Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019X0125(01)

Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra

SN/1108/2019/INIT

OJ L 23, 25.1.2019, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra (1)

L-Unjoni Ewropea u l-Ġappun avżaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġappun, min-naħa l-oħra, fil-21 ta' Diċembru 2018. Konsegwentement, il-Ġappun u l-Unjoni jistgħu japplikaw b'mod proviżorju dispożizzjonijiet determinati reċiprokament tal-Ftehim f'konformità mal-(Art. 47(2)) sa mill-1 ta' Frar 2019.

Bis-saħħa tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1197 tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod proviżorju bejn l-Unjoni u l-Ġappun:

(a)

l-Artikoli 11, 12, 14, 16, 18, 20, 25, 28, 40 u 41;

(b)

l-Artikoli 13, 15 (bl-eċċezzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2), 17, 21, 22, 23, 24, 26, 27, 29, 30, 31 u 37, l-Artikolu 38(1) u l-Artikolu 39 sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li għalihom l-Unjoni diġà eżerċitat il-kompetenza tagħha internament;

(c)

l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5(1) sa fejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni fir-rigward tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' politika estera u ta' sigurtà komuni;

(d)

l-Artikoli 42 (bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2), l-Artikoli 43 sa 47, l-Artikolu 48(3) u l-Artikoli 49, 50 u 51 sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma limitati għall-fini li jiżguraw l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.


(1)  ĠU L 216, 24.8.2018, p. 4.


Top