Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0922

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 201/2023 tat-22 ta’ Settembru 2023 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/922]

ĠU L, 2024/922, 25.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/922/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/922/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/922

25.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 201/2023

tat-22 ta’ Settembru 2023

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/922]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1322 tal-25 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/632 fir-rigward tal-listi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti komposti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fil-fruntiera (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 11bo (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:

“-

32022 R 1322: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1322 tal-25 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 25).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31qo (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632) tal-Kapitolu II:

“-

32022 R 1322: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1322 tal-25 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 25).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 164o (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/632) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32022 R 1322: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1322 tal-25 ta’ Lulju 2022 (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 25).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1322 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 200, 29.7.2022, p. 25.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/922/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top