This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D1632
Decision of the EEA Joint Committee No 82/2024 of 15 March 2024 amending Protocol 47 to the EEA Agreement, on the abolition of technical barriers to trade in wine [2024/1632]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2024 tal-15 ta’ Marzu 2024 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE dwar l-abolizzjoni ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2024/1632]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2024 tal-15 ta’ Marzu 2024 li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE dwar l-abolizzjoni ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2024/1632]
ĠU L, 2024/1632, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1632/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1632 |
4.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 82/2024
tal-15 ta’ Marzu 2024
li temenda l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE dwar l-abolizzjoni ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ fl-inbid [2024/1632]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2137 tas-6 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem ‘‘Schouwen-Duiveland’’ (DOP) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2140 tas-6 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Terres du Midi” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2148 tas-6 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Terras da Beira” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2164 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Großräschener See (IĠP) |
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2173 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Terras de Cister” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2182 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Terras do Dão” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid. Il-leġiżlazzjoni dwar l-inbid ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fis-seba’ paragrafu tal-introduzzjoni tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(8) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 8x (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1418) tal-Appendiċi I tal-Protokoll 47 tal-Ftehim ŻEE:
“8y. |
32023 R 2137: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2137 tas-6 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem “Schouwen-Duiveland” (DOP) (ĠU L, 2023/2137, 13.10.2023). |
8z. |
32023 R 2140: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2140 tas-6 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Terres du Midi” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2140, 13.10.2023). |
8za. |
32023 R 2148: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2148 tas-6 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Terras da Beira” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2148, 13.10.2023). |
8zb. |
32023 R 2164: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2164 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-isem Großräschener See (IĠP) (ĠU L, 2023/2164, 17.10.2023). |
8zc. |
32023 R 2173: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2173 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Terras de Cister” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2173, 17.10.2023). |
8zd. |
32023 R 2182: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2182 tal-10 ta’ Ottubru 2023 li jikkonferixxi l-protezzjoni fuq l-isem “Terras do Dão” (IĠP) skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2182, 17.10.2023).’ |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2137, (UE) 2023/2140, (UE) 2023/2148, (UE) 2023/2164, (UE) 2023/2173 u (UE) 2023/2182 fil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2023/2137, 13.10.2023.
(2) ĠU L, 2023/2140, 13.10.2023.
(3) ĠU L, 2023/2148, 13.10.2023.
(4) ĠU L, 2023/2164, 17.10.2023.
(5) ĠU L, 2023/2173, 17.10.2023.
(6) ĠU L, 2023/2182, 17.10.2023.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1632/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)