This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22023D0013
Decision of the EEA Joint Committee No 208/2019 of 27 September 2019 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2023/13]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/13]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/13]
ĠU L 4, 5.1.2023, p. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 208/2019
tas-27 ta’ Settembru 2019
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/13]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/781 tal-15 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ 3-fitażi prodotta minn Komagataella phaffii (CECT 13094) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin jew imrobbija għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd u għal speċijiet minuri ta’ tjur għat-tismin, għat-tgħammir u mrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Fertinagro Nutrientes S.L.) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/849 tal-24 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1492 fir-rigward tal-kontenut massimu ta’ kolekalċiferol (vitamina D3) fl-għalf għas-salmonidi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/857 tas-27 ta’ Mejju 2019 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għall-mogħoż tal-ħalib u għan-nagħaġ tal-ħalib u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 226/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/892 tat-28 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1079 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer kollha ħlief il-qżieqeż miftuma u l-ħnieżer nisa u l-ispeċijiet porċini minuri kollha (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG irrappreżentat minn Lallemand SAS) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/893 tat-28 ta’ Mejju 2019 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 15544 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1444/2006 (detentur tal-awtorizzazzjoni, Asahi Calpis Wellness Co. Ltd, irrappreżentata fl-Unjoni minn Asahi Calpis Wellness Co. Ltd Europe Representative Office) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(6) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/898 tad-29 ta’ Mejju 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-eugenol bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Lidervet SL) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/899 tad-29 ta’ Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, għall-bufli tal-ħalib, għaż-żwiemel u għall-ħnieżer għat-tismin u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1447/2006, (KE) Nru 188/2007, (KE) Nru 232/2009, (KE) Nru 186/2007 u (KE) Nru 209/2008 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni S.I. Lesaffre) (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/900 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 8-merkapto-p-mentan-3-one u p-ment-1-ene-8-tijol bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/901 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5′-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) (sorsi ta’ vitamina B2) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/929 tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ formulazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (BCCM/MUCL 49755) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Berg and Schmidt GmbH Co. KG) (10) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2019/857 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (11), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jiitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2019/893 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 (12), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(13) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/899 iħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1447/2006 (13), (KE) Nru 186/2007 (14), (KE) Nru 188/2007 (15), (KE) Nru 209/2009 (16) u (KE) Nru 232/2009 (17), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
(14) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
(15) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 223 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1492):
|
2. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 286 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/454):
|
3. |
It-testi tal-punt 1zzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006), tal-punt 1zzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006), tal-punt 1zzzi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007), tal-punt 1zzzk (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2007), tal-punt 1zzzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 226/2007), tal-punt 1zzzzn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2008) u tal-punt 1zzzzu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009) jitħassru: |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/781, (UE) 2019/849, (UE) 2019/857, (UE) 2019/892, (UE) 2019/893, (UE) 2019/898, (UE) 2019/899, (UE) 2019/900, (UE) 2019/901 u (UE) 2019/929 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2019.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gunnar PÁLSSON
(1) ĠU L 127, 16.5.2019, p. 1.
(2) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 4.
(3) ĠU L 140, 28.5.2019, p. 18.
(4) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 57.
(5) ĠU L 142, 29.5.2019, p. 60.
(6) ĠU L 144, 3.6.2019, p. 29.
(7) ĠU L 144, 3.6.2019, p. 32.
(8) ĠU L 144, 3.6.2019, p. 36.
(9) ĠU L 144, 3.6.2019, p. 41.
(10) ĠU L 148, 6.6.2019, p. 25.
(11) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 26.
(12) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19.
(13) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.
(15) ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3.
(17) ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.