This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D1909
Decision of the EEA Joint Committee No 87/2024 of 26 April 2024 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2024/1909]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2024 tas-26 ta’ April 2024 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1909]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 87/2024 tas-26 ta’ April 2024 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1909]
ĠU L, 2024/1909, 8.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1909/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1909 |
8.8.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 87/2024
tas-26 ta’ April 2024
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1909]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/981 tas-17 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 dwar il-klassifikazzjoni tas-sustanza prażikwantel fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/997 tat-23 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/17 li jistabbilixxi lista ta’ varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010):
|
2. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 22b (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/17): “, kif emendat bi:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/981 u (UE) 2023/997 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ April 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 134, 22.5.2023, p. 36.
(2) ĠU L 136, 24.5.2023, p. 1.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1909/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)