EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D1492

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2018 tal-5 ta’ Diċembru 2018 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1492]

C/2018/8317

OJ L 337, 23.9.2021, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1492/oj

23.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 225/2018

tal-5 ta’ Diċembru 2018

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2021/1492]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2174 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ tan-naħal u n-naħal bagħli (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1:

“-

32017 D 2174: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2174 tal-20 ta’ Novembru 2017 (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 28).”

2.

Dan li ġej jiżdied fit-test tal-adattament fil-punt 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1:

“(d)

fl-Anness E, il-Parti 2, l-entrata II.1 (b), it-tieni inċiż, il-kliem ‘jew in-Norveġja’ għandhom jiżdiedu wara l-kliem ‘l-Unjoni’.”

3.

It-test tal-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1 tinbidel b'dan li ġej:

“15.

392 L 0065: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistipula l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' bhejjem, semen, ova u embriji li mhumiex soġġetti għall-ħtiġijiet għas-saħħa tal-bhejjem stipulati fir-regoli Komunitarji speċifiċi li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54), kif emendata bi:

1 94 N: L-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati - l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21, kif aġġustat bil-ĠU L 1, 1.1.1995, p. 15),

395 D 0176: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/176/KE tas-6 ta’ April 1995 (ĠU L 117, 24.5.1995, p. 23),

32001 D 0298: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/298/KE tat-30 ta’ Marzu 2001 (ĠU L 102, 12.4.2001, p. 63),

32002 R 1282: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 3),

32002 R 1802: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1802/2002 tal-10 ta’ Ottubru 2002 (ĠU L 274, 11.10.2002, p. 21),

1 03 T: Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, adottat fis-16 ta' April 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 R 1398: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2003 tal-5 ta’ Awwissu 2003 (ĠU L 198, 6.8.2003, p. 3),

32004 L 0068: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321), kif korreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 128,

32003 R 0998: Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1),

32007 D 0265: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE tas-26 ta’ April 2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17),

32008 L 0073: Ir-Regolament tal-Kunsill 2008/73/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40), kif emendat bi:

32009 D 0436: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/436/KE tal-5 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 43),

32010 R 0176: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 52, 3.3.2010, p. 14),

32010 D 0270: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/270/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 56),

32010 D 0684: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/684/UE tal-10 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 62),

32012 D 0112: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/112/UE tas-17 ta’ Frar 2012 (ĠU L 50, 23.2.2012, p. 51),

32014 R 0846: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 846/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 (ĠU L 232, 5.8.2014, p. 5),

32013 L 0031: Id-Direttiva 2013/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 107),

32013 D 0518: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/518/UE tal-21 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 14),

32017 D 2174: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2174 tal-20 ta’ Novembru 2017 (ĠU L 306, 22.11.2017, p. 28).

Dan l-att ma għandux japplika għall-Iżlanda.

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

fl-Artikolu 10(3), l-ewwel paragrafu, il-kelma ‘Norveġja’ għandha tiżdied wara l-kelma ‘l-Isvezja’;

(b)

fl-Artikolu 10a, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

‘In-Norveġja tista' tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-Istati Membri f'sitwazzjoni ekwivalenti.’;

(c)

fl-Artikolu 13(2), jiddaħħal il-punt li ġej:

‘f.

In-Norveġja għandha perjodu sal-31 ta' Diċembru 1998 biex timplimenta l-miżuri stabbiliti fir-rigward ta' korpi, istituti u ċentri.’;

(d)

fl-Anness E, il-Parti 2, l-entrata II.1(b), it-tieni inċiż, il-kliem ‘jew in-Norveġja’ għandhom jiżdiedu wara l-kliem ‘l-Unjoni’.”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2174 bil-lingwa Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2018, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2018.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES

Is-Segretarji

Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Hege M. HOFF

Mikołaj KARŁOWSKI


(1)  ĠU L 306, 22.11.2017, p. 28.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top