EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D1508

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 241/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1508]

C/2018/8337

OJ L 337, 23.9.2021, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1508/oj

23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 241/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1508]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1129 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova l-aċetamiprid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1130 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1131 tas-It-Tnejn, 13 ta’ Awwissu 2018 li japprova l-penflufen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12zzzzzl (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“12zzzzzm.

32018 R 1129: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1129 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova l-aċetamiprid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 4).

12zzzzzn.

32018 R 1130: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1130 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 8).

12zzzzzo.

32018 R 1131: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1131 tat-13 ta’ Awwissu 2018 li japprova l-penflufen bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 12).’

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1129, (UE) 2018/1130 u (UE) 2018/1131 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)  ĠU L 205, 14.8.2018, p. 4.

(2)  ĠU L 205, 14.8.2018, p. 8.

(3)  ĠU L 205, 14.8.2018, p. 12.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top