EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020A1026(01)

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-protokoll għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli bejn l-unjoni ewropea u l-gvern tal-gżejjer cook

OJ L 356, 26.10.2020, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2020/1545/oj

26.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/9


FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-GVERN TAL-GŻEJJER COOK DWAR L-ESTENSJONI TAL-PROTOKOLL GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-GVERN TAL-GŻEJJER COOK

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Sinjuri,

Bi pjaċir nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin għall-estensjoni tal-Protokoll li attwalment huwa fis-seħħ (mill-14 ta’ Ottubru 2016 sat-13 ta’ Ottubru 2020), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll.

F’dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook għalhekk qablu dwar dan li ġej:

(1)

Mill-14 ta’ Ottubru 2020, jew minn kwalunkwe data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan l-iskambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu fis-seħħ matul l-aħħar sena tal-Protokoll ser jiġġeddu bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.

(2)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Gżejjer Cook skont l-estensjoni ser tkun tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll. Dan il-pagament ser isir f’pagament wieħed sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri.

(3)

L-appoġġ settorjali marbut ma’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni jammonta għal EUR 350 000. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli ser japprova l-ipprogrammar marbut ma’ dan l-ammont skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll marbutin mal-implimentazzjoni u mal-pagamenti tal-appoġġ settorjali ser japplikaw mutatis mutandis.

(4)

F’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex dan jiġi ffirmat u sussegwentement jidħol fis-seħħ qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena previst fil-punt 1 hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti 2 u 3 hawn fuq ser jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas ser jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.

(5)

Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd ser jiġu allokati fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Anness, Kapitolu II,Taqsima 5, għall-Protokoll, għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tiegħu.

(6)

Dan l-iskambju ta’ ittri ser japplika b’mod proviżorju mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kwalunkwe data oħra mid-data tal-iffirmar tiegħu, sa meta dan jidħol fis-seħħ. Huwa ser jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u li inti taqbel mal-kontenut tagħha.

Dejjem tagħkom,

Għall-Unjoni Ewropea

B.   Ittra mill-Gvern tal-Gżejjer Cook

Sinjuri,

Bi pjaċir nikkonfermalkom li rċevejt l-ittra tagħkom tal-lum li tgħid dan li ġej:

“Sinjuri,

Bi pjaċir nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin għall-estensjoni tal-Protokoll li attwalment huwa fis-seħħ (mill-14 ta’ Ottubru 2016 sat-13 ta’ Ottubru 2020), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll.

F’dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook għalhekk qablu dwar dan li ġej:

(1)

Mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kwalunkwe data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan l-iskambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu fis-seħħ matul l-aħħar sena tal-Protokoll ser jiġġeddu bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.

(2)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Gżejjer Cook skont l-estensjoni ser tkun tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll. Dan il-pagament ser isir f’pagament wieħed sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri.

(3)

L-appoġġ settorjali marbut ma’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni jammonta għal EUR 350 000. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli ser japprova l-ipprogrammar marbut ma’ dan l-ammont skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn erba’ xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll marbutin mal-implimentazzjoni u mal-pagamenti tal-appoġġ settorjali ser japplikaw mutatis mutandis.

(4)

F’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex dan jiġi ffirmat u sussegwentement biex dan jidħol fis-seħħ qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena previst fil-punt 1 hwn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti 2 u 3 hawn fuq ser jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas ser jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.

(5)

Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd se jiġu allokati fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fl-Anness, Kapitolu II, Taqsima 5, għall-Protokoll, għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tiegħu.

(6)

Dan l-iskambju ta’ ittri ser japplika b’mod proviżorju mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kwalunkwe data oħra mid-data tal-iffirmar tiegħu, sa meta dan jidħol fis-seħħ. Huwa ser jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u li inti taqbel mal-kontenut tagħha.”

Nikkonfermalkom li l-kontenut tal-ittra tagħkom huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħi.

L-ittra tagħkom u din l-ittra jikkostitwixxu ftehim f’konformità mal-proposta tagħkom.

Dejjem tagħkom,

Għall-Gvern tal-Gżejjer Cook.


Top