Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D0186

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 169/2021 tal-11 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE2024/186

ĠU L, 2024/186, 1.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/186/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/186/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/186

1.2.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 169/2021

tal-11 ta’ Ġunju 2021

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE2024/186

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/526 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li jirrettifika l-verżjoni Ċeka tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32021 R 0526: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/526 tal-23 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 106, 26.3.2021, p. 29).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/526 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 2021, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 106, 26.3.2021, p. 29.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/186/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top