This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D1615
Decision of the EEA Joint Committee No 51/2024 of 15 March 2024 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2024/1615]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2024 tal-15 ta’ Marzu 2024 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1615]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2024 tal-15 ta’ Marzu 2024 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1615]
ĠU L, 2024/1615, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1615/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1615 |
4.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 51/2024
tal-15 ta’ Marzu 2024
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2024/1615]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2724 tas-27 ta’ Settembru 2023 li jemenda u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 134/2014 fir-rigward ta’ ċerti referenzi għar-Regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) u d-disponibbiltà ta’ ċerti gassijiet puri (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 46d (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 134/2014) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
‘- |
32023 R 2724: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2724 tas-27 ta’ Settembru 2023 (ĠU L, 2023/2724, 6.12.2023).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2724 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L, 2023/2724, 6.12.2023.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1615/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)