Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D1488

Deċiżjoni 2/2021 tal-Kumitat tal-Kummerċ bejn l-UE, il-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador tas-17 ta’ Awwissu 2021 li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 1/2014, Nru 2/2014, Nru 3/2014, Nru 4/2014 u Nru 5/2014 sabiex titqies l-adeżjoni tal-Ekwador fil-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador min-naħa l-oħra, u biex jiġu aġġornati l-listi ta’ arbitri u ta’ esperti fil-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli [2021/1488]

PUB/2021/689

ĠU L 328, 16.9.2021, p. 107–110 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1488/oj

16.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/107


DEĊIŻJONI 2/2021 TAL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE, IL-KOLOMBJA, IL-PERÙ U L-EKWADOR

tas-17 ta’ Awwissu 2021

li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 1/2014, Nru 2/2014, Nru 3/2014, Nru 4/2014 u Nru 5/2014 sabiex titqies l-adeżjoni tal-Ekwador fil-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador min-naħa l-oħra, u biex jiġu aġġornati l-listi ta’ arbitri u ta’ esperti fil-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli [2021/1488]

IL-KUMITAT TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Kummerċjali”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1)

B’konformità mal-punt (g)(vi) tal-Artikolu 13(2) tal-Ftehim Kummerċjali, il-Kumitat tal-Kummerċ jista’ jressaq ’il quddiem il-kisba tal-objettivi tal-Ftehim Kummerċjali permezz ta’ modifiki, previsti fih, ta’ dispożizzjonijiet oħrajn suġġetti għal modifiki mill-Kumitat tal-Kummerċ skont dispożizzjoni espliċita tal-Ftehim Kummerċjali. B’konformità mal-Artikolu 13(5) tal-Ftehim Kummerċjali, fl-eżerċitar ta’ kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu, il-Kumitat tal-Kummerċ jista’ jadotta kwalunkwe deċiżjoni kif previst fil-Ftehim Kummerċjali.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2014 tipprevedi l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Ftehim Kummerċjali skont il-punt (j) tal-Artikolu 13(1) tal-Ftehim Kummerċjali.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2014 tipprevedi l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura u tal-Kodiċi ta’ Kondotta għal arbitri skont il-punt (h) tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 315 tal-Ftehim Kummerċjali.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 3/2014 tipprevedi l-istabbiliment tal-listi ta’ arbitri skont l-Artikolu 304(1) u (4) tal-Ftehim Kummerċjali.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 4/2014 tipprevedi l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura għall-Gruppi ta’ Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 284(6) tal-Ftehim Kummerċjali.

(6)

Id-Deċiżjoni Nru 5/2014 tipprevedi l-istabbiliment ta’ Grupp ta’ Esperti dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 284(3) tal-Ftehim Kummerċjali.

(7)

Sabiex titqies l-adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim Kummerċjali u l-ħtieġa li jiġu aġġornati l-listi ta’ arbitri u ta’ esperti fil-Kummerċ u fl-Iżvilupp Sostenibbli, id-Deċiżjonijiet Nru 1/2014, Nru 2/2014, Nru 3/2014, Nru 4/2014 u Nru 5/2014 tal-Kumitat tal-Kummerċ jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kumitat Kummerċjali bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù fis-16 ta’ Mejju 2014 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura msemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 13(1) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit bis-segwenti:

“1.   Il-Kumitat tal-Kummerċ li huwa stabbilit skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), għandu jaqdi d-dmirijiet tiegħu skont l-Artikolu 12 tal-Ftehim u jassumi r-responsabbiltà għall-operat u l-applikazzjoni xierqa tal-Ftehim.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jkun ippresedut b’sistema ta’ rotazzjoni għal perijodu ta’ sena mill-Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu tal-Kolombja, mill-Ministru tal-Kummerċ Barrani u t-Turiżmu tal-Perù, mill-Ministru tal-Produzzjoni, il-Kummerċ Barrani, l-Investiment u s-Sajd tal-Ekwador, jew mill-Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-Kummerċ. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena. Il-President jista’ jkun irrappreżentat minn nies innominati rispettivi, kif previst fl-Artikolu 12(2) tal-Ftehim.”;

(2)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kumitat tal-Kummerċ għandu jiltaqa’ darba fis-sena jew fuq talba ta’ kwalunkwe Parti, kif previst fl-Artikolu 12(2) tal-Ftehim. Il-laqgħat għandhom jinżammu fuq sistema ta’ rotazzjoni, f’Bogotá, fi Brussell, f’Lima u f’Quito, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.’.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kumitat Kummerċjali bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù fis-16 ta’ Mejju 2014 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-arbitri, msemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 13(1) u fl-Artikolu 315 tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, huwa emendat kif ġej:

(1)

fir-Regola 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

“il-Ftehim” ifisser il-Ftehim Kummerċjali bejn il-Kolombja u l-Perù, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-26 ta’ Ġunju 2012, kif emendat bil-Protokoll tal-Adeżjoni tal-Ekwador għall-Ftehim, li ġie ffirmat fil-11 ta’ Novembru 2016;”;

(2)

Ir-Regola 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

“7.

Jekk l-aħħar jum għall-konsenja ta’ dokument jaqa’ nhar ta’ btala legali fil-Kolombja, fil-Perù, fl-Ekwador jew fl-UE, id-dokument jista’ jiġi konsenjat fil-jum ta’ xogħol li jkun imiss.”;

(3)

Ir-Regola 33 hija sostitwita b’dan li ġej:

“33.

Sakemm il-partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, is-smigħ għandu jsir fi Brussell jekk il-parti lmentatriċi tkun il-Kolombja, il-Perù jew l-Ekwador u f’Bogotá, f’Lima jew f’Quito, skont il-każ, jekk il-parti lmentatriċi tkun l-UE.’.

Artikolu 3

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kumitat Kummerċjali bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù tas-16 ta’ Mejju 2014, li jistabbilixxi lista ta’ arbitri, imsemmija fl-Artikolu 304(1) u (4) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, huwa emendat kif ġej:

(1)

il-“Lista ta’ arbitri msemmija fl-Artikolu 304(1) tal-Ftehim” hija emendata kif ġej:

(a)

fil-lista ta’ “Arbitri proposti mill-Kolombja”, il-punti 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.

Javier Gamboa

3.

Claudia Orozco’;

(b)

il-lista li ġejja tiddaħħal bejn il-lista ta’ “Arbitri proposti mill-Kolombja” u l-lista ta’ “Arbitri proposti mill-UE”:

“Arbitri proposti mill-Ekwador

1.

Hugo Perezcano Díaz

2.

Alejandro Sánchez

3.

Carlos Vejar

4.

Alan Yanovich

5.

Andrés Jana’;

(c)

fil-lista ta’ “Arbitri proposti mill-Perù”, il-punti 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.

Victor Saco

5.

Javier Hernando Illescas Mucha’;

(d)

fil-lista ta’ “Presidenti”, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Pedro Negueloaetcheverry (l-Ekwador)”;

(2)

il-“Lista addizzjonali ta’ arbitri b’esperjenza settorjali fuq suġġetti speċifiċi koperti mill-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 304(4) tal-Ftehim” hija emendata kif ġej:

(a)

taħt l-intestatura “Esperti tal-Kummerċ fil-Merkanzija”, il-lista li ġejja tiddaħħal bejn il-lista ta’ “Arbitri proposti mill-Kolombja” u l-lista ta’ “Arbitri proposti mill-UE”:

“Arbitri proposti mill-Ekwador

1.

Pablo Bentes

2.

Jan Bohanes

3.

Sofía Bonilla”;

(b)

taħt l-intestatura “Esperti fl-oqsma tal-Kummerċ fis-Servizzi, fl-Istabbilimenti, fil-Kompetizzjoni, fid-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali jew fl-Akkwist tal-Gvern”, il-lista li ġejja tiddaħħal bejn il-lista ta’ “Arbitri proposti mill-Kolombja” u l-lista ta’ “Arbitri proposti mill-UE”:

“Arbitri proposti mill-Ekwador

1.

Gustavo Guerra

2.

Alfredo Corral

3.

Genaro Eguiguren”;

(c)

taħt l-intestatura “Esperti fl-oqsma tal-Kummerċ fis-Servizzi, fl-Istabbilimenti, fil-Kompetizzjoni, fid-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali jew fl-Akkwist tal-Gvern”, fil-Lista tal-Presidenti, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Tania Voon’.

Artikolu 4

Il-punt (a) tar-Regola 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni Nru 4/2014 tal-Kumitat Kummerċjali bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù tas-16 ta’ Mejju 2014 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura għall-Grupp ta’ Esperti fil-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli msemmi fl-Artikolu 284(6) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

“il-Ftehim” tfisser il-Ftehim Kummerċjali bejn il-Kolombja u l-Perù, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat fis-26 ta’ Ġunju 2012, kif emendat bil-Protokoll tal-Adeżjoni tal-Ekwador mal-Ftehim, li ġie iffirmat fil-11 ta’ Novembru 2016.’.

Artikolu 5

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 5/2014 tal-Kumitat Kummerċjali bejn l-UE, il-Kolombja u l-Perù tas-16 ta’ Mejju 2014, jistabbilixxi Grupp ta’ Esperti dwar kwistjonijiet koperti mit-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli msemmi fl-Artikolu 284(3) tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-“Lista ta’ esperti”, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“13.

María Amparo Albán

14.

Alice Tipping

15.

Leopoldo González

16.

Fabián Jaramillo’;

(2)

fil-lista ta’ “Presidenti”, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“7.

Jacob Olander

8.

Martín Padulla’.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha titfassal fil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet għall-Ftehim, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Magħmul f’Lima, is-17 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kumitat tal-Kummerċ

Diego Sebastián LLOSA VELÁSQUEZ

Il-President tal-Kumitat tal-Kummerċ


Top