Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971L0320

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

ĠU L 202, 6.9.1971, p. 37–74 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(III) P. 746 - 783

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1971/320/oj

31971L0320



Official Journal L 202 , 06/09/1971 P. 0037 - 0074
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0038
Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0666
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0038
English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0746 - 0783
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0176
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0053
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0053


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-26 ta’ Lulju 1971

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(71/320/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali għandhom x’jaqsmu, inter alia, mal-mezzi mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi bil-mutur u tal-karrijiet tagħhom;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b’żjieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom tiġi applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura [3];

Billi l-ħtiġiet armonizzati għandhom jiżguraw is-sigurtà fit-toroq fil-Komunità kollha;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji internazzjonali elenkati hawn taħt u maħsuba sabiex tintuża fit-triq, sew jekk din il-vettura tkun bil-karozzerija u sew jekk le, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata ta’ aktar minn 25km/siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ għal vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi jew makkinarju għall- agrikoltura, u vetturi tax-xogħlijiet pubbliċi:

(a) Kagetorija M: Vetturi bil-mutur li għandhom mill-inqas erba’ roti jew li għandhom tliet roti meta l-piż massimu huwa ta’ aktar minn tunnellata metrika, u wżati għat-trasport tal-passiġġieri:

—Kategorija M1: | Vetturi wżati għat-trasport tal-passiġġieri, u li għandhom mhux aktar minn tmienn sedili flimkien mas-sedil tas-sewwieq; |

—Kategorija M2: | Vetturi wżati għat-trasport tal-passiġġieri, li għandhom aktar minn tmien sedili flimkien mas-sedil tas-sewwieq, u li għandhom piż massimu ta’ mhux aktar minn 5 tunnellati metriċi; |

—Kategorija M3: | Vetturi wżati għat-trasport tal-passiġġieri, li għandhom aktar minn tmien sedili flimkien mas-sedil tas-sewwieq, u li għandhom piż massimu ta’ aktar minn 5 tunnellati metriċi; |

(b) Kategorija N: Vetturi bil-mutur li għandhom mill-inqas erba’ roti jew li għandhom tliet roti meta l-piż massimu huwa ta’ aktar minn tunnellata metrika, u wżati għat-trasport tal-merkanzija:

—Kategorija N1: | Vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom piż massimu ta’ mhux aktar minn 3.5 tunnellati metriċi; |

—Kategorija N2: | Vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom piż massimu ta’ aktar minn 3.5 iżda mhux aktar minn 12-il tunnellata metrika; |

—Kategorija N3: | Vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom piż massimu ta’ aktar minn 12-il tunnellata metrika; |

(ċ) Kategorija O: Karrijiet (li jinkludu semi-karrijiet):

—Kategorija O1: | Karrijiet b’piż massimu ta’ mhux aktar minn 0.75 ta’ tunnellata metrika; |

—Kategorija O2: | Karrijiet b’piż massimu ta’ aktar minn 0.75 iżda mhux aktar minn 3.5 tunnellati metriċi |

—Kategorija O3: | Karrijiet b’piż massimu ta’ aktar minn 3.5 iżda ta’ mhux aktar minn 10 tunnellati metriċi |

—Kategorija O4: | Karrijiet b’piż massimu ta’ aktar minn 10 tunnellati metriċi; |

2. Vetturi artikulati tal-kategorija M li huma magħmulin minn żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu separati iżda li huma artikulati għandhom jiġu kkunsidrati bħala vettura waħda.

3. Fil-każ ta’ vettura ta’ rmonk tal-kategorija M jew N iddisinjata biex titqabbad ma’ semi-karru, il-piż massimu li għandu jiġi kkunsidrat meta din il-vettura tiġi kklassifikata għandu jkun il-piż tal-vettura ta’ rmonk f’kondizzjoni ta’ sewqan b’żjieda tal-piż massimu trasferit fuq il-vettura ta’ rmonk mis-semi-karru u, fejn xieraq, il-piż massimu tat-tagħbija tal-vettura ta’ rmonk stess.

4. Fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N, it-mezzi u l-aċċessorji ta’ ċerti vetturi speċjali li mhumiex maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri (bħal ma huma vetturi bil-krejn, vetturi tal-workshop, vetturi ta’ pubbliċità) għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija.

5. Il-piż massimu li għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi kklassifikat semi-karru tal-kategorija O għandu jkun il-piż trasmess lill-art mill-fus jew fusijiet tas-semi-karru meta mqabbad mal-vettura ta’ rmonk u mgħobbi bit-tagħbija massima.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mezzi mezzi ta’ l-ibbrejkjar tagħha jekk dik il-vettura ġiet mgħammra bil-mezzi mezzi speċifikati fl-Annessi I sa VIII u jekk dawk il-mezzi mezzi jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fihom.

Artikolu 3

L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li huwa jkun informat b’kull modifika fuq komponent jew karatteristika msemmija fil-punt 1.1 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jiddeċiedu jekk il-prototip modifikat għandux ikun sottomess għal testijiet ġodda u jekk għandux isir rapport ġdid dwar dawn. Jekk dawn it-testijiet jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifika ma għandiex tiġi awtorizzata.

Artikolu 4

Sakemm tidħol fis-seħħ Direttiva separata dwar id-definizzjoni ta’ "xarabank urbana", vetturi bħal dawn għandhom jibqgħu jiġu sottomessi għat-test tat-Tip II A deskritt fl-Anness II meta il-piż tagħhom ikun ta’ aktar minn 10 tunnellati metriċi.

Artikolu 5

L-emendi meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li fihom il-ħtiġiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1974, id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.2.1.4 ta’ l-Anness I għandhom japplikaw ukoll għal vetturi għajr dawk fil-kategorija M3 jew fil-kategorija N3.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Moro

[1] ĠU Ċ 160, 18.12.1969, p.7.

[2] ĠU Ċ 100, 1.8.1969, p.13.

[3] ĠU L 42, 23.2.1970, p.1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET, ĦTIĠIET, KOSTRUZZJONI U TWAĦĦIL

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. "Tip ta’ vettura fir-rigward tal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar"

"Tip ta’ vettura fir-rigward tal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar" ifisser vetturi li ma humiex differenti f’tali aspetti essenzjali bħal:

1.1.1. Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur

1.1.1.1. il-kategorija tal-vettura, kif definita fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

1.1.1.2. il-piż massimu, kif definit fil-punt 1.14

1.1.1.3. id-distribuzzjoni tal-piż bejn il-fusijiet

1.1.1.4. il-veloċità massima ddisinjata

1.1.1.5. tip differenti ta’ mezz ta’ l-ibbrejkjar b’referenza partikolari għall-preżenza jew le ta’ mezzi għall-ibbrejkjar ta’ karru

1.1.1.6. in-numru u l-arranġament tal-fusijiet

1.1.1.7. it-tip ta’ makna

1.1.1.8. in-numru u ratios tal-gerijiet

1.1.1.9. ir-ratio(s) tal-fus(ijiet) rear drive

1.1.1.10. id-dimensjonijiet tat-tyres

1.1.2. Fil-każ ta’ karrijiet

1.1.2.1. il-kategorija tal-vettura, kif definita fl-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva

1.1.2.2. il-piż massimu, kif definit fil-punt 1.14

1.1.2.3. id-distribuzzjoni tal-piż bejn il-fusijiet

1.1.2.4. tip differenti ta’ mezz ta’ l-ibbrejkjar

1.1.2.5. in-numru u arranġament tal-fusijiet

1.1.2.6. id-dimensjonijiet tat-tyres

1.2. "Mezz ta’ l-ibbrejkjar"

"Mezz ta’ l-ibbrejkjar" ifisser il-kombinazzjoni ta’ partijiet li l-funzjoni tagħhom hija progressivament sabiex tnaqqas il-veloċità ta’ vettura li tkun miexja jew li twaqqafha għal kollox, jew li żżommha wieqfa jekk tkun diġà twaqqfet. Dawn il-funzjonijiet huma speċifikati fil-punt 2.1.2. Il-mezz għandu jkun magħmul mill-kontroll tal-brejk, it-trasmissjoni u l-brejk nnifsu.

1.3. "Ibbrejkjar gradwat"

"Ibbrejkjar gradwat" ifisser ibbrejkjar li waqt li jkun qiegħed isir, fil-varjazzjoni normali ta’ operazzjoni tal-mezz, jew waqt l-applikazzjoni jew it-tneħħija tal-brejkijiet,

- ix-xufier jista’, f’kull ħin, iżid jew inaqqas il-forza ta’ l-ibbrejkjar permezz ta’ azzjoni fuq il-kontroll,

- il-forza ta’ l-ibbrejkjar taħdem fl-istess direzzjoni ta’ l-azzjoni fuq il-kontroll (funzjoni monotonika),

- huwa possibbli b’mod faċli li jsir aġġustament li jkun fin biżżejjed fuq il-forza ta’ l-ibbrejkjar.

1.4. "Kontroll"

"Kontroll" ifisser il-parti azzjonata direttament mix-xufier (jew, fejn xieraq, fil-każ ta’ karru, sieħeb ix-xufier) li tforni lit-trasmissjoni, bl-enerġija meħtieġa għall-ibbrejkjar jew għall-kontroll tiegħu. Din l-enerġija tista’ tkun l-enerġija muskolari tax-xufier, jew enerġija minn sors ieħor ikkontrollata mix-xufier, jew f’każijiet xierqa, l-enerġija kinetika ta’ karru, jew ta’ kombinazzjoni ta’ dawn it-tipi varji ta’ enerġija.

1.5. "Trasmissjoni"

"Trasmissjoni" tfisser il-kombinazzjoni ta’ komponenti li jinsabu bejn il-kontroll u l-brejk u li tgħaqqad lit-tnejn b’mod operattiv. It-trasmissjoni tista’ tkun mekkanika, idrawlika, pnewmatika, elettrika, jew imħallta. Fejn is-saħħa tal-brejkijiet tinkiseb minn jew hija megħjuna b’sors ta’ enerġija indipendenti mix-xufier iżda kkontrollata minnu, ir-riżerva ta’ enerġija fil-mezz għandha tkun ikkunsidrata bl-istess mod bħala parti mit-trasmissjoni.

1.6. "Brejk"

"Brejk" ifisser il-parti li fiha jiżviluppaw il-forzi li jopponu l-moviment tal-vettura. Jista’ jkun brejk ta’ frizzjoni (meta l-forzi huma ġġenerati mill-frizzjoni bejn żewġ partijiet tal-vettura li jimxu kontra xulxin); brejk elettriku (meta l-forzi huma ġġenerati minn azzjoni elettromanjetika bejn żewġ partijiet tal-vettura li jimxu kontra xulxin iżda li mhumiex f’kuntatt ma’ xulxin); brejk bi fluwidu (fejn il-forzi huma ġġenerati mill-azzjoni ta’ fluwidu li jinsab bejn żewġ partijiet ta’ vettura li jimxu relattivament ma’ xulxin); jew brejk tal-makna (fejn il-forzi jinkisbu minn żjieda kkontrollata fl-azzjoni ta’ bbrejkjar tal-makna trasmessa fuq ir-roti).

1.7. "Tipi differenti ta’ mezzi ta’ l-ibbrejkjar"

"Tipi differenti ta’ mezzi ta’ l-ibbrejkjar" ifisser tagħmir li huwa differenti minn ieħor f’tali aspetti essenzjali bħal:

1.7.1. komponenti li għandhom karatteristiċi differenti,

1.7.2. komponent magħmul minn materjali li għandhom karatteristiċi differenti jew komponent differenti fil-forma jew daqs,

1.7.3. assemblaġġ differenti tal-komponenti.

1.8. "Komponent tas-sistema ta’ bbrekjar"

"Komponent tas-sistema ta’ bbrekjar" ifisser waħda mill-partijiet individwali li, meta tiġi assmeblata, tikkostitwixxi l-mezz ta’ l-ibbrejkjar.

1.9. "Ibbrejkjar kontinwu"

"Ibbrejkjar kontinwu" ifisser l-ibbrejkjar ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi permezz ta’ installazzjoni li għandha l-karatteristiċi li ġejjin:

1.9.1. kontroll wieħed li x-xufier iħaddem b’mod progressiv, b’moviment wieħed, mis-sit tas-sewqan tiegħu,

1.9.2. l-enerġija wżata sabiex tibbrekja l-vetturi li tikkostitwixxi l-kombinazzjoni ta’ vetturi hija fornuta mill-istess sors (li tista’ tkun l-enerġija muskolari tax-xufier),

1.9.3. l-istallazzjoni ta’ l-ibbrejkjar tiżgura l-ibbrejkjar simultanju jew f’fażijiet xierqa ta’ kull waħda mill-vetturi kostitwenti tal-kombinazzjoni, ikunu xi jkunu l-posizzjonijiet relattivi tagħhom.

1.10. "Ibbrejkjar semi-kontinwu"

"Ibbrejkjar semi-kontinwu" ifisser l-ibbrejkjar ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi permezz ta’ installazzjoni li għandha il-karatteristiċi li ġejjin:

1.10.1. kontroll wieħed li x-xufier jista’ jħaddem b’mod progressiv, permezz ta’ moviment wieħed, mis-sit tas-sewqan tiegħu,

1.10.2. l-enerġija wżata sabiex tibbrejkja l-vetturi li jikkostitwixxu l-kombinazzjoni ta’ vetturi hija fornuta minn żewġ sorsi differenti (li waħda minnhom tista’ tkun l-enerġija muskolari tax-xufier),

1.10.3. l-istallazzjoni ta’ l-ibbrejkjar tfisser ibbrejkjar simultanju jew f’fażijiet xierqa ta’ kull waħda mill-vetturi kostitwenti tal-kombinazzjoni, ikunu xi jkunu l-posizzjonijiet relattivi tagħhom.

1.11. "Ibbrejkjar awtomatiku"

"Ibbrejkjar awtomatiku" ifisser l-ibbrejkjar tal-karru jew tal-karrijiet li jsir b’mod awtomatiku fl-eventwalità ta’ separazzjoni ta’ komponenti tal-kombinazzjoni ta’ vetturi mqabbdin flimkien, li jinkludi seperazzjoni bħal permezz ta’ tkissir fl-igganċjar, mingħajr ma tiġi affettwata l-effettività tal-bqija tal-kombinazzjoni.

1.12. "Ibbrejkjar bl-inerzja jew b’ "overrun""

"Ibbrejkjar bl-inerzja" ifisser ibbrejkjar bl-użu tal-forzi ġġenerati meta l-karru jitla’ fuq il-vettura ta’ rmonk.

1.13. "Vettura mgħobbija"

"Vettura mgħobbija" tfisser, għajr fejn mistqarr mod ieħor, vettura mgħobbija sal-"piż massimu" tagħha.

1.14. "Piż massimu"

"Piż massimu" ifisser il-piż massimu mistqarr mill-manifattur tal-vettura (dan il-piż jista’ jkun akbar mill-"piż massimu permessibbli").

2. ĦTIĠIET TA’ KOSTRUZZJONI U TWAĦĦIL

2.1. Ġenerali

2.1.1. Mezz ta’ l-ibbrejkjar

2.1.1.1. Il-mezz ta’ l-ibbrejkjar għandu jkun iddisinjat, mibni u mwaħħal b’tali mod li jagħti s-setgħa lill-vettura f’użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li għaliha taf tkun soġġetta, sabiex tikkonforma mal-ħtiġiet imsemmija hawn taħt.

2.1.1.2. B’mod partikolari, il-mezz ta’ l-ibbrejkjar għandu jkun iddisinjat, mibni u mwaħħal b’tali mod li jkun kapaċi jiflaħ għall-fenomeni ta’ korrużjoni u ta’ xjuħija li għalih huwa espost.

2.1.2. Funzjonijiet ta-mezz ta’ l-ibbrejkjar.

Il-mezz ta’ l-ibbrejkjar definit fil-punt 1.2 għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.1.2.1. Service braking

Is-service braking għandu jagħti s-setgħa lix-xufier sabiex jikkontrolla l-moviment tal-vettura u li jwaqqafha b’mod bla perikolu, malajr u effettiv, tkun xi tkun il-veloċità u tagħbija, u fuq kull xaqliba ‘l fuq jew ‘l isfel. Għandu jkun possibbli li din l-azzjoni ta’ bbrejkjar tkun gradwata. Ix-xufier għandu jkun kapaċi jikseb din l-azzjoni ta’ bbrejkjar mis-sit tas-sewqan tiegħu mingħajr ma jneħħi jdejh mill-kontroll ta’ l-isteering.

2.1.2.2. Brejk sekondarju

Il-brejk sekondarju għandu jagħmilha possibbli li l-vettura titwaqqaf f’distanza raġjonevoli fl-eventwalità ta’ ħsara fil-service braking. Għandu jkun possibbli li din l-azzjoni ta’ bbrekjar tkun gradwata. Ix-xufier għandu jkun kapaċi jikseb din l-azzjoni ta’ bbrejkjar mis-sit tas-sewqan tiegħu u fl-istess ħin iżomm mill-inqas id waħda fuq il-kontroll ta’ l-isteering. Għall-għanijiet ta’ dawn il-ħtiġiet, huwa mifhum li ma jkunx hemm aktar minn ħsara waħda tas-service brake f’ħin wieħed.

2.1.2.3. Ibbrejkjar tal-ipparkjar

L-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandu jagħti s-setgħa li l-vettura tinżamm wieqfa fuq xaqliba ‘l fuq jew ‘l isfel anke fin-nuqqas tax-xufier, il-partijiet li jaħdmu f’dak il-ħin jinżammu f’pożizzjoni msakkra b’mezz purament mekkaniku. Ix-xufier għandu jkun kapaċi li jikseb din l-azzjoni ta’ bbrejkjar mis-sit tas-sewqan tiegħu, soġġett, fil-każ ta’ karru, għall-ħtiġiet tal-punt 2.2.2.10.

2.2. Karatteristiċi tal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar

2.2.1. Vetturi tal-kategoriji M u N

2.2.1.1. Is-sett tal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar li bih hija mgħammra vettura għandu jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti għas-service braking, l-brejk sekondarju u l-brejk tal-ipparkjar.

2.2.1.2. Il-mezzi li jipprovdu s-service braking, l-brejk sekondarju u l-brejk ta’ ipparkjar jista’ jkollhom komponenti komuni, sakemm dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.2.1.2.1. għandu jkun hemm għallinqas żewġ kontrolli, indipendenti minn xulxin u aċċessibbli faċilment għax-xufier mis-sit tas-sewqan; din il-ħtieġa għandha tiġi sodisfatta anke meta x-xufier ikun liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà;

2.2.1.2.2. il-kontroll tal-mezz tas-service brake għandu jkun indipendenti mill-kontroll tal-mezz ta’ l-ibbrejkjar tal-ipparkjar;

2.2.1.2.3. fejn il-mezzi ta’ service braking u dak tal-brejk sekondarju jkollhom l-istess kontroll, l-effettività tat-tagħqid bejn dak il-kontroll u l-komponenti varji tas-sistemi ta’ trasmissjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għat-tnaqqis wara ċertu perjodu ta’ użu;

2.2.1.2.4. fejn il-mezzi ta’ service braking u dak ta’ brejk sekondarju jkollhom l-istess kontroll, il-mezz ta’ l-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandu jkun iddisinjat b’mod li jista’ jitħaddem meta l-vettura tkun miexja.

2.2.1.2.5. fl-eventwalità ta’ ksur ta’ kwalunkwe komponent għajr il-brejkijiet (kif definit fil-punt 1.6) jew tal-komponenti speċifikati fil-punt 2.2.1.2.7, jew ta’ kull ħsara oħra tal-mezz ta’ service braking (ma jaħdimx tajjeb, eżawriment parzjali jew totali ta’ riserva ta’ enerġija), il-mezz ta’ brejk sekondarju jew dik il-parti tal-mezz tas-service braking li ma hiex affettwata mill-ħsara għandhom ikunu kapaċi jwaqqfu l-vettura fil-kondizzjonijiet preskritti għall-brejk sekondarju;

2.2.1.2.6. b’mod partikolari, fejn il-mezz ta’ brejk sekondarju u l-mezz ta’ service braking għandhom kontroll komuni u trasmissjoni komuni;

2.2.1.2.6.1. fejn is-service braking jitħaddem bl-enerġija muskolari tax-xufier megħjun minn riserva ta’ enerġija waħda jew aktar, il-brejk sekondarju għandu, fl-eventwalità ta’ ħsara f’dik l-għajnuna, ikun kapaċi li jiġi żgurat mill-enerġija muskolari tax-xufier megħjun mir-riservi ta’ enerġija, jekk ikun hemm, li mhumiex affettwati mill-ħsara, il-forza applikata fuq il-kontroll ma tkunx aktar mill-massimi preskritti;

2.2.1.2.6.2. fejn il-forza għas-service braking u għat-trasmissjoni tiddependi esklussivament fuq l-użu ta’ riserva ta’ enerġija kkontrollata mix-xufier, għandu jkun hemm mill-inqas żewġ riservi ta’ enerġija indipendenti għal kollox, kull wieħed ipprovdut bit-trasmissjoni indipendenti tiegħu; kull wieħed minnhom jista’ jaħdem fuq il-brejkijiet ta’ żewġ roti jew aktar magħżula b’tali mod li jkunu kapaċi li jiżguraw għalihom il-grad preskritt ta’ bbrejkjar sekondarju mingħajr ma jipperikolaw l-istabbilità tal-vettura waqt l-ibbrejkjar; barra minn hekk kull waħda minn dawn ir-riżervi ta’ enerġija għandha tkun mgħammra b’mezz ta’ twissija kif definit fil-punt 2.2.1.13;

2.2.1.2.7. għall-għanijiet tal-punt 2.2.1.2.5, ċerti partijiet, bħalma huma l-pedala u l-bearing tagħha, il-master cylinder u l-pistun jew il-pistuni tiegħu (sistemi idrawliċi), il-valv ta’ kontroll (sistemi pnewmatiċi), it-tagħqid bejn il-pedala u l-master cylinder jew il-valv ta’ kontroll, iċ-ċilindri tal-brejkijiet u l-pistuni tagħhom (sistemi idrawliċi u/jew pnewmatiċi), u l-assemblaġġi tal-lever-and-cam tal-brejkijiet, ma għandhomx jiġu meqjusa li huma soġġetti għat-tkissir jew li huma ta’ daqs abbundanti, huma aċċessibbli b’mod faċli għall-manutensjoni, u jesebixxu karatteristiċi ta’ sigurtà li huma għallinqas ugwali għal dawk preskritti għal konponenti essenzjali oħrajn (bħal ma huwa t-tagħqid ta’ l-isteering) tal-vettura. Fejn il-ħsara fi kwalunkwe parti tali tagħmel l-ibbrejkjar tal-vettura b’rendiment għallinqas ugwali għal dak preskritt għall-brejk sekondarju impossibbli, dik il-parti għandha tkun magħmula tal-metall jew minn materjal b’karatteristiċi ekwivalenti u ma għandhiex tkun soġġetta għal tagħwiġ sinjifikanti fl-operazzjoni normali tal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar.

2.2.1.3. Fejn ikun hemm kontrolli separati għall-mezz ta’ service braking u għall-mezz ta’ brejk sekondarju, tħaddim simultanju taż-żewġ kontrolli ma għandux iġib sew it-mezz ta’ service braking kif ukoll it-mezz ta’ brejk sekondarju mhux effiċjenti, jew meta ż-żewġ mezzi ta’ l-ibbrejkjar ikunu f’kondizzjoni ta’ ħidma tajba jew meta wieħed minnhom ikun difettuż.

2.2.1.4. Fl-eventwalità ta’ ħsara f’parti mit-trasmissjoni ta’ l-ibbrejkjar ta’ servizz, għandhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.2.1.4.1. numru biżżejjed ta’ roti għandhom jibqgħu jiġu bbrejkjati bil-ħidma tal-kontroll tal- mezz ta’ service braking, tkun xi tkun it-tagħbija tal-vettura;

2.2.1.4.2. dawn ir-roti għandhom jiġu magħżula b’mod li r-rendiment li jibqa’ tal-mezz tas-service braking ikun ugwali għal mhux anqas minn x% tar-rendiment preskritt għall-kategorija li fiha tkun tinsab il-vettura, il-forza applikata fuq il-kontroll ma tkunx aktar minn 70 kg:

vetturi b’piż massimu (il-kategoriji kollha) | x = 30 |

vetturi mhux mgħobbija:

kategoriji M1, M2, N1, N2 | x = 25 |

kategoriji M3 u N3 | x = 30 |

2.2.1.4.3. iżda, il-ħtiġiet ta’ hawn fuq ma għandhomx japplikaw għal vetturi ta’ rmonk għal semi-karrijiet meta t-trasmissjoni tal-mezz tas-service braking tas-semi-karru tkun indipendenti minn dik tal-vettura ta’ rmonk.

2.2.1.5. Meta jsir użu ta’ enerġija għajr mill-enerġija muskolari tax-xufier, ma hemmx għalfejn li jkun hemm aktar minn sors ta’ enerġija oħra tali (pompa idrawlika, kumpressur ta’ l-arja, eċċ.), iżda l-mezz li bih jitħaddem il-mezz li jikkostitwixxi dak is-sors għandu jkun ta’ min jafdah għal kollox. Fl-eventwalità ta’ ħsara fi kwalunkwe parti tat-trasmissjoni tal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ vettura, il-forniment lill-parti li mhiex affettwata bil-ħsara għandha tkompli tiġi żgurata fejn dan ikun meħtieġ għall-għan li titwaqqaf il-vettura bi grad ta’ effiċjenza preskritt għall-brejk sekondarju. Din il-kondizzjoni għandha tiġi sodisfatta permezz ta’ mezzi li jistgħu jitħaddmu faċilment meta l-vettura tkun wieqfa, jew b’mezz awtomatiku.

2.2.1.6. Il-ħtiġiet tal-punti 2.2.1.2, 2.2.1.4 u 2.2.1.5 għandhom jiġu sodisfatti mingħajr l-użu ta’ ebda mezz awtomatiku ta’ tip li n-nuqqas ta’ effettività tiegħu taf tgħaddi mingħajr ħadd ma jinduna biha minħabba li l-partijiet li s-soltu huma f’pożizzjoni "wieqfa" jitħaddmu biss fl-eventwalità ta’ ħsara tal-mezz ta’ l-ibbrejkjar.

2.2.1.7. Il-mezz ta’ service braking għandu jaħdem fuq ir-roti kollha fuq il-vettura.

2.2.1.8. L-azzjoni tal-mezz ta’ service braking għandu jitqassam b’mod xieraq fost il-fusijiet.

2.2.1.9. L-azzjoni tal-mezz ta’ service braking għandu jitqassam bejn ir-roti ta’ l-istess fus b’mod simmetriku f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.2.1.10. Il-mezz ta’ service braking u l-mezz ta’ l-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandhom jaħdmu fuq l-uċuh ta’ l-ibbrejkjar li huma mqabbdin mar-roti b’mod permanenti permezz ta’ komponenti ta’ saħħa adekwata. Ma għandux ikun possibbli li l-wiċċ tal-brejkijiet jiġi maqlugħ minn mar-roti; iżda, fil-każ tal-mezz ta’ servizz u l-mezz ta’ brejk sekondarju, dan il-qlugħ ta’ l-uċuh ta’ l-ibbrejkjar għandu jkun permess sakemm huwa biss momentarju, bħal waqt il-bidla ta’ gear, u li sew il-service braking u sew il-brejk sekondarju jibqgħu joperaw bil-grad ta’ effiċjenza preskritt. Barra minn hekk, kwalunwe qlugħ bħal dan għandu jkun permess fil-każ tal-mezz ta’ l-ibbrejkjar tal-ipparkjar, sakemm huwa kkontrollat esklussivament mix-xufier mis-sit tas-sewqan tiegħu b’sistema li ma tistax titħaddem permezz ta’ nixxiegħa [1].

2.2.1.11. Ix-xedd fuq il-brejkijiet għandu jiġi kkumpensat faċilment permezz ta’ sistema ta’ aġġustament manwali jew awtomatika. Barra minn hekk, il-kontroll u l-komponenti tat-trasmissjoni u tal-brejkijiet għandu jkollu riserva ta’ moviment li, meta l-brejkijiet jisħnu jew meta l-brake linings ikunu laħqu ċertu grad ta’ xedd, jiġi żgurat ibbrejkjar effiċjenti mingħajr ma jkun meħtieġ aġġustament immedjat.

2.2.1.12. F’mezzi ta’ l-ibbrejkjar idrawliku:

2.2.1.12.1. il-portijiet ta’ mili tal-fluwidu tar-riżerva għandhom ikunu aċċessibbli faċilment; barra minn hekk, ir-reċipjenti tal-fluwidu tar-riżerva għandhom ikunu magħmulin b’mod li l-livell tal-fluwidu tar-riżerva ikun jista’ jiġi kkontrollat mingħajr il-bżonn li jinfetħu r-reċipjenti. Fejn din l-aħħar kondizzjoni ma tiġix sodisfatta, bozza ta’ twissija għandha tindika lix-xufier meta l-livell tal-fluwidu tar-riżerva jaqa’ f’livell li jista’ jikkawża ħsara għall-mezz ta’ l-ibbrejkjar. Ix-xufier għandu jkun jista’ jikkontrolla faċilment jekk id-dawl ikunx qiegħed jaħdem tajjeb;

2.2.1.12.2. il-ħsara ta’ parti mis-sistema idrawlika għandha tiġi indikata lix-xufier b’mezz li jkun fih sinjal aħmar ta’ twissija li jixgħel malli jitħaddem il-kontroll. Id-dawl għandu jidher anke fid-dawl tal-jum, u x-xufier għandu jkun jista’ jikkontrolla faċilment jekk id-dawl ikunx qiegħed jaħdem. Kwalunkwe ħsara ta’ komponent tal-mezz ma għandhiex tikkawża t-telf totali ta’ l-effettività tal-mezz ta’ l-ibbrejkjar.

2.2.1.13. Kull vettura mgħammra bi brejk li jitħaddem minn riserva ta’ enerġija għandha, fejn it-tħaddim preskritt tal-brejk huwa impossibbli mingħajr l-użu ta’ enerġija maħżuna, tkun mgħammra b’mezz ta’ twissija, b’żjieda ta’gauge tal-pressjoni fejn imwaħħal, li jagħti sinjal ottikali jew akustiku meta l-enerġija, f’kull parti ta’ l-installazzjoni ta’ qabel il-valv ta’ kontroll, taqa’ għal 65 % jew anqas mill-valur normali tagħha. Dan il-mezz għandu jkun imqabbad direttament u b’mod permanenti maċ-ċirkwit.

2.2.1.14. Bla preġudizzju għall-ħtiġiet tal-punt 2.1.2.3, fejn l-użu ta’ sors awżiljarju ta’ enerġija huwa essenzjali għall-operazzjoni ta’ mezz ta’ l-ibbrejkjar, ir-riserva ta’ enerġija għandha tkun tant li tiżgura li, jekk tieqaf il-makna, ir-rendiment tal-brejk jibqa’ biżżejjed sabiex iwaqqaf il-vettura fil-kondizzjonijiet preskritti. Barra minn hekk, jekk l-enerġija muskolari applikata mix-xufier fuq il-mezz ta’ l-ibbrejkjar tal-ipparkjar hija rinforzata minn xi għajnuna, il-ħidma tal-brejk tal-ipparkjar għandha tiġi żgurata fl-eventwalità ta’ ħsara f’dik l-għajnuna, jekk meħtieġ permezz ta’ l-użu ta’ riserva ta’ enerġija indipendenti għal dik li normalment tforni dik l-għajnuna. Din ir-riserva ta’ enerġija tista’ tkun dik maħsuba għas-service braking. L-espressjoni "ħidma" tkopri wkoll l-azzjoni ta’ rilaxx.

2.2.1.15. Fil-każ ta’ vettura bil-mutur li t-tagħqid magħha ta’ karru mgħammar bi brejk ikkontrollat mix-xufier tal-vettura ta’ rmonk, huwa awtorizzat, il-mezz tas-service braking tal-vettura ta’ rmonk għandu jkun mgħammar b’mezz iddisinjat b’mod li jekk il-mezz ta’ l-ibbrejkjar tal-karru ma jaħdimx, jew il-pajp tal-forniment ta’ l-arja (jew tip ieħor ta’ konnessjoni bħal din bħal ma jaf ikun adottat) bejn il-vettura ta’ rmonk u l-karru jinkiser, għandu jibqa’ possibbli li l-vettura ta’ rmonk tieqaf bl-effiċjenza preskritta għall-brejk sekondarju; huwa preskritt b’mod xieraq, b’mod partikolari, li dan il-mezz ikun imwaħħal mal-vettura ta’ rmonk [2].

2.2.1.16. It-tagħmir awżiljarju għandu jieħu l-enerġija tiegħu biss b’tali mod li t-tħaddim tiegħu, anke fl-eventwalità ta’ ħsara fis-sors ta’ enerġija, ma jkunx jista’ jikkawża li r-riservi ta’ enerġija li jfornu l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar jaqgħu taħt il-livell indikat fil-punt 2.2.1.13.

2.2.1.17. Fil-każ ta’ mezz ta’ l-ibbrejkjar imħaddem b’arja kkumpressata, l-għaqda pnewmatika mal-karru għandha tkun tat-tip b’żewġ pajpijiet jew aktar.

2.2.1.18. Fejn il-karru jkun tal-kategorija O3 jew O4, il-mezz ta’ service braking għandu jkun tat-tip kontinwu jew semi-kontinwu.

2.2.1.19. Fil-każ ta’ vettura awtorizzata li tirmonka karru tal-kategorija O3 jew O4, il-mezzi ta’ l-ibbrejkjar għandhom jissodisfaw l-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.2.1.19.1. fejn jiġi azzjonat il-mezz ta’ brejk sekondarju tal-vettura ta’ rmonk, għandu jkun hemm ukoll azzjoni ta’ bbrejkjar gradwat fuq il-karru;

2.2.1.19.2. jekk ilmezz ta’ l-ibbrejkjar ewlieni tal-vettura ta’ rmonk ma jaħdimx, u jekk dan il-mezz huwa magħmul minn ta’ l-anqas żewġ sezzjonijiet indipenenti, is-sezzjoni jew is-sezzjonijiet li ma jiġux affettwati minn din il-ħsara għandhom ikunu kapaċi jħaddmu l-brejkijiet tal-karru b’mod parzjali jew totali. Għandu jkun possibbli li din l-azzjoni ta’ bbrejkjar tkun gradwata;

2.2.1.19.3. fil-każ ta’ ksur jew ta’ nixxiegħa f’wieħed mill-pajpijiet li jfornu l-arja (jew f’konnessjoni oħra bħal din bħal ma taf tiġi adottata), għandu madankollu jibqa’ possibbli għax-xufier li jħaddem il-brejkijiet tal-karru b’mod parzjali jew totali, jew permezz tal-kontroll tas-service braking jew tal-kontroll tal-brejk sekondarju jew ta’ kontroll separat, sakemm il-ksur jew nixxiegħa ma jikkawżax li l-karru jiġi mwaqqaf b’mod awtomatiku.

2.2.1.20. Għajr fil-każ ta’ "karozzi tal-linja urbani", vetturi wżati fil-ġarr tal-passiġġieri li għandhom aktar minn tminn sitijiet għajr dak tax-xufier, u li għandhom piż massimu ta’ aktar minn 10 tunnellati metriċi, għandhom jissodisfaw it-test tat-Tip II A deskritt fil-punt 1.5 ta’ l-Anness II u mhux it-test tat-Tip II deskritt fil-punt 1.4 ta’ dak l-Anness.

2.2.2. Vetturi tal-kategorija O

2.2.2.1. Ma hemmx għalfejn li karrijiet tal-kategorija O1 jkunu mgħammra b’mezz ta’ service braking; iżda, jekk karrijiet ta’ din il-kategorija huma mgħammra b’mezz ta’ service braking, dan għandu jikkonforma ma’ l-istess ħtiġiet bħal dawk tal-kategorija O2.

2.2.2.2. Kull karru tal-kategorija O2 għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ service braking jew tat-tip kontinwu jew semi-kontinwu jew tat-tip ta’ inerzja (overrun). L-aħħar tip għandu jkun awtorizzat biss għal karrijiet għajr għal semi-karrijiet.

2.2.2.3. Kull karru tal-kategorija O3 jew O4 għandu jkun mgħammar b’mezz ta’ service braking jew tat-tip kontinwu jew semi-kontinwu.

2.2.2.4. Il-mezz ta’ service braking għandu jaħdem fuq ir-roti kollha tal-karru.

2.2.2.5. L-azzjoni tal-mezz ta’ service braking għandha titqassam b’mod xieraq fost il-fusijiet.

2.2.2.6. L-azzjoni ta’ kull mezz ta’ l-ibbrejkjar għandha titqassam bejn ir-roti ta’ kull fus b’mod simmetriku f’relazzjoni mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

2.2.2.7. L-uċuħ tal-brejkijiet meħtieġa sabiex jiksbu l-grad preskritt ta’ effettività għandhom ikunu f’kuntatt kostanti mar-roti, jew b’mod riġidu jew permezz ta’ komponenti li ma humiex soġġetti għall-ħsara.

2.2.2.8. Ix-xedd fuq il-brejkijiet għandu jiġi kkumpensat b’mod faċli permezz ta’ sistema ta’ aġġustament manwali jew awtomatiku. Barra minn hekk, il-kontroll u l-komponenti tat-trasmissjoni u tal-brejkijiet għandhom ikollhom riserva ta’ moviment tant, li meta l-brejkijiet jisħnu jew meta l-brake linings ikunu laħqu ċertu grad ta’ xedd, l-ibbrejkjar jiġi żgurat mingħajr ma jkun meħtieġ aġġustament immedjat.

2.2.2.9. Il-mezzi ta’ l-ibbrejkjar għandhom jkunu tali li l-karru jitwaqqaf awtomatikament jekk l-igganċjar jinkiser meta l-karru jkun miexi. Iżda, din il-ħtieġa ma għandiex tapplika għall-karrijiet b’fus wieħed b’piż massimu ta’ mhux aktar minn 1.5 tunnellati metriċi sakemm il-karrijiet ikunu mgħammra, barra mill-igganċjar ewlieni, b’igganċjar sekondarju (katina, cable, eċċ.) li, fl-eventwalità ta’ ksur ta’ l-igganċjar ewlieni, ikun jista’ jwaqqaf id-drawbar milli jmiss l-art u jipprovdi xi azzjoni ta’ żamma ta’ direzzjoni li jkun baqa’.

2.2.2.10. Fuq kull karru li huwa meħtieġ li jkun mgħammar b’mezz ta’ service braking, l-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandu jiġi żgurat anke meta l-karru jiġi separat mill-vettura ta’ rmonk. Għandu jkun possibbli għal persuna bil-wieqfa fuq l-art li tħaddem il-mezz ta’ l-ibbrejkjar tal-ipparkjar; iżda fil-każ ta’ karru wżat għall-ġarr ta’ passiġġieri, għandu jkun possibbli li dan il-brejk jitħaddem minn ġewwa l-karru. L-espressjoni "tħaddem" tkopri wkoll l-azzjoni ta’ rilaxx.

2.2.2.11. Fejn karru huwa mgħammar b’mezz li jippermetti li tinqata’ l-attwazzjoni ta’ l-arja kkumpressata tal-mezz ta’ l-ibbrejkjar, il-mezz li huwa msemmi l-ewwel għandu jkun iddisinjat u mibni b’mod li huwa ristawrat pożittivment fil-pożizzjoni "wieqfa" mhux aktar tard minn meta jerġa’ jibda mill-ġdid il-forniment ta’ l-arja kkumpressata lill-karru.

[1] Dan il-punt għandu jiġi interpretat bil-mod li ġej: Ir-rendiment tal-mezz ta’ service braking u l-mezz sekondarju ta’ bbrejkjar għandu jibqa’ fil-limiti preskritti fid-Direttiva, anke waqt qlugħ momentarju.

[2] Dan il-punt għandu jiġi interpretat bil-mod li ġej: Huwa essenzjali, fil-każijiet kollha, li l-mezz ta’ service braking ikun mgħammar b’mezz (per eżempju b’valv li jillimita) li jiżgura li l-vettura tkun tista’ tibqa’ tiġi mwaqqfa mis-service brake, iżda b’rendiment ugwali għal dak tal-brejk sekondarju.

--------------------------------------------------

ANNESS II

TESTIJIET TA’ L-IBBREJKJAR U R-RENDIMENT TAL-MEZZI TA’ L-IBBREJKJAR

1. TESTIJIET TA’ L-IBBREJKJAR

1.1. Ġenerali

1.1.1. Ir-rendiment preskritt għall-mezzi ta’ l-ibbrejkjar għandu jkun ibbażat fuq id-distanza ta’ waqfien. Ir-rendiment ta’ mezz ta’ l-ibbrejkjar għandu jiġi stabbilit jew billi titkejjel id-distanza ta’ waqfien fir-rigward tal-veloċità tal-bidu jew bil-kejl tal-ħin ta’ reazzjoni tal-mezz u d-deċellerazzjoni medja f’ħidma normali kif preskritt fl-Anness III.

1.1.2. Id-distanza ta’ waqfien għandha tkun id-distanza koperta mill-vettura mill-mument meta x-xufier jibda’ jħaddem il-kontroll tal-mezz sal-mument meta l-vettura tieqaf; il-veloċità tal-bidu għandha tkun il-veloċità fil-mument meta x-xufier jibda jħaddem il-kontroll tal-mezz. Fil-formoli mogħtija hawn taħt, għall-kejl tar-rendiment ta’ l-ibbrejkjar,

v = veloċità inizzjali f’km/siegħa:

s = distanza ta’ waqfien f’metri.

1.1.3. Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ kwalunkwe vettura, ir-rendiment ta’ l-ibbrejkjar għandu jitkejjel waqt it-testijiet fit-triq imwettqa fil-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.1.3.1. il-kondizzjoni tal-vettura fir-rigward tal-piż għandha tkun preskritta għal kull tip ta’ test u għandha tkun speċifikata fir-rapport tat-test;

1.1.3.2. it-test għandu jsir fil-veloċitajiet preskritti għal kull tip ta’ test. Fejn vettura tkun mibnija b’tali mod li l-veloċità massima tagħha tkun aktar baxxa minn dik preskritta għal test, it-test għandu jsir fil-veloċità massima ta’ dik il-vettura;

1.1.3.3. waqt it-testijiet il-forza applikata fuq il-kontroll tal-brejk sabiex jinkiseb ir-rendiment preskritt ma għandhiex tkun aktar mill-massimu stabbilit għall-kategorija tal-vettura li fuqha jkun qiegħed isir it-test;

1.1.3.4. it-triq għandu jkollha wiċċ li joffri qabda ma’ l-art tajba;

1.1.3.5. it-testijiet għandhom isiru meta ma jkunx hemm riħ li jaf jaffettwa r-riżultati;

1.1.3.6. fil-bidu tat-test ir-roti għandhom ikunu kesħin u fil-pressjoni preskritta għat-tagħbija li fil-fatt tkun qegħda tinġarr mir-roti meta l-vettura tkun wieqfa;

1.1.3.7. ir-rendiment preskritt għandu jinkiseb mingħajr ma jinqaflu r-roti, mingħajr devjazzjoni tal-vettura mill-korsa tagħha, u mingħajr vibrazzjoni mhux tas-soltu.

1.1.4. Imġieba tal-vettura waqt l-ibbrejkjar

1.1.4.1. Fit-testijiet ta’ l-ibbrejkjar, u b’mod partikolari f’dawk ta’ veloċità għolja, l-imġieba ġenerali tal-vettura waqt l-ibbrejkjar għandha tiġi kkontrollata.

1.2. Test tat-Tip O

(test ordinarju ta’ rendiment bil-brejkijiet kesħin)

1.2.1. Ġenerali

1.2.1.1. Il-brejkijiet għandhom ikunu kesħin. Brejk jinftieħem li huwa kiesaħ meta t-temperatura mkejla fuq id-diska jew fuq in-naħa ta’ barra tad-drum tkun inqas min 100°Ċ.

1.2.1.2. It-test għandu jsir fil-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.2.1.2.1. il-vettura għandha tkun mgħobbija, id-distribuzzjoni tal-piż tagħha fost il-fusijiet għandha tkun dik mistqarra mill-manifattur. Fejn issir dispożizzjoni għal ħafna arranġamenti tal-piż fuq il-fusijiet, id-distribuzzjoni tal-piż massimu fost il-fusijiet għandha tkun tali li l-piż fuq kull fus ikun proporzjonali għall-piż massimu permessibbli għal kull fus;

1.2.1.2.2. fil-każ ta’ vettura bil-mutur, kull test għandu jiġi rripetut fuq il-vettura mhux mgħobbija li tkun qegħda ġġorr biss lix-xufier u possibilment persuna waħda - preferibbilment bil-qiegħda fuq is-sit ta’ quddiem - li tkun responsabbli li tinnota r-riżultati tat-test;

1.2.1.2.3. il-limiti preskritti għal rendiment minimu, sew għat-testijiet bil-vettura mhux mgħobbija u sew għat-testijiet bil-vettura mgħobbija, għandhom ikunu dawk stabbiliti hawn taħt għal kull kategorija ta’ vettura;

1.2.1.2.4. it-triq għandha tkun livell.

1.2.2. Test tat-tip O bil-makna mhux imqabbda

1.2.2.1. It-test għandu jsir fil-veloċità preskritta għall-kategorija li fiha tkun tinsab il-vettura, il-figuri preskritti f’din il-konnessjoni jkunu soġġetti għal ċertu limitu ta’ tolleranza. Għandu jintlaħaq ir-rendiment minimu preskritt għal kull kategorija.

1.2.3. Test tat-tip O bil-makna imqabbda

1.2.3.1. Apparti mit-testijiet preskritti fil-punt 1.2.2, għandhom isiru testijiet addizzjonali f’veloċitajiet varji bil-makna imqabbda, l-aktar wieħed baxx ikun ugwali għal 30 % tal-veloċità massima tal-makna u l-għola jkun ugwali għal 80 % ta’ dik il-veloċità. Il-figuri ta’ rendiment imkejla u l-imġieba tal-vettura għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.

1.3. Test tat-tip I

(test ta’ tifi)

1.3.1. B’ibbrejkjar repetut

1.3.1.1. Is-service braking ta’ vetturi fil-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2 u N3 għandhom jiġu ttestjati billi l-brejkijiet jiġu azzjonati u rilaxxati suċċessivament numru ta’ drabi, il-vettura tkun mgħobbija, b’mod konformi mal-kondizzjonijiet murija fit-tabella li ġejja:

KondizzjonijietKategorija ta’ vettura | | v1 km/siegha | v2 km/siegha | Δt sek | n |

M1 | 80 % vmass ≤ 120 | ½ v1 | 45 | 15 |

M2 | 80 % vmass ≤ 100 | ½ v1 | 55 | 15 |

M3 | 80 % vmass ≤ 60 | ½ v1 | 60 | 20 |

N1 | 80 % vmass ≤ 120 | ½ v1 | 55 | 15 |

N2 | 80 % vmass ≤ 60 | ½ v1 | 60 | 20 |

N3 | 80 % vmass ≤ 60 | ½ v1 | 60 | 20 |

fejn:

v1 = il-veloċità tal-bidu, meta jibda l-ibbrejkjar,

v2 = il-veloċità fit-tmiem ta’ l-ibbrejkjar,

vmass = il-veloċità massima tal-vettura

n = numru ta’ drabi li ġew applikati l-brejkijiet,

Δt = dewmien ta’ ċiklu ta’ l-ibbrejkjar (ħin li jgħaddi bejn il-bidu ta’ applikazzjoni waħda tal-brejk u l-bidu ta’ l-applikazzjoni li jmiss).

1.3.1.2. Jekk il-karatteristiċi tal-vettura ma jippermettux għall-perjodu ta’ ħin preskritt għal Δt, id-dewmien jista’ jiġi miżjud; f’kull eventwalità, barra mill-ħin meħtieġ sabiex il-vettura tiġi bbrejkjata u aċċellerata, għandu jkun permess perjodu ta’ 10 sekondi f’kull ċiklu sabiex tiġi stabbilizzata l-veloċità v1.

1.3.1.3. F’dawn it-testijiet, il-forza applikata fuq il-kontroll għandha tiġi aġġustata b’mod li tinkiseb deċellerazzjoni ta’ 3m/sek2 fl-ewwel applikazzjoni tal-brejkijiet. Din il-forza għandha tibqa’ kostanti matul l-applikazzjonijiet suċċessivi tal-brejkijiet.

1.3.1.4. Waqt l-applikazzjoni tal-brejkijiet, l-ogħla gearratio (li jeskludi overdrive, eċċ.) għandu jkun azzjonat il-ħin kollu.

1.3.1.5. Sabiex terġa’ tinkiseb il-veloċità wara l-ibbrejkjar, il-gearbox għandha tintuża b’tali mod li tinkiseb il-veloċità v1 fl-iqsar ħin possibbli (aċċelerazzjoni massima permessa mill-makna u mill-gearbox).

1.3.2. B’ibbrejkjar kontinwu

1.3.2.1. Is-service braking ta’ karrijiet tal-kategoriji O3 u O4 għandu jiġi ttestjat b’tali mod li, bil-vettura mgħobbija, l-enerġija mogħtija lill-brejkijiet tkun ekwivalenti għal dik irreġistrata fl-istess perjodu ta’ ħin b’vettura mgħobbija f’veloċità stabbli ta’ 40 km/siegħa fuq xaqliba ‘l isfel ta’ 7 % għal distanza ta’ 1.7 km.

1.3.2.2. It-test jista’ jsir fuq triq livell, il-karru jinġibed minn vettura bil-mutur; waqt it-test, il-forza applikata fuq il-kontroll għandha tiġi aġġustata sabiex iżżomm ir-reżistenza tal-karru kostanti (7 % tal-piż tal-karru). Jekk il-qawwa disponibbli għall-ġbid ma tkunx biżżejjed, it-test jista’ jsir f’veloċità aktar baxxa iżda fuq distanza akbar, kif muri fit-tabella li ġejja:

Veloċità (km/siegħa) | Distanza (metri) |

40 | 1700 |

30 | 1950 |

20 | 2500 |

15 | 3100 |

1.3.3. Ir-rendiment li jifdal

1.3.3.1. Fit-tmiem tat-test tat-Tip I (test deskritt fil-punt 1.3.1 jew test deskritt fil-punt 1.3.2 ta’ dan l-Anness) ir-rendiment li jifdal tal-mezz ta’ service braking għandu jitkejjel taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ dawk tat-test tat-tip O bil-makna mhux imqabbda (il-kondizzjonijiet tat-temperatura jistgħu jkunu differenti): dan ir-rendiment li jifdal ma għandux ikun anqas minn 80 % ta’ dak preskritt għall-kategorija in kwistjoni u lanqas inqas minn 60 % tal-figura rreġistrata fit-test tat-Tip O bil-makna mhux imqabbda.

1.4. Test tat-Tip II

(test ta’ mġieba f’niżla)

1.4.1. Vetturi mgħobbija għandhom jiġu ttestjati b’tali mod li l-enerġija mogħtija lilhom tkun ekwivalenti għal dik irreġistrata fl-istess perjodu ta’ żmien b’vettura mgħobbija waqt li tinsaq b’veloċità medja ta’ 30 km/siegħa fuq xaqliba ‘l isfel ta’ 6 % għal distanza ta’ 6 km, bil-gear xieraq azzjonat (jekk il-vettura hija vettura bil-mutur) u bir-retarder azzjonat, jekk il-vettura hija mgħammra b’wieħed. Il-gear azzjonat għandu jkun tant li r-rpm tal-makna ma jkunx aktar mill-valur massimu preskritt mill-manifattur.

1.4.2. Għal vetturi li fihom l-enerġija tiġi assorbita mill-azzjoni ta’ l-ibbrejkjar tal-makna weħidha, għandha tkun permessa tolleranza ta’ ± 5 km/siegħa fuq il-veloċità medja, u l-gear li jagħti s-setgħa li dik il-veloċità tiġi stabbilizzata fil-valur l-eqreb għat-30 km/siegħa fuq ix-xaqliba ‘l isfel ta’ 6 % għandu jkun azzjonat. Jekk ir-rendiment ta’ l-azzjoni ta’ l-ibbrejkjar tal-makna waħidha tiġi stabbilita b’kejl tad-deċellerazzjoni, għandu jkun biżżejjed jekk id-deċellerazzjoni medja mkejla tkun għallinqas 0.5m/sek2.

1.4.3. Fi tmiem it-test, ir-rendiment li jifdal tal-mezz tas-service braking għandu jitkejjel taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ dawk tat-test tat-Tip O bil-makna mhux imqabbda (il-kondizzjonijiet tat-temperatura, huma ovvjament, differenti); dan ir-rendiment li jifdal ma għandux ikun anqas minn 75 % ta’ dak preskritt għat-test tat-Tip O bil-makna mhux imqabbda.

1.5. Test tat-Tip IIA

(test għal vetturi għajr għal "xarabankijiet urbani", użati għall-ġarr tal-passiġġieri, li għandhom aktar minn tminn sitijiet għajr is-sit tax-xufier, u li għandhom piż massimu ta’ aktar minn 10 tunnellati metriċi)

1.5.1. Vetturi mgħobbija għandhom jiġu ttestjati b’tali mod li l-enerġija mogħtija lilhom tkun ekwivalenti għal dik irreġistrata fl-istess perjodu ta’ żmien b’vettura mgħobbija waqt li tinsaq f’veloċità medja ta’ 30 km/siegħa fuq xaqliba ‘l isfel ta’ 7 % għal distanza ta’ 6 km. Waqt it-test, il-mezzi ta’ service braking, tal-brejk sekondarju u tal-brejk tal-ipparkjar ma għandhomx jiġu azzjonati. Il-gear azzjonat għandu jkun tant li r-rpm tal-makna ma jkunx aktar mill-valur massimu preskritt mill-manifattur.

1.5.2. Għal vetturi li fihom l-enerġija tiġi assorbita mill-azzjoni ta’ ibbrejkjar tal-makna weħidha, għandha tiġi permessa tolleranza ta’ ± 5 km/siegħa fuq il-veloċità medja, u għandu jiġi azzjonat il-gear li jagħti s-setgħa li dik il-veloċità tiġi stabilizzata fil-valur l-eqreb għat-30 km/siegħa fuq xaqliba ‘l isfel ta’ 7 %. Jekk ir-rendiment ta’ l-azzjoni ta’ ibbrejkjar tal-makna weħidha tiġi stabbilita b’kejl tad-deċellerazzjoni, dan għandu jkun biżżejjed jekk id-deċellerazzjoni medja mkejla tkun għallinqas 0.6m/sek2.

2. IR-RENDIMENT TA’ MEZZI TA’ L-IBBREJKJAR

2.1. Vetturi ta’ kategoriji M u N

2.1.1. Mezzi ta’ service braking

2.1.1.1. Dispożizzjonijiet relatati mat-testijiet

2.1.1.1.1. Is-service braking ta’ vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3, N1, N2 u N3 għandhom jiġu ttestjati fil-kondizzjonijiet murija fit-tabella li ġejja:

| M1 | M2 | M3 | N1 | N2 | N3 |

Tip ta’ test | 0 - I | 0 - I | 0 - I - II | 0 - I | 0 - I | 0 - I - II |

v | 80 km/siegħa | 60 km/siegħa | 60 km/siegħa | 70 km/siegħa | 50 km/siegħa | 40 km/siegħa |

s ≤ | 0,1 v + v2150 | 0,15 v + v2130 | 0,15 v + v2115 |

dm ≥ | 5.8 m/s2 | 5 m/s2 | 4.4 m/s2 |

f ≤ | 50 kgf | 70 kgf | 70 kgf | 70 kgf | 70 kgf | 70 kgf |

fejn:

v = veloċità tat-test

s = distanza ta’ l-ibbrejkjar

dm = deċellerazzjoni medja ta’ l-ibbrejkjar fil-veloċità normali tal-makna

f = forza applikata fuq il-kontroll tas-sieq

2.1.2. Mezzi ta’ bbrejkjar sekondarju

2.1.2.1. L-ibbrejkjar sekondarju, anke jekk il-mezz li jazzjonah jintuża wkoll għal funzjonijiet oħra ta’ bbrejkjar, għandu jagħti distanza ta’ waqfien ta’ mhux aktar mill-ewwel terminu b’żjieda ta’ darbtejn it-tieni terminu ta’ l-espressjoni binomjali li tagħti d-distanza ta’ waqfien tas-service braking għall-kategorija in kwistjoni.

2.1.2.2. Jekk il-kontroll ta’ brejk sekondarju huwa kontroll manwali, ir-rendiment preskritt għandu jinkiseb billi tiġi applikata fuq il-kontroll, forza li ma tkunx aktar minn 40 kgf fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1 u 60 kgf fil-każ ta’ vetturi oħra, u l-kontroll għandu jkun f’tali pożizzjoni li jkun jista’ jinqabad mingħajr diffukultà u malajr mix-xufier.

2.1.2.3. Jekk il-kontroll ta’ brejk sekondarju huwa kontroll tas-saqajn, ir-rendiment preskritt għandu jinkiseb billi tiġi applikata fuq il-kontroll, forza li ma tkunx aktar minn 50 kgf fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1 u 70 kgf fil-każ ta’ vetturi oħra, u l-kontroll għandu jkun f’tali pożizzjoni li jkun jista’ jiġi azzjonat mingħajr diffukultà u malajr mix-xufier.

2.1.2.4. Ir-rendiment tal-mezz ta’ brejk sekondarju għandu jiġi kkontrollat bit-test tat-Tip O.

2.1.3. Mezzi tal-brejk tal-ipparkjar

2.1.3.1. Il-mezz tal-brejk tal-ipparkjar għandu, anke jekk ikun magħqud ma’ wieħed mil-mezzi l-oħrajn ta’ bbrejkjar, ikun kapaċi li jżomm vettura mgħobbija wieqfa fuq xaqliba ‘l fuq jew ‘l isfel ta’ 18 %.

2.1.3.2. Fuq vetturi li l-igganċjar ta’ karru magħhom huwa awtorizzat, il-mezz tal-brejk tal-ipparkjar tal-vettura ta’ rmonk għandu jkun kapaċi li jżomm il-kombinazzjoni ta’ vetturi wieqfa fuq xaqliba ta’ 12 %.

2.1.3.3. Jekk il-kontroll huwa kontroll manwali, il-forza applikata fuqu ma għandhiex tkun aktar minn 40 kgf fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1 u 60 kgf fil-każ tal-vetturi l-oħra kollha.

2.1.3.4. Jekk huwa kontroll bis-saqajn, il-forza mitfugħa fuq il-kontroll ma għandiex tkun aktar minn 50 kgf fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1 u 70 kgf fil-każ tal-vetturi l-oħra kollha.

2.1.3.5. Mezz tal-brejk tal-ipparkjar li għandu jiġi azzjonat ħafna drabi qabel ma jinkiseb ir-rendiment preskritt huwa permess.

2.2. Vetturi tal-kategorija O

2.2.1. Mezzi ta’ service braking

2.2.1.1. Ħtiġiet relatati mat-testijiet ta’ vetturi tal-kategorija O1.

2.2.1.1.1. Fejn il-provdiment ta’ mezz ta’ service braking huwa obbligatorju, ir-rendiment ta’ dan il-mezz għandu jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fil-kategorija O2.

2.2.1.2. Ħtiġiet relatati mat-testijiet ta’ vetturi tal-kategorija O2.

2.2.1.2.1. Fejn il-mezz ta’ service braking tal-karru huwa tat-tip kontinwu jew semi-kontinwu, is-somma tal-forzi eżerċitati fil-periferija tar-roti bbrejkjati għandha tkun ugwali għal mhux anqas minn 45 % tal-piż massimu merfugħ mir-roti meta l-vettura tkun wieqfa. Fejn karru huwa mgħammar bi brejk ta’ arja kkumpressata, l-investigazzjoni għandha ssir bi pressjoni ta’ mhux aktar minn 6.5 bars fiċ-ċilindri tal-brejk [1].

2.2.1.2.2. Fejn il-mezz tal-brejk huwa tat-tip ta’ inerzja, dan għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VIII.

2.2.1.2.3. Barra minn hekk, dawn il-vetturi għandhom ikunu soġġetti għat-Test tat-Tip I.

2.2.1.2.4. Fit-Test tat-Tip I ta’ semi-karru, il-piż ibbrejkjat mill-fusijiet tiegħu għandu jkun dak li jikkorrespondi mal-piż fuq il-fus jew fusijiet tas-semi-karru meta dan ta’ l-aħħar ikun qiegħed iġorr it-tagħbija massima tiegħu.

2.2.1.3. Ħtiġiet relatati mat-testijiet ta’ vetturi tal-kategorija O3.

L-istess ħtiġiet japplikaw kif japplikaw għall-kategorija O2; barra minn hekk, dawn il-vetturi għandhom jgħaddu mit-test tat-Tip I.

2.2.1.4. Ħtiġiet relatati mat-testijiet ta’ vetturi tal-kategorija O4.

2.2.1.4.1. L-istess ħtiġiet japplikaw kif japplikaw għall-kategorija O2; barra minn hekk, dawn il-vetturi għandhom jiġu soġġetti għat-testijiet tat-Tip I u Tip II.

2.2.1.4.2. Fit-testijiet tat-Tip I u Tip II ta’ semi-karru, il-piż ibbrejkjat mill-fusijiet tiegħu għandu jkun dak li jikkorrespondi mal-piż fuq il-fus jew fusijiet tas-semi-karru meta dan ta’ l-aħħar ikun qiegħed iġorr it-tagħbija massima tiegħu.

2.2.2. Mezzi tal-brejk tal-ipparkjar

2.2.2.1. Il-brejk tal-ipparkjar li jkun mgħammar bih il-karru jew is-semi-karru għandu jkun kapaċi li jżomm karru jew semi-karru mgħobbi wieqaf, meta mifrud mill-vettura ta’ rmonk, fuq xaqliba ‘l fuq jew ‘l isfel ta’ 18 %. Il-forza applikata fuq il-kontroll ma għandhiex tkun aktar minn 60 kgf.

2.3. Ħin ta’ reazzjoni

Fejn vettura tkun mgħammra b’mezz ta’ service braking li jkun totalment jew parzjalment dipendenti fuq sors ta’ enerġija għajr mill-isforz muskolari tax-xufier, għandhom jiġu sodisfatti l-ħtiġiet li ġejjin: Il-pressjonijiet speċifikati hawn u fl-Annessi li ġejjin huma pressjonijiet relattivi mkejjla f’bars.

2.3.1. f’manuvra ta’ emerġenza, il-ħin li jgħaddi bejn il-mument meta l-kontroll jiġi azzjonat u l-mument meta l-forza ta’ l-ibbrejkjar fuq il-fus li jinsab fl-inqas post favorevoli jilħaq il-livell li jikkorrespondi għar-rendiment preskritt ma għandhiex tkun aktar minn 0.6 sekondi;

2.3.2. il-ħtiġiet ta’ l-Anness III għandhom japplikaw għall-mezzi ta’ arja kkumpressata b’pajpijiet doppji.

[1] Il-pressjonijiet speċifikati hawnu fl-Annessi li ġejjin huma pressjonijiet relattivi mkejla f’bars

--------------------------------------------------

ANNESS III

METODU TA’ KEJL TAL-ĦIN TA’ REAZZJONI GĦALL-VETTURI MGĦAMMRA B’MEZZI TA’ BBREJKJAR B’ARJA KKOMPRESSATA B’PAJPIJIET DOPPJI

1. ĦTIĠIET ĠENERALI

1.1. Il-ħin ta’ reazzjoni għall-mezz ta’ l-ibbrejkjar għandu jiġi stabbilit bil-vettura wieqfa, il-pressjoni titkejjel fil-ftuħ ta’ dak iċ-ċilindru ta’ brejk li jkun l-inqas effiċjenti.

1.2. Waqt it-testijiet, il-kolp taċ-ċilindri tal-brejk tal-fusijiet individwali għandu jkun dak li jikkorrespondi għall-aktar brejkijiet aġġustati viċin xulxin.

1.3. It-testijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-ferroviji tat-triq standard li għalihom il-pressjoni massima fil-pajp ta’ forniment tvarja bejn 6.5 u 8.0 bars u l-pressjoni massima fil-pajp ta’ kontroll hija ta’ bejn 6.0 u 7.5 bars.

1.4. Pressjonijiet li huma differenti minn dawk speċifikati fil-punt 1.3 jistgħu jintużaw għal komponenti ddisinjati għal livelli massimi oħra ta’ pressjoni fl-irjus ta’ l-igganċjar. F’każi bħal dawn, dan għandu jitniżżel fir-rapport tat-test; għandha titwaħħal pjanċa mal-vettura li tindika b’mod ċar il-pressjoni ta’ operazzjoni massima u minima.

2. VETTURI BIL-MUTUR

2.1. Fil-bidu ta’ kull test, il-pressjoni fir-reċipjenti għandha tkun ugwali għall-pressjoni minima li fiha l-governor jibda jforni lill-installazzjoni mill-ġdid. F’installazzjonijiet li mhumiex mgħammra b’governor (eż. kumpressur ta’ pressjoni limitata) il-pressjoni fir-reċipjent fil-bidu ta’ kull test għandu jkun ugwali għal 90 % tal-pressjoni mistqarra mill-manifattur kif definit fil-punt 1.2.2.1 ta’ l-Anness IV, sabiex tintuża għat-testijiet preskritti f’dan l-Anness.

2.2. Ħinijiet ta’ reazzjoni f’termini ta’ ħin ta’ attwazzjoni (tf) għandhom jinkisbu b’serje ta’ ħidmiet sakemm ikun possibbli, li jibdew fl-iqsar ħin possibbli sa ħin ta’ bejn wieħed u ieħor 0.4 sekondi. Il-valuri mkejla għandhom jingħataw fuq dijagramma.

2.3. Il-ħinijiet ta’ reazzjoni li jikkorrespondu għal ħin ta’ attwazzjoni ta’ 0.2 sekondi għandhom ikunu determinanti għat-test. Dan il-ħin ta’ reazzjoni jista’ jinkiseb mid-dijagramma permezz ta’ interpolazzjoni.

2.4. Fil-każ ta’ ħin ta’ attwazzjoni ta’ 0.2 sekondi, il-ħin li jgħaddi bejn il-bidu ta’ l-attwazzjoni tal-pedala ta’ kontroll u l-mument meta l-pressjoni fiċ-ċilindru tal-brejk tilħaq 75 % tal-valur asintotiku ma għandux ikun aktar minn 0.6 sekondi.

Il-valur innotat b’hekk jista’ jiġi magħluq sa l-eqreb wieħed f’għaxra ta’ sekonda.

2.5. Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur li għandhom konnessjoni tal-brejk għall-karrijiet, huwa ta’ min, bħala eċċezzjoni għall-ħtiġiet tal-punt 1.1, ma jitkejjilx il-ħin ta’ reazzjoni fiċ-ċilindru tal-brejk, iżda fl-estremità ta’ pajp b’tul ta’ 2.5 metri u b’dijametru minn ġewwa ta’ 13 mm li għandu jingħaqad mal-konnessjoni tal-brejk (ir-ras ta’ l-igganċjar) tal-vettura bil-mutur.

2.6. Il-ħin li jgħaddi bejn il-bidu ta’ l-attivazzjoni tal-pedala ta’ kontroll u l-mument meta l-pressjoni mkejjla fir-ras ta’ l-igganċjar tal-pajp ta’ kontroll tilħaq x% tal-valur asintotiku ma għandux jaqbeż il-valuri elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt:

x (%) | T (sekondi) |

10 | 0.2 |

75 | 0.4 |

3. KARRIJIET (li jinkludu s-semi-karrijiet):

3.1. Il-ħinijiet ta’ reazzjoni għall-karrijiet għandhom jitkejjlu mingħajr il-vettura ta’ rmonk. Sabiex il-vettura ta’ rmonk tiġi simulata huwa meħtieġ li jiġi pprovdut similatur li miegħu jitqabbdu l-irjus ta’ gganċjar tal-pajp ta’ kontroll u tal-pajp ta’ forniment tal-karru.

3.2. Il-pressjoni fil-pajp ta’ forniment għandha tkun 6.5 bars. Il-pressjoni fir-reċipjent jew reċipjenti tal-karru għandha tkun dik li tikkorrespondi għal pressjoni ta’ 6.5 bars fil-pajp ta’ forniment.

3.3. Is-simulatur għandu jkollu l-fatturi li ġejjin:

3.3.1. għandu jkollu reċipjent ta’ tletin litru mimli sa pressjoni ta’ 6.5 bars;

3.3.2. għandu jkun aġġustat b’ċertu mod li jekk tubu b’tul ta’ 2.5 metri u ta’ dijametru minn ġewwa ta’ 13-il mm jitqabbad miegħu, il-ħin meħud sabiex il-pressjoni tiżdied minn 10 % sa 75 %, i.e. minn 0.65 bars sa 4.9 bars, ikun ta’ 0.2 sekondi. Bejn dawn iż-żewġ valuri, il-pressjoni għandha tiżdied b’mod bejn wieħed u ieħor lineari. Id-disinn fl-Appendiċi għal dan l-Anness jagħti eżempju ta’ l-użu korrett tas-simulatur.

3.4. Il-ħin li jgħaddi bejn il-mument meta l-pressjoni prodotta fil-pajp ta’ kontroll mis-simulatur laħqet 10 % tal-pressjoni asintotika u l-mument meta l-pressjoni fiċ-ċilindru tal-brejk tal-karru tilħaq 75 % tal-valur asintotiku tiegħu ma għandux ikun aktar minn 0.4 sekondi.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

REĊIPJENTI TA’ L-ENERĠIJA U SORSI TA’ L-ENERĠIJA GĦAL BREJKIJIET TA’ ARJA KKUMPRESSATA

1. KAPAĊITÀ TAR-REĊIPJENTI

1.1. Ħtiġiet ġenerali

1.1.1. Vetturi li fuqhom, l-operazzjoni tal-mezzi tal-brejk tiddependi fuq l-użu ta’ l-arja kkumpressata għandhom ikunu mgħammra b’reċipjenti ta’ kapaċità li tissodisfa l-ħtiġiet tal-punti 1.2 u 1.3 hawn taħt.

1.1.2. Madankollu, il-kapaċità tar-reċipjenti ma għandhiex tiġi stabbilita fejn is-sistema tal-brejkijiet tkun tant li fin-nuqqas ta’ kull riserva ta’ enerġija huwa possibbli li jinkiseb rendiment ta’ brejk li jkun għallinqas ugwali għal dak preskritt għall-brejk sekondarju.

1.1.3. Meta tiġi vverifikata l-konformità mal-ħtiġiet tal-punti 1.2 u 1.3 il-brejkijiet għandhom jiġu aġġustati kemm jista’ jkun viċin.

1.2. Vetturi bil-mutur

1.2.1. Ir-reċipjenti tal-brejkijiet ta’ vetturi bil-mutur għandhom ikunu tali li wara tmien attwazzjonijiet b’kolp sħiħ (full-stroke) tal-kontroll tas-service braking jibqa’ possibbli li jinkseb ir-rendiment preskritt għall-brejk sekondarju.

1.2.2. Waqt it-test, għandhom jiġu sodisfatti l-ħtiġiet li ġejjin:

1.2.2.1. Il-pressjoni inizzjali fir-reċipjenti għandha tkun dik indikata mill-manifattur. Il-pressjoni għandha tkun tali li tagħti s-setgħa li jinkiseb ir-rendiment preskritt għas-service braking;

1.2.2.2. Ir-reċipjent jew reċipjenti ma għandhomx jerġgħu jimtlew; barra minn hekk, ir-reċipjent jew reċipjenti ta’ tagħmir awżiljarju għandhom jiġu iżolati;

1.2.2.3. Fil-każ ta’ vetturi bil-mutur li magħhom huwa awtorizzat l-igganċjar ta’ karru jew semi-karru, il-linja ta’ forniment għandha tiġi mblukkata u r-reċipjent b’kapaċità ta’ 0.5 litru għandu jitqabbad mal-linja ta’ kontroll. Il-pressjoni f’dan ir-reċipjent għandha tiġi eżawrita qabel kull attwazzjoni tal-brejkijiet. Wara t-test li hemm referenza għalih fil-punt 1.2.1 il-pressjoni fil-linja ta’ kontroll ma għandhiex tkun anqas minn nofs il-pressjoni miksuba fl-ewwel applikazzjoni tal-brejk.

1.3. Karrijiet (li jinkludu semi-karrijiet)

1.3.1. Reċipjenti mwaħħlin mal-karrijiet għandhom ikunu tali li wara tmien attwazzjonijiet b’kolpi sħaħ tal-mezz ta’ service braking tal-vettura ta’ rmonk, il-pressjoni fornuta lill-partijiet operattivi li jużawha ma tkunx inqas minn nofs il-pressjoni miksuba fl-ewwel applikazzjoni tal-brejk.

1.3.2. Waqt it-test, għandhom jiġu sodisfatti l-ħtiġiet li ġejjin:

1.3.2.1. Il-pressjoni fir-reċipjenti fil-bidu tat-test għandha tkun ugwali għall-massimu speċifikat mill-manifatturi;

1.3.2.2. Il-linja ta’ forniment għandha tiġi imblokkata; barra minn hekk, ir-reċipjenti tat-tagħmir awżiljarju għandhom jiġu iżolati;

1.3.2.3. Ma għandu jkun hemm ebda mili sinjifikanti tar-reċipjenti waqt it-test;

1.3.2.4. Għal kull applikazzjoni tal-brejkijiet, il-pressjoni fil-pajp ta’ kontroll għandha tikkorrespondi għall-massimu speċifikat mill-manifattur.

2. KAPAĊITÀ TAS-SORSI TA’ ENERĠIJA

2.1. Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-kumpressuri għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fil-punti li ġejjin:

2.2. Definizzjonijiet

2.2.1. p1 hija l-pressjoni li tikkorrespondi għal 65 % tal-pressjoni p2 iddefinita fil-punt 2.2.2

2.2.2. p2 huwa l-valur speċifikat mill-manifattur u li hemm referenza għalih fil-punt 1.2.2.1

2.2.3. T1 huwa l-ħin meħtieġ sabiex il-pressjoni relattiva titla minn O sa p1; T2 huwa l-ħin meħtieġ sabiex il-pressjoni relattiva titla minn O sa p2.

2.3. Kondizzjonijiet ta’ kejl

2.3.1. Fil-każijiet kollha, il-veloċità ta’ rpm tal-kumpressur għandha tkun dik miksuba meta l-makna tkun qegħda taħdem fil-veloċità li tikkorrespondi għas-saħħa massima jew fil-veloċità permessa mill-valv ta’ kontroll.

2.3.2. Ir-reċipjenti tat-tagħmir awżiljarju għandhom ikunu iżolati waqt it-testijiet sabiex jiġu stabbiliti l-perjodi T1 u T2.

2.3.3. Fuq vetturi bil-mutur mibnija sabiex jirmunkaw il-karrijiet, il-karru għandu jiġi rrappreżentat minn reċipjent li l-pressjoni relattiva massima tiegħu p (espressa f’bars) hija dik li tista’ tiġi fornuta permezz taċ-ċirkwit ta’ forniment tal-vettura ta’ rmonk u li l-volum tagħha V (espressa f’litri) tingħata bil-formula p. V = 20 R (R hija t-tagħbija massima permissibbli, espressa f’tunnellati metriċi, fuq il-fusijiet tal-karru jew semi-karru).

2.4. Interpretazzjoni ta’ riżultati

2.4.1. Il-ħin T1 għall-inqas reċipjent effiċjenti ma għandux ikun aktar minn:

- tlett minuti fil-każ ta’ vetturi li l-igganċjar ta’ karru jew semi-karru magħhom mhuwiex awtorizzat;

- sitt minuti fil-każ ta’ vetturi li l-igganċjar ta’ karru jew semi-karru magħhom huwa awtorizzat;

2.4.2. Il-ħin T2 għall-inqas reċipjent effiċjenti ma għandux ikun aktar minn:

- sitt minuti fil-każ ta’ vetturi li l-igganċjar ta’ karru jew semi-karru magħhom mhuwiex awtorizzat;

- disa’ minuti fil-każ ta’ vetturi li l-igganċjar ta’ karru jew semi-karru magħhom huwa awtorizzat;

2.5. Test addizzjonali

2.5.1. Meta l-vettura tkun mgħammra b’reċipjent jew reċipjenti ta’ tagħmir awżiljarju b’kapaċità totali ta’ aktar minn 20 % tal-kapaċità totali tar-reċipjenti tal-brejkijet, għandu jsir test addizzjonali li matulu ma għandu jkun hemm l-ebda interferenza fil-funzjoni tal-valvi li jikkontrollaw il-mili tar-reċipjent(i) tat-tagħmir awżiljarju. Għandha ssir investigazzjoni waqt il-kors ta’ dan it-test li l-perjodu T3 meħtieġ sabiex iqanqal żjieda fil-pressjoni fir-reċipjenti tal-brejkijiet minn O sa p2 tkun anqas minn:

- tminn minuti fil-każ ta’ vetturi li l-igganċjar ta’ karru jew semi-karru magħhom mhuwiex awtorizzat;

- ħdax-il minuta fil-każ ta’ vetturi li l-igganċjar ta’ karru jew semi-karru magħhom huwa awtorizzat;

--------------------------------------------------

ANNESS V

BREJKIJIET TAL-MOLLA

1. DEFINIZZJONI

"Brejkijiet tal-molla" huma mezzi ta’ l-ibbrejkjar li għalihom l-enerġija meħtieġa għall-ibbrejkjar tiġi fornuta minn molla waħda jew aktar li taħdem bħala akkumulatur ta’ l-enerġija.

2. ĦTIĠIET ĠENERALI

2.1. Brejk tal-molla ma għandux jintuża bħala service brake.

2.2. Varjazzjoni żgħira f’kull limitu tal-pressjoni li tista’ ssir fil-kompartiment ta’ kumpressjoni taċ-ċirkwit ta’ forniment tal-brejk ma għandiex tikkawża varjazzjoni sinjifikanti fil-forza ta’ l-ibbrejkjar.

2.3. Iċ-ċirkwit ta’ forniment lill-kumpartiment ta’ kumpressjoni tal-molla għandu jinkludi riserva ta’ enerġija li ma jforni l-ebda mezz jew tagħmir ieħor. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika jekk il-molol jistgħu jinżammu fl-istat ikkumpressat bl-użu ta’ żewġ sistemi indipendenti jew aktar.

2.4. Il-mezz għandu jkun iddisinjat b’mod li huwa possibbli li l-brejkijiet jiġu applikati u rilaxxati għallinqas tlett darbiet li jibda minn pressjoni inizzjali fil-kumpartiment ta’ kumpressjoni tal-molla ugwali għall-pressjoni massima tad-disinn. Din il-ħtieġa għandha tiġi sodisfatta meta l-brejkijiet jiġu aġġustati kemm jista’ jkun viċin xulxin.

2.5. Il-pressjoni fil-kumpartiment ta’ kumpressjoni li ‘l hinn minnha l-molol jibdew jazzjonaw il-brejkijiet, dawn ta’ l-aħħar ikunu aġġustati kemm jista’ jkun viċin, ma għandhiex tkun akbar minn 80 % tal-livell minimu (pm) tal-pressjoni normalment disponibbli.

2.6. Meta l-pressjoni fil-kumpartiment ta’ kumpressjoni taqa’ sal-livell li fiha l-partijiet tal-brejk jibdew jiċċaqilqu, għandu jiġi azzjonat mezz ta’ twissija ottikali jew bil-ħoss. Sakemm tiġi sodisfatta din il-ħtieġa, il-mezz ta’ twissija jista’ jkun dak speċifikat fil-punt 2.2.1.13 ta’ l-Anness I.

2.7. Fuq vetturi bil-mutur mgħammra bi brejkijiet bil-molla u awtorizzati li jirmunkaw karrijiet bi brejkjiet kontinwi jew semi-kontinwi, applikazzjoni awtomatika tal-brejkijiet tal-molla għandha tikkawża li jiġu azzjonati l-brejkjiet tal-karru.

3. SISTEMA TA’ RILAXX

3.1. Il-brejkijiet tal-molla għandhom ikunu ddisinjati b’mod li, fl-eventwalità ta’ ħsara, huwa possibbli li dawn jiġu rilaxxati mingħajr ma jiġi wżat il-kontroll normali tagħhom. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ mezz awżiljarju (pnewmatiku, mekkaniku, eċċ.).

3.2. Jekk l-operazzjoni tal-mezz awżiljarju li hemm referenza għalih fil-punt 3.1 teħtieġ l-użu ta’ għodda jew spanner, l-għodda jew spanner għandhom jinżammu fil-vettura.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

BREJK TAL-IPPARKJAR PERMEZZ TA’ MBLUKKJAR MEKKANIKU TAĊ-ĊILINDRI TAL-BREJK

(lock actuators)

1. DEFINIZZJONI

"Imblukkar mekkaniku taċ-ċilindri tal-brejkijiet" ifisser mezz li jiżgura brejk tal-ipparkjar permezz ta’ imblukkjar tal-virga tal-pistun tal-brejk.

Imblukkjar mekkaniku jsir meta l-locking chamber jitbattal mill-arja kkumpressata; il-mezz ta’ l-imblukkjar mekkaniku għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jista’ jiġi rilaxxat meta l-locking chamber jerġa’ jiġi soġġett għall-pressjoni.

2. DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI

2.1. Meta l-pressjoni fil-locking chamber tqarreb il-livell li jikkorrespondi għall-imblukkjar mekkaniku, għandha titħaddem sistema ta’ twissija ottikali jew bil-ħoss.

2.2. Fil-każ ta’ actuators tal-brejkijiet mgħammra b’mezz ta’ mblukkjar mekkaniku, l-actuator tal-brejkjiet għandu jkun jista’ jitħaddem b’kull wieħed miż-żewġ riservi ta’ enerġija.

2.3. Iċ-ċilindru tal-brejk imblukkat jista’ jerġa jiġi rilaxxat biss jekk ikun magħmul ċert li l-brejk jista’ jerġa jitħaddem wara dan ir-rilaxx.

2.4. Fl-eventwalità ta’ ħsara fis-sors ta’ enerġija li tforni lill-locking chamber, għandu jkun provdut mezz ta’ ftuħ (mekkaniku jew pnewmatiku, per eżempju) li juża, bħala eżempju, l-arja f’wieħed mit-tyres tal-vettura.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

KAŻIJIET LI FIHOM MA HEMMX GĦALFEJN ISIRU T-TESTIJIET TAT-TIP I U/JEW II (JEW II A) M’HEMMX FUQ VETTURA MDAĦĦLA GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. It-testijiet tat-Tip I u/jew II (jew II A) ma għandhomx għalfejn isiru fuq vettura mdaħħla għall-approvazzjoni tat-tip fit-tlett każijiet li ġejjin:

1.1. fejn il-vettura in kwistjoni hija vettura bil-mutur, karru jew semi-karru li, fir-rigward tat-tyres, l-enerġija ta’ l-ibbrejkjar assorbita minn kull fus u l-metodu tal-muntaġġ ta’ tyres u brejkijiet, huma identiċi, safejn huwa kkonċernat il-brejk, għal vettura bil-mutur, karru, jew semi-karru li:

1.1.1. għaddiet mit-test tat-Tip I u/jew II (jew II A);

1.1.2. ġie approvat bit-tip, b’rigward għall-enerġija ta’ l-ibbrejkjar assorbita, għal piżijiet fuq il-fus akbar minn jew daqs dawk ta’ vettura sottometta għall-approvazzjoni tat-tip.

1.2. fejn il-vettura in kwistjoni hija vettura bil-mutur, karru jew semi-karru li l-fus jew fusijiet tiegħu, fir-rigward tat-tyres, enerġija ta’ bbrejkjar assorbita minn kull fus u l-metodu ta’ muntaġġ tat-tyres u l-brejkijiet, huwa jew huma identiċi, safejn huwa kkonċentrat l-ibbrejkjar, ma’ fus jew fusijiet li għadda jew għaddew b’mod individwali minn test tat-Tip I u/jew II għal piżijiet fuq il-fus akbar minn jew daqs dawk tal-vettura mdaħħla għall-approvazzjoni tat-tip, sakemm l-enerġija ta’ l-ibbrejkjar assorbita minn kull fus ma tkunx aktar mill-enerġija assorbita minn dak il-fus waqt it-test jew testijiet ta’ referenza li jkunu saru separatament fuq dak il-fus.

1.3. fejn il-vettura mdaħħla għall-approvazzjoni tat-tip hija mgħammra b’retarder, għajr mill-brejk tal-makna, identiku għal retarder li diġà ġie ttestjat taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.3.1. f’test li jsir fuq xaqliba ta’ mill-inqas 6 % (test tat-Tip II) jew ta’ mill-inqas 7 % (test tat-Tip II A), dan ir-retarder, waħdu, stabilizza l-veloċità tal-vettura b’piż massimu fil-ħin li jsir it-test għallinqas ugwali għall-piż massimu tal-vettura mdaħħla għall-approvazzjoni tat-tip;

1.3.2. fit-test ta’ hawn fuq, għandha ssir investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk il-veloċità tad-dawrien tal-partijiet li jduru tar-retarder hiex tali li, meta l-vettura mdaħħla għall-approvazzjoni tat-tip tkun miexja b’veloċità ta’ 30 km/siegħa ir-Retarding torque ikun għallinqas daqs ir-Retarding torque fit-test imsemmi fil-punt 1.3.1.

2. It-terminu "identiku" kif użat fil-punti 1.1, 1.2 u 1.3 ifisser identiku fir-rigward tal-karatteristiċi ġeometriċi u mekkaniċi tal-partijiet tal-vettura msemmija f’dawk il-punti, u anke fir-rigward tal-karatteristiċi tal-materjali li minnhom huma magħmulin dawn il-partijiet.

3. Fejn jittieħed vantaġġ mid-dispożizzjonijiet li ġejjin, il-komunikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ l-ibbrejkjar (l-Anness IX) għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

3.1. fejn huwa applikabbli l-punt 1.1, it-tip tan-numru ta’ approvazzjoni tal-vettura li fuqha sar it-test tat-Tip I u/jew II (jew II A) li jservi għal test ta’ referenza (punt 14.7.1 ta’ l-Anness IX);

3.2. fejn huwa applikabbli l-punt 1.2, għandha timtela’ t-tabella fil-punt 14.7.2 tal-mudell tal-punt tal-komunikazzjoni fl-Anness IV;

3.3. fejn huwa applikabbli l-item 1.3, għandu jimtela il-werrej fil-punt 14.7.3 tal-mudell tal-komunikazzjoni fl-Anness IX.

4. Fejn persuna li tapplika għall-approvazzjoni tat-tip fi Stat Membru tirreferi għal approvazzjoni tat-tip mogħtija fi Stat Membru ieħor, dik il-persuna għandha tipproduċi d-dokumenti li għandhom x’jaqsmu ma’ dik l-approvazzjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

IL-KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ITTESTJAR TA’ VETTURI MGĦAMMRA BI BREJKIJIET TA’ INERZJA (OVERRUN)

1. DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1.1. Il-mezz ta’ brejkijiet ta’ inerzja (overrun) ta’ karru huwa magħmul mill-mezz ta’ kontroll, it-trasmissjoni u l-brejkijiet propji, minn hawn ‘il quddiem imsejjħa "brejkijiet"

1.2. Il-mezz ta’ kontroll huwa l-kombinazzjoni ta’ komponenti li jifforma r-ras ta’ l-igganċjar.

1.3. It-trasmissjoni hija l-kombinazzjoni ta’ komponenti inklużi bejn ir-ras ta’ l-igganċjar u l-ewwel parti tal-brejk.

1.4. Il-"brejk" huwa l-parti li fiha jiżviluppaw il-forzi li jopponu l-moviment tal-vettura. L-ewwel parti tal-brejk hija jew il-lieva li tazzjona il-kamm tal-brejk jew partijiet simili (brejk ta’ inerzja bi trasmissjoni-mekkanika) jew iċ-ċilindru tal-brejk (brejk ta’ inerzja ta’ trasmissjoni-idrawlika).

1.5. Il-mezzi tal-brejk li fihom l-enerġija akkumulata (per eżempju elettrika, pnewmatika jew idrawlika) hija trasmessa fuq il-karru mill-vettura ta’ rmonk u huwa kkontrollat mill-forza fil-ganċ ma għandhomx jinftiehmu li huma mezzi ta’ ibbrejkjar ta’ inerzja fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.

1.6. Żewġ fusijiet b’distanza bejniethom ta’ anqas minn metru (fus tandem) għandhom, għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, jinftiehmu wkoll li huma fus wieħed.

1.7. Testijiet

1.7.1. Stabbiliment tal-karatteristiċi ewlenin tal-brejk.

1.7.2. Stabbiliment tal-karatteristiċi ewlenin tal-mezz ta’ kontroll u ttestjar sabiex jiġi stabbilit jekk dak il-mezz jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

1.7.3. Ittestjar fuq il-vettura

- il-kompatibilità tal-mezz ta’ kontroll u l-brejk

- it-trasmissjoni,

2. SIMBOLI U DEFINIZZJONIJIET

2.1. Unitajiet użati

2.1.1Piżijiet u forzi | : kg |

2.1.2Torques u moments | : m. kg |

2.1.3Areas | : ċm2 |

2.1.4Pressjonijiet | : kg/ċm2 |

2.1.5Tulijiet | : unitajiet speċifikati f’kull każ. |

2.2. Simboli validi għat-tipi kollha ta’ brejkijiet (ara d-dijagramma fl-Appendiċi 1, p.771)

2.2.1. | GA: | "piż totali" tal-karru ddikkjarat li huwa teknikament permissibbli mill-manifattur; |

2.2.2. | G’A: | "piż totali" tal-karru li, skond id-dikjarazzjoni tal-manifattur, jista’ jiġi bbrejkjat mill-mezz ta’ kontroll; |

2.2.3. | GB: | "piż totali" tal-karru li jista’ jiġi bbrejkjat mill-operazzjoni flimkien tal-brejkijiet kollha tal-karru GB = n · GB0 |

2.2.4. | GBo: | Porzjon tal-"piż totali" permessibbli li, skond id-dikjarazzjoni tal-manifattur, jista’ jiġi bbrejkjat bi brejk wieħed; |

2.2.5. | B*: | forza tal-brejk meħtieġa; |

2.2.6. | B: | forza tal-brejk meħtieġa meta jingħata kas tar-reżistenza waqt il-mixi; |

2.2.7. | D*: | Imbottatura permessa fuq il-ganċ; |

2.2.8. | D: | tagħbija fuq il-ganċ; |

2.2.9. | P’: | forza li toħroġ mill-mezz ta’ kontroll; |

2.2.10. | K: | forza supplimentari tal- mezz ta’ kontroll permezz ta’ konvenzjoni; din hija definita bħala l-forza D li tikkorrespondi għall-punt ta’ fejn jiltaqgħu l-assi x tal-kurva estrapolata li tesprimi P’ f’termini ta’ D imkejla bis-sistema ta’ kontroll fil-pożizzjoni ta’ nofs kolp (ara l-graph fl-Appendiċi 1, p. 772); |

2.2.11. | KA: | il-limitu tal-forza tal-mezz ta’ kontroll - din hija l-forza massima fuq ir-ras ta’ l-igganċjar li tista’ tiġi applikata għal perjodu qasir ta’ żmien mingħajr ma tipproduċi forza fuq il-mezz ta’ kontroll. Bi ftehim, KA hija definita bħala l-forza mkejjla meta l-forza tibda tiġi eżerċitata fuq ir-ras ta’ l-igganċjar b’veloċità minn 10 sa 15 mm/s, bit-trasmissjoni tal-mezz ta’ kontroll mhux imqabbda; |

2.2.12. | D1: | din hija l-forza massima applikata fuq ir-ras ta’ l-igganċjar meta hija sfurzata lura b’veloċità ta’ s mm/s ± 10 %, bit-trasmissjoni mhux imqabbda; |

2.2.13. | D2: | din hija l-forza massima applikata fuq ir-ras ta’ l-igganċjar meta din tinġibed ‘il quddem b’veloċità ta’ s mm/s ± 10 % mill-aktar pożizzjoni lura, bit-trasmissjoni mhux imqabbda; |

2.2.14. | ηHo: | effiċjenza tal-mezz ta’ kontroll ta’ inerzja; |

2.2.15. | ηH1: | effiċjenza tas-sistema ta’ trasmissjoni: |

2.2.16. | ηH: | effiċjenza totali tal-mezz ta’ kontroll u tat-trasmissjoni ηH = ηH0 · ηH1; |

2.2.17. | s: | moviment tal-kontroll (espress f’millimetri); |

2.2.18. | s′: | moviment effettiv tal-kontroll (espress f’millimetri) iffissat b’mod konformi mal-ħtiġiet tal-punt 9.4.1; |

2.2.19. | s ′: | moviment bla perikolu ta’ l-actuator tal-master cylinder, imkejjel f’millimetri fir-ras ta’ l-igganċjar; |

2.2.20. | so: | telf ta’ moviment, li jfisser il-moviment, imkejjel f’millimetri, tar-ras ta’ l-igganċjar meta jitħaddem b’tali mod li jimxi minn punt 300 mm ‘il fuq minn pjan orizzontali sa punt 300 mm taħt, bit-trasmissjoni tibqa’ wieqfa; |

2.2.21. | 2sB: | rfigħ tal-brake shoe imkejjel fuq id-dijametru paralleli mal-mekkaniżmu operattiv u mingħajr ma jiġu aġġustati l-brejkijiet waqt it-test (espress f’millimetri); |

2.2.22. | 2sB*: | rfigħ minimu tal-brake shoe (espress f’millimetri) 2sB* = 2,4 + 41000 · 2r; 2r huwa d-dijametru tal-brake drum espress f’millimetri (ara d-dijagramma fl-Appendiċi 1, p. 773); |

2.2.23. | M: | moment ta’ bbrejkjar; |

2.2.24. | R: | ir-raġġ tat-tyres pnewmatiċi (f’metri) imkejjel taħt tagħbija miċ-ċentru tar-rota sal-livell ta’ l-art fuq il-vettura li qiegħda tiġi ttestjata (magħluq għall-eqreb ċentimetru); |

2.2.24. | n: | numru ta’ brejkijiet; |

2.3. Simboli għall-brejkijiet ta’ trasmissjoni mekkanika (ara d-dijagramma fl-Appendiċi 1, p.774)

2.3.1. | iHo: | proporzjon ta’ tnaqqis bejn ir-ras ta’ l-igganċjar u l-moviment tal-lieva fin-naħa ta’ l-output tal-mezz ta’ kontroll; |

2.3.2. | iH1: | proporzjon ta’ tnaqqis bejn il-moviment tal-lieva fin-naħa ta’ produzzjoni tal-mezz ta’ kontroll u l-kolp tal-lieva tal-brejk (gearing down tat-trasmissjoni); |

2.3.3. | iH: | proporzjon ta’ tnaqqis bejn il-kolp tar-ras ta’ l-igganċjar u l-moviment tal-lieva tal-brejk iH = iH0 · iH1; |

2.3.4. | ig: | proporzjon ta’ tnaqqis bejn il-moviment tal-lieva tal-brejk u l-irfiegħ taċ-ċentru tal-brake-shoe (ara d-dijagramma fl-Appendiċi 1, paġna 773); |

2.3.5. | P: | forza applikata fuq il-lieva ta’ kontroll tal-brejk; |

2.3.6. | Po: | forza ta’ ritrattazzjoni tal-brejk; iġifieri, fil-graph M = f(P), il-valur tal-forza P fil-punt ta’ intersezzjoni ta’ l-estrapolazzjoni ta’ din il-funzjoni ma’ l-axxiża (ara l-graph fl-Appendiċi 1, p. 775); |

2.3.7. | ρ: | Il-karatteristika tal-brejk definit minn: M = ρ P − Po |

2.4. Simboli għal brejkijiet ta’ trasmissjoni idrawlika (ara d-dijagramma fl-Appendiċi 1, p.776)

2.4.1. | ih: | proporzjon ta’ tnaqqis bejn il-moviment tar-ras ta’ l-igganċjar u l-moviment tal-pistun fil-master cylinder; |

2.4.2. | ig’: | proporzjon ta’ tnaqqiż bejn il-moviment tal-punt ta’ attwazzjoni taċ-ċilindri u l-irfigħ taċ-ċentru tal-brake-shoe; |

2.4.3. | FRZ: | erja tal-wiċċ tal-pistun fiċ-ċilindru tal-brejk; |

2.4.4. | FHZ: | erja tal-wiċċ tal-pistun fil-master cylinder; |

2.4.5. | p: | pressjoni idrawlika fiċ-ċilindru tal-brejk; |

2.4.6. | po: | pressjoni ta’ ritrattazzjoni fiċ-ċilindru tal-brejk; iġifieri, fil-graph M = f(p), il-valur tal-pressjoni p fil-punt ta’ intersezzjoni ta’ l-estensjoni ta’ din il-funzjoni ma’ l-axxiża (ara l-graph fl-Appendiċi 1, p. 775). |

2.4.7. | ρ’: | karatteristika tal-brejk definit minn: M = ρ′ p − po. |

3. ĦTIĠIET ĠENERALI

3.1. It-trasmissjoni tal-qawwa ta’ l-ibbrejkjar mir-ras ta’ gganċjar sal-brejkijiet tal-karru għandha ssir jew b’tagħqid b’virga jew permezz ta’ fluwidu wieħed jew aktar. Iżda, jista’ jinżuża cable bl-għant (Bowden cable) sabiex jipprovdi parti mit-trasmissjoni. Din il-parti għandha tkun qasira kemm jista’ jkun.

3.2. Il-labar fil-ġonot għandhom ikunu protetti b’mod adekwat. Barra minn hekk, dawn il-ġonot għandhom ikunu jew tat-tip li jillubrifikaw ruħhom weħidhom jew inkella aċċessibbli b’mod faċli għall-lubrifikazzjoni.

3.3. Mezzi ta’ l-ibbrejkjar bl-inerzja bit-trasmissjoni idrawlika għandhom ikunu irranġati b’tali mod li, anke meta r-ras ta’ l-igganċjar tkun sfurzata lura kemm tiflaħ, huwa possibbli li tiġi evitata ħsara maħluqa b’forzi eċċessivi fit-trasmissjoni u fil-mezz tal-brejk. Kull mezz li jintuża sabiex jippermetti li dan isir (reducer tat-tensjoni) jistgħa jnaqqas biss il-forza ta’ l-ibbrejkjar sal-punt li l-forza preskritta ta’ bbrejkjar tkun tista’ tinkiseb xorta.

3.3.1. Il-punt 3.3 għandu japplika mutatis mutandis jekk il-mezz ta’ l-ibbrejkjar ta’ inerzja b’trasmissjoni mekkanika huwa mgħammar b’reducer tat-tensjoni.

3.3.2. Mezzi ta’ l-ibbrejkjar bl-inerzja bi trasmissjoni mekkanika mingħajr reducer tat-tensjoni għandhom ikunu irranġati f’tali mod li, fil-każ fejn ir-ras ta’ gganċjar tersaq sakemm tiflaħ, l-ebda parti tat-trasmissjoni ma tiġġammja, jew issofri minn xi tagħwiġ permanenti, jew ħsara. Dan għandu jiġi ċċekkjat billi jiġi żganċjat l-ewwel element tat-trasmissjoni mill-lievi ta’ kontroll tal-brejk.

4. ĦTIĠIET GĦALL-MEZZI TA’ KONTROLL

4.1. Il-membri li jiżżerżqu tal-mezz ta’ kontroll għandhom ikunu twal biżżejjed li jippermettu li l-brejk jiġi applikat kollu, anke meta l-karru huwa gganċjat.

4.2. Il-membri li jiżżerżqu għandhom ikunu protetti permezz ta’ mniefaħ jew xi mezz ekwivalenti. Għandhom ikunu jew illubrifikati jew ikunu magħmulha minn materjali li jillubrifikaw ruħhom weħidhom. L-uċuħ f’kuntatt frizzjonali għandhom ikunu magħmulin minn materjal li la jkun fih torque elettrokimiku u lanqas xi inkopatibilità mekkanika li taf tikkawża l-iġġammjar tal-membri li jiżżerżqu.

4.3. It-tagħmir ta’ reducer ta’ tensjoni imsemmi fil-punt 3.3 għandu jibda jaħdem biss meta l-pressjoni fuq il-ganċ tilħaq 0.12 G’A fil-każ ta’ karrijiet b’fus wieħed u 0.08 G’A fil-każ ta’ karrijiet b’ħafna fusijiet. Għandhom jimpedixxu l-forza ta’ bbrejkjar fuq ir-roti milli tkun aktar minn dik li tikkorrespondi għal pressjoni fuq il-ganċ ta’ 0.18 GB fil-każ ta’ karrijiet b’fus wieħed u aktar minn 0.12 GB fil-każ ta’ karrijiet b’ħafna fusijiet.

4.4. Il-forza fl-ogħla livell tagħha tat-tagħmir ta’ kontroll (KA) ma għandiex tkun anqas minn 0.02G’A u mhux aktar minn 0.04 G’A.

4.5. Il-forza massima ta’ depressjoni ta’ D1 ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 0.09 G’A fil-każ ta’ karrijiet b’fus wieħed u 0.06 G’A fil-każ ta’ karrijiet b’ħafna fusijiet.

4.6. Il-forza massima ta’ rmonk D2 għandha tkun ta’ bejn 0.1 G’A u 0.5 G’A.

5. TESTIJIET U KEJL LI GĦANDHOM ISIRU FUQ IS-SISTEMA TA’ KONTROLL

5.1. Il-konformità mal-ħtiġiet tal-punti 3 u 4 ta’ hawn fuq għandhom jiġu verifikati fuq il-mezz ta’ kontroll sottomess lis-servizz tekniku li jagħmel it-testijiet.

5.2. Dan li ġej għandu jitkejjel fir-rigward tat-tipi kollha ta’ brejkijiet:

5.2.1. il-moviment s u l-moviment disponibbli s’;

5.2.2. il-forza supplimentari K;

5.2.3. il-massimu tal-forza KA;

5.2.4. il-forza tad-damping D1;

5.2.5. il-forza ta’ rmonk D2.

5.3. Fil-każ ta’ brejkijiet ta’ inerzja bi trasmissjoni-mekkanika, għandu jiġi stabbilit dan li ġej:

5.3.1. il-proporzjon ta’ tnaqqis iHo, imkejjel fil-porzjon ta’ nofs-id-distanza tal-moviment tal-kontroll;

5.3.2. il-forza P’ fin-naħa ta’ produzzjoni tal-mezz ta’ kontroll bħala funzjoni ta’ l-imbuttatura D fuq id-drawbar.

Il-forza supplimentari K u l-effiċjenza jinkisbu mill-kurva rappreżentattiva miksuba minn dawn il-kejl.

η

=

i

·

P′D − K

(ara l-graph fl-Appendiċi 1, p.772)

5.4. Fil-każ ta’ brejkijiet ta’ inerzja bi trasmissjoni-idrawlika, għandu jiġi stabbilit dan li ġej:

5.4.1. il-proporzjon ta’ tnaqqis ih, imkejjel fil-pożizzjoni ta’ nofs-id-distanza tal-moviment tal-kontroll;

5.4.2. il-pressjoni p fin-naħa ta’ l-output tal-master cylinder bħala funzjoni ta’ l-imbuttatura D fuq id-drawbar u ta’ l-erja tal-wiċċ FHZ fiċ-ċilindru tal-pistun tal-master cylinder, kif speċifikat mill-manifattur. Il-forza supplimentari K u l-effiċjenza jinkisbu mill-kurva rappreżentattiva miksuba minn dawn il-kejl

η

=

i

·

p · F

(ara l-graph fl-Appendiċi 1, paġna 772);

5.4.3. il-moviment sikur tal-master cylinder actuator s” imsemmi fil-punt 2.2.19.

5.5. Fil-każ ta’ brejkijiet ta’ inerzja mgħammra bil-mezzi imsemmija fil-punt 3.3 (reducers tat-tensjoni), huwa meħtieġ li jiġi kkontrollat jekk il-limiti msemmija fil-punt 4.3 humiex osservati.

5.6. Fil-każ ta’ brejkijiet ta’ inerzja fuq karrijiet b’ħafna fusijiet, it-telf ta’ moviment imsemmi fil-punt 9.4.1 għandu jitkejjel.

6. ĦTIĠIET GĦALL-BREJKIJIET

6.1. Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli lis-servizz tekniku risponsabbli għat-testijiet, barra mill-brejkijiet li għandhom jiġu ttestjati, id-disinni tal-brejkijiet li juru t-tip, id-dimensjonijiet u l-materjal tal-partijiet ewlenin, u l-għamla u t-tip ta’ linings. Id-disinni għandhom jindikaw l-erja tal-wiċċ FRZ taċ-ċilindri tal-brejkijiet fil-każ ta’ brejkijiet idrawliċi. Il-manifattur għandu jindika wkoll it-torque massimu ta’ l-ibbrejkjar Mmass li huwa permess, kif ukoll il-piż GBo imsemmi fil-punt 2.2.4.

6.2. It-torque ta’ bbrejkjar Mmass indikat mill-manifattur għandu jkun mill-inqas darbtejn il-forza P jew mill-inqas darbtejn il-pressjoni p meħtieġa sabiex tagħti forza ta’ bbrejkjar ta’ 0.45 GBo.

6.3. Il-mezzi imsemmija fil-punt 3.3 għandhom jibdew jaħdmu biss meta l-forza P jew il-pressjoni p ikunu laħqu l-valur li jikkorrespondi għal forza ta’ bbrejkjar ta’ 0.6 GBo. Għandhom jimpedixxu milli tinqabeż darbtejn il-forza P jew darbtejn il-pressjoni p imsemmijin fil-punt 6.2.

7. TESTIJIET U KEJL LI GĦANDHOM ISIRU FUQ IL-BREJKIJIET

7.1. Il-brejkijiet u l-oġġetti ta’ tagħmir magħmulin disponibbli għas-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet għandhom jiġu ttestjati sabiex jiġi kkontrollat jekk dawn jikkonformawx mal-ħtiġiet tal-punt 6.

7.2. Għandu jiġi stabbilit dan li ġej:

7.2.1. l-irfigħ minimu tax-shoe 2sB*;

7.2.2. l-irfigħ taċ-ċentru tax-shoe 2sB (li għandu jkun akbar minn 2sB*);

7.2.3. il-moment ta’ l-ibbrejkjar M bħala funzjoni tal-forza P applikata fuq il-lieva ta’ kontroll fil-każ ta’ mezzi bi trasmissjoni mekkanika, u tal-pressjoni p fiċ-ċilindru tal-brejk fil-każ ta’ mezzi bi trasmissjoni idrawlika.

Il-veloċità li biha jduru l-uċuh ta’ l-ibbrejkjar għandhom jikkorrespondu mal-veloċità inizzjali tal-vettura ta’ 50 km/siegħa. Dan li ġej għandu jitnaqqas mill-kurva miksuba minn dan il-kejl:

7.2.3.1. il-forza ta’ retrattazzjoni P u l-karatteristika ρ fil-każ ta’ brejkijiet azzjonati b’mod mekkaniku (ara l-graph fl-Appendiċi 1. p.775).

7.2.3.2. il-forza ta’ retrattazzjoni po u l-karatteristika ρ fil-każ ta’ brejkijiet azzjonati b’mod idrawliku (ara l-graph fl-Appendiċi 1, p. 775).

8. RAPPORTI TAT-TESTIJIET

Fejn isiru applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ karrijiet mgħammra bi brejkijiet ta’ inerzja, dawn l-applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati bir-rapporti tat-test relatati mas-sistema ta’ kontroll u l-brejkijiet, kif ukoll ir-rapport tat-test dwar il-kompatibilità bejn il-mezz ta’ kontroll ta’ l-inerzja, it-trasmissjoni u l-brejkijiet fuq il-karru; dawn ir-rapporti għandhom jinkludu għallinqas id-dettalji murija fl-Appendiċi 2, 3 u 4 għal dan l-Anness.

9. IL-KOMPATIBILITÀ TAL-MEZZI TA’ KONTROLL U L-BREJKIJIET TA’ INERZJA TA’ VETTURA

9.1. Għandha ssir investigazzjoni fuq il-vettura, fejn jingħata kas tal-karatteristiċi tal-mezz ta’ kontroll (Appendiċi 2) u tal-brejkijiet (Appendiċi 3) kif ukoll il-karatteristiċi tal-karru imsemmija fil-punt 4 ta’ l-Appendiċi 4, dwar jekk il-mezz ta’ brejkijiet ta’ inerzja tal-karru jikkonformax mal-ħtiġiet stabbiliti.

9.2. Testijiet ġenerali għat-tipi kollha ta’ brejkijiet.

9.2.1. Dawk il-partijiet tat-trasmissjoni li ma ġewx ittestjati fl-istess ħin bħalmezz ta’ kontroll tal-brejkijiet għandhom jiġu ttestjati fuq il-vettura. Ir-riżultati tat-test għandhom jiddaħħlu fl-Appendiċi 4 (per eżempju i H1 u η H1).

9.2.2. Piż

9.2.2.1. Il-piż totali tal-karru GA ma għandux ikun aktar mill-piż totali G’A li għalih huwa awtorizzat il-mezz ta’ kontroll.

9.2.2.2. Il-piż totali tal-karru GA ma għandux ikun aktar mill-piż totali GB li jista’ jiġi bbrejkjat b’operazzjoni tal-brejkijiet kollha tal-karru flimkien.

9.2.3. Forzi

9.2.3.1. L-akbar forza KA ma għandhiex tkun anqas minn 0.02 GA u lanqas aktar minn 0.04 GA.

9.2.3.2. Il-forza massima tad-damping D1 ma għandhiex tkun aktar minn 0.09 GA fil-każ ta’ karrijiet b’fus wieħed, u lanqas 0.06 GA fil-każ ta’ karrijiet b’ħafna fusijiet.

9.2.3.3. Il-forza massima tal-ġbid D2 għandha tkun bejn 0.1 GA u 0.5 GA.

9.2.4. Mezz imsemmi fil-punt 3.3 (reducer tat-tensjoni)

9.2.4.1. Għandha ssir investigazzjoni biex jiġi stabbilit jekk il-mezz ta’ kontroll jew il-brejkijiet humiex mgħammra b’dan il-mezz.

9.2.4.2. Fejn dan il-mezz jifforma parti mill-mezz ta’ kontroll, il-valur minimu ta’ GB stabbilit fil-punt 4.3 għall-mezz ta’ kontroll ma għandux ikun anqas mill-piż totali permessibbli GB għall-brejkijiet użati fuq karru li qiegħed jiġi ttestjat.

9.3. Test ta’ l-effiċjenza tal-brejkijiet

9.3.1. Is-somma tal-forzi tal-brejkijiet eżerċitati fuq iċ-ċirkumferenza tar-roti tal-karru għandha tkun għallinqas B* = 0.45 GA, li tinkludi reżistenza fil-mixi ta’ 0.01 GA. Din tirrappreżenta forza ta’ bbrejkjar ta’ 0.44 GA. F’dan il-każ, l-imbuttatura permessa fuq il-ganċ għandha tkun:

D* = 0.06 GA fil-każ ta’ karrijiet b’ħafna fusijiet,

D* = 0.09 GA fil-każ ta’ karrijiet b’fus wieħed.

Sabiex jiġi kkontrollat jekk dawn il-kondizzjonijiet humiex osservati, għandhom jiġu applikati l-formoli li ġejjin:

9.3.1.1. ρ

· η

≤ i

9.3.1.2. · η

i

F

9.4. Test tal-moviment tal-kontroll

9.4.1. Fil-każ ta’ mezzi ta’ kontroll għal karrijiet b’aktar minn fus wieħed li s-sistema tal-virga tal-brejk tagħhom tiddependi fuq il-pożizzjoni tal-vettura ta’ rmonk, il-moviment tal-kontroll s għandu jkun akbar mill-moviment disponibbli tal-kontroll s’; id-differenza fit-tul għandha tkun ekwivalenti għat-telf fil-moviment so. Il-moviment ma għandux ikun aktar minn 40mm.

9.4.2. Il-moviment disponibbli tal-kontroll s’ għandu jiġi stabbilit bil-mod li ġej:

9.4.2.1. s′ = s − s

;

9.4.2.2. jekk ma hemm ebda telf ta’ moviment, allura: s′ = s;

9.4.2.3. fil-każ ta’ sistema ta’ brejkijiet idrawliċi: s′ = s − s″.

9.4.3. Il-formoli li ġejjin għandhom jiġu applikati sabiex jiġi kkontrollat jekk il-moviment tal-kontroll huwiex adekwat:

9.4.3.1. i

s

* · i

9.4.3.2. i

F

2s

* · n F

· i

9.5. Testijiet addizzjonali

9.5.1. Fil-każ ta’ brejkijiet ta’ inerzja bi trasmissjoni mekkanika, għandha ssir investigazzjoni biex jiġi stabbilit jekk is-sistema tal-virga li permezz tagħha jiġu trasmessi l-forzi mill-mezz ta’ kontroll hiex imwaħħla b’mod korrett.

9.5.2. Fil-każ ta’ brejkijiet ta’ inerzja bi trasmissjoni idrawlika, għandha ssir investigazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk il-kolp tal-master cylinderactuator jilħaqx livell minimu ta’ s/ih.

Livell aktar baxx ma jkunx permess.

9.5.3. Għandu jsir test fuq it-triq sabiex tiġi stabbilita r-reazzjoni ġenerali tal-vettura għall-ibbrejkjar.

10. KUMMENTI ĠENERALI

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw għall-aħħar mudelli ta’ ta’ brejkijiet ta’ inerzja bi trasmissjoni mekkanika jew idrawlika; fil-każ ta’ dawn il-mudelli, b’mod partikolari, ir-roti kollha tal-karru huma mgħammra bl-istess tip ta’ brejk u l-istess tip ta’ tyres.

Meta jkunu qiegħdin jiġu ttestjati mudelli speċjali, għandhom jiġu addattati l-ħtiġiet ta’ hawn fuq.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top