Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0088

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 265/2019 tal-25 ta’ Ottubru 2019 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/88]

ĠU L 11, 12.1.2023, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/88/oj

12.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 265/2019

tal-25 ta’ Ottubru 2019

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/88]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/838 tal-20 ta’ Frar 2019 dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta' trekkjar u traċċar tal-bastimenti u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 415/2007 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/838 iħassar, b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2020, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 415/2007 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2020.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.   Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 49ae (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2013):

“49af.

32019 R 0838: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/838 tal-20 ta’ Frar 2019 dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għal sistemi ta’ trekkjar u traċċar tal-bastimenti u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 415/2007 (ĠU L 138, 24.5.2019, p. 31).”

2.   It-test tal-punt 49ab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2007) għandu jitħassar b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2020.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/838 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Ottubru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 138, 24.5.2019, p. 31.

(2)   ĠU L 105, 23.4.2007, p. 35.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top