EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D1522

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 258/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li jemenda l-Anness XVIII (Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol, il-liġi dwar ix-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1522]

C/2018/8349

OJ L 337, 23.9.2021, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1522/oj

23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 258/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li jemenda l-Anness XVIII (Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol, il-liġi dwar ix-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1522]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE, fir-rigward tal-baħħara (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 22 (id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE), 24 (id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 27 (id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 32d (id-Direttiva 2001/23/KE) u 32f (id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

32015 L 1794: Id-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32l (id-Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE):

“32m.

32015 L 1794: Id-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda d-Direttivi 2008/94/KE, 2009/38/KE u 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE u 2001/23/KE, fir-rigward tal-baħħara (ĠU L 263, 8.10.2015, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2015/1794 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)  ĠU L 263, 8.10.2015, p. 1.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top