This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22024D0497
Decision of the EEA joint Committee No 250/2021 of 24 September 2021 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2024/497]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2021 tal-24 ta’ Settembru 2021 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/497]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 250/2021 tal-24 ta’ Settembru 2021 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/497]
ĠU L, 2024/497, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/497/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/497 |
22.2.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 250/2021
tal-24 ta’ Settembru 2021
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/497]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2020/700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Direttivi (UE) 2016/797 u (UE) 2016/798, fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tat-traspożizzjoni tagħhom (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fil-punti 37p (id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 42i (id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendat minn:
|
— |
32020 L 0700: Id-Direttiva (UE) 2020/700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 27).” |
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva (UE) 2020/700 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 248/2021 tal-24 ta’ Settembru 2021 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Rolf Einar FIFE
(1) ĠU L 165, 27.5.2020, p. 27.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) ĠU L, 2024/471, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/471/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/497/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)