EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021D0036

Deċiżjoni Nru 3/2020 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema ta’ tariffi applikabbli għall-vetturi fl-Iżvizzera mill-1 ta’ Lulju 2021 [2021/36]

C/2020/9212

OJ L 15, 18.1.2021, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/36/oj

18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/48


DEĊIŻJONI Nru 3/2020 TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN TAL-KOMUNITÀ/TAL-IŻVIZZERA

tas-16 ta’ Diċembru 2020

dwar is-sistema ta’ tariffi applikabbli għall-vetturi fl-Iżvizzera mill-1 ta’ Lulju 2021 [2021/36]

IL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN TAL-KOMUNITÀ/TAL-IŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bit-trasport ferrovjarju u bit-triq (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 40(6) u l-Artikolu 52(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 40 tal-Ftehim, l-Iżvizzera ilha mill-1 ta’ Jannar 2001 timponi tariffa mhux diskriminatorja fuq il-vetturi għall-ispejjeż li jiġġeneraw (“tariffa fuq it-traffiku tal-vetturi tqal tal-merkanzija skont il-prestazzjoni tagħhom”). Din it-tariffa hija differenzjata skont tliet kategoriji ta’ standards tal-emissjonijiet (il-klassijiet EURO).

(2)

Għal dan l-għan, l-Artikolu 40(2) u (4) tal-Ftehim jistabbilixxi l-medja ponderata tat-tariffi, it-tariffa massima għall-kategorija ta’ vetturi li jniġġsu l-iktar kif ukoll id-differenza massima fit-tariffa minn kategorija għall-oħra.

(3)

Skont l-Artikolu 40(6) tal-Ftehim, il-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera jiddetermina l-ponderazzjoni abbażi ta’ eżamijiet biennali sabiex jitqiesu l-iżviluppi fl-istruttura tal-flotta ta’ vetturi li jiċċirkolaw fl-Iżvizzera u l-iżviluppi fl-istandards dwar il-klassijiet EURO. Fid-dawl tal-immodernizzar tal-flotta ta’ vetturi li jiċċirkolaw fl-Iżvizzera, li jimplika li kulma jmur iktar vetturi qed jikkonformaw mal-iktar standards reċenti tal-klassijiet EURO, jenħtieġ li d-distribuzzjoni tal-kategoriji tal-istandards tal-klassijiet EURO tiġi adattata b’tali mod li l-EURO VI, il-klassi ta’ emissjonijiet li tniġġes l-inqas, tibqa’ fil-kategorija ta’ tariffi l-iktar baxxa filwaqt li l-klassijiet ta’ emissjonijiet EURO IV u V jitqiegħdu fil-kategorija l-iktar għalja.

(4)

Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ ukoll li jitneħħa t-tnaqqis ta’ 10 % tat-tariffa applikabbli għall-kategorija tagħhom, kif previst fid-Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/tal-Iżvizzera (2), mogħti lill-vetturi tal-klassijiet ta’ emissjonijiet EURO II u EURO III mgħammra b’mod retroattiv b’sistema approvata ta’ filtru tal-partikolati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-tariffa fuq it-traffiku tal-vetturi tqal tal-merkanzija skont il-prestazzjoni tagħhom għall-vetturi li l-piż mgħobbi totali effettiv tagħhom ma jaqbiżx l-40 tunnellata u li jagħmlu traġitt ta’ 300 km, għandha tkun:

CHF 372,00 għall-kategorija tariffarja 1

CHF 322,80 għall-kategorija tariffarja 2

CHF 273,60 għall-kategorija tariffarja 3.

Artikolu 2

Il-kategorija tariffarja 1 għandha tapplika għall-vetturi li ġew ammessi għaċ-ċirkolazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandard tal-klassi EURO VI.

Il-kategorija tariffarja 3 għandha tapplika għall-vetturi tal-klassi tal-emissjonijiet EURO VI.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni Nru 1/2011 titħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2021.

Magħmul f’Bern, is-16 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-President

Peter FÜGLISTALER

Għall-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Elisabeth WERNER


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat dwar it-trasport fuq l-art tal-Komunità/l-Isvizzera tal-10 ta’ Ġunju 2011 dwar l-għoti ta’ ribass fuq it-tariffa tat-traffiku ta’ vetturi kummerċjali tqal, ibbażata fuq il-prestazzjonijiet tat-tipi ta’ emissjonijiet EURO II u III, b’sistema ta’ tnaqqis ta’ materja partikulata approvata (ĠU L 193, 23.7.2011, p. 52).


Top