taż-żerriegħa mdaħħla juri li ż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel jilqgħu l-ħtiġiet għaż-żerriegħa bażika rigward l-identità tal-varjetà u l-purità. F'dan il-każ, min ikabbar għandu, meta l-kampjuni jkunu miġbura, jiddikjara ż-żona kollha li kienet taħt il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu emendati minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketti uffiċjali għaż-żerriegħa kkummerċjalizzata bi qbil ma' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu jkunu mmarkati: mgħoddi għall-kummerċ fi… (L-Istat Membru konċernat) biss"; barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li f'dan il-każ it-tikketti uffiċjali wkoll ikunu mmarkati * intiżi biss għal aktar multiplikazzjoni"."

2. Fl-Artikolu 2 (2) (c) "it-30 ta' Ġunju 1982" għandu jkun mibdul għal "it-30 ta' Ġunju 1978".

3. Fl-Artikolu 10 li ġej għandu jkun mibdul għall-paragrafi 1 u 2:

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata ta' kull tip u taż-żerriegħa kummerċjali:

(a) ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li taderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV u l-informazzjoni fuqha tkun mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-kulur tat-tikketta jkun abjad għaż-żerriegħa bażika, ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata ta' l-ewwel ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika, aħmar għall-ġenerazzjonijiet ta' wara u kannella għaż-żerriegħa kummerċjali. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 4 (a), iż-żerriegħa bażika ma tħarisx il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun imniżżel fuq it-tikketta. L-użu tat-tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 20 l-istampar li ma jitħassarx taħt is-superviżjoni uffiċjali ta' l-informazzjoni fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat;

(b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-anqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (a), (4), (5) u (6) u, fil-każ taż-żerriegħa kummerċjali, permezz ta' (b), (2), (5) u (6). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha permezz ta' (a). Dan id-dokument mhux meħtieġ jekk l-informazzjoni tkun stampata b'mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet permezz ta' (a), it-tikketta li teħel jew tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax tkun użata.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar meta huma mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"."

4. Fl-Artikolu 13 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali".

5. Fl-Anness IV (A), li ġej huwa miżjud taħt (a):

"11. Meta mill-anqas il-ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, il-kliem "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ttestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali."

6. Fl-Anness IV (A), li ġej huwa miżjud taħt (b):

"10. Meta mill-anqas il-ġelbien ikun ittestjat mill-ġdid, il-kliem "ittestjat mill-ġdid… (ix-xahar u s-sena)" u s-servizz responsabbli mit-tali ittestjar mill-ġdid jista' jkun indikat. Din l-informazzjoni tista' tingħata fuq sticker uffiċjali mwaħħal mat-tikketta uffiċjali."

Artikolu 6

Is-sentenza li ġejja għandha tkun miżjuda ma' l-Artikolu 21 (2) tad-Direttiva 70/457/KEE:

"B'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 23, dan il-perjodu jista' jkun estiż għal pajjiżi terzi jekk l-informazzjoni disponibbli ma tippermettix deċiżjoni bi qbil mal-paragrafu 1 u sakemm ma tippermettix determinazzjoni bħal din."

Artikolu 7

Id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"1a. L-emendi li għandhom isiru għal-lista ta' l-ispeċi li hemm referenza dwarha fil-paragrafu A minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku rigward id-deskrizzjonijiet u l-ibridi li jirriżultaw minn taħlit ta' l-ispeċi koperti minn din id-Direttiva jkunu addottati b'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40.

1b. L-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40 biex jippermettu, b'deroga mill-paragrafu 1 (C) (a), li jkunu ċċertifikati bħala żerriegħa ċċertifikata taż-żerriegħa ta' l-ispeċi li jraxxu t-trab dakkari minnhom infushom jew apomiktiċi li ddaħħlu għaċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa bażika u li kienu prodotti minn ġenerazzjoni qabel iż-żerriegħa bażika imma li ma kinux eżaminati uffiċjalment. Din id-dispożizzjoni ma tgħoddx għal żerriegħa ibrida. Iċ-ċertifikazzjoni bħala żerriegħa ċċertifikata ssir biss jekk mitluba mill-applikant taċ-ċertifikazzjoni bi ftehim ma' min ikabbar u jekk eżami uffiċjali ta' wara l-kontroll ibbażat fuq il-kampjuni miġbura uffiċjalment u mwettqa l-aktar tard matul l-staġun tat-tkabbir taż-żerriegħa mdaħħla juri li ż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel jilħqu l-ħtiġiet għaż-żerriegħa bażika rigward l-identità tal-varjetà u l-purità. F'dan il-każ, min ikabbar, meta l-kampjuni jittieħdu, għandu jiddikjara ż-żona kollha li kienet taħt il-produzzjoni taż-żerriegħa tal-ġenerazzjoni ta' qabel. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jkunu emendati minħabba l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketti uffiċjali għaż-żerriegħa kkummerċjalizzata bi qbil ma' l-awtorizzazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu jkunu mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (L-Istat Membru konċernat) biss"; barra minn hekk l-Istati Membri jista' jkollhom bżonn f'dan il-każ li t-tikketti uffiċjali wkoll ikunu mmarkati: "intiżi biss għal aktar multiplikazzjoni"."

2. Li ġej għandu jkun mibdul għall-Artikolu 26 (1):

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u taż-żerriegħa ċċertifikata, ħlief meta ż-żerriegħa tal-kategorija ta' l-aħħar tieħu l-forma ta' pakketti żgħar:

(a) ikunu ttikkettjati min-naħa ta' barra b'tikketta uffiċjali li ma tkunx intużat qabel, li taderixxi mal-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness IV (A) u l-informazzjoni fuqha tkun mogħtija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. It-tikketta tista' titqiegħed fil-pakketti trasparenti sakemm tkun tista' tinqara. Il-kulur tat-tikketta jkun abjad għaż-żerriegħa bażika u ikħal għaż-żerriegħa ċċertifikata. Meta tikketta b'toqba għal qafla tkun użata, it-twaħħil tagħha għandu jkun assigurat fil-każi kollha b'siġill uffiċjali. Jekk, fil-każi permezz ta' l-Artikolu 21, iż-żerriegħa bażika ma tħarisx il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II rigward il-ġelbien, dan il-fatt għandu jkun imniżżel fuq it-tikketta. L-użu tat-tikketti uffiċjali li jeħlu għandu jkun awtorizzat. Bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40, l-istampar li ma jitħassarx taħt il-kontroll uffiċjali, ta' l-informazzjoni preskritta, fuq il-pakkett bi qbil mal-mudell tat-tikketta jista' jkun awtorizzat;

(b) ikun fihom dokument uffiċjali, bl-istess kulur tat-tikketta, li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa permezz ta' l-Anness IV (A) (a) (4), (5), (6) u (7). Dan id-dokument għandu jkun imħejji b'tali mod li ma jkunx imfixkel mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha taħt (a). Dan id-dokument ma jkunx meħtieġ jekk l-informazzjoni tkun stampata b'mod li ma jitħassarx fuq il-pakkett jew jekk, bi qbil mad-dispożizzjonijiet taħt (a), it-tikketta tkun qiegħda fil-pakkett tat-trasport jew hija tikketta li teħel jew tikketta magħmula minn materjal li ma jitqattax, tkun użata."

3. Fl-Artikolu 26, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

"1a. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta' pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika meta huma mmarkati: "mgħoddi għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"."

4. Fl-Artikolu 30 (1), li ġej għandu jkun mibdul għal "immarkat u ssiġillat uffiċjalment": "immarkat u magħluq uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali".

5. Is-sentenza li ġejja għandha tkun miżjuda ma' l-Artikolu 32 (2):

"B'mod konformi mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 40 dan il-perjodu jista' jkun estiż għal pajjiżi terzi jekk l-informazzjoni disponibbli ma tippermettix deċiżjoni bi qbil mal-paragrafu 1 u sakemm ma tippermettix din id-determinazzjoni."

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi:

- ma' l-Artikolu 6 u ma' l-Artikolu 7 (5) fl-1 ta' Lulju 1977,

- ma' l-Artikolu 5 (2) fl-1 ta' Lulju 1978,

- mad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1979.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Simonet

[1] ĠU L 183, ta’ l-1.8.1977, p. 64.

[2] ĠU C 180, tat-28.07.77, p. 29.

[3] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1.

[4] ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79.

[5] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 7.

[6] ĠU L 72, tat-18.3.1976, p. 16.

[7] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66.

[8] ĠU L 83, tat-30.3.1976, p. 34.

[9] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66.

[10] ĠU L 196, tas-26.7.1975, p. 6.

[11] ĠU L 183, ta’ l-1.8.1977, p. 64.

[12] ĠU L 183, ta’ l-1.8.1977, p. 64.

[13] ĠU C 180, tat-28.07.77, p. 29.

[14] ĠU L 183, ta’ l-1.8.1977, p. 64.

--------------------------------------------------

Top