This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22019D1063
Decision of the EEA Joint Committee No 175/2017 of 22 September 2017 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2019/1063]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 175/2017 tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1063]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 175/2017 tat-22 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1063]
ĠU L 174, 27.6.2019, pp. 41–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
27.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 175/2017
tat-22 ta' Settembru 2017
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2019/1063]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/725 tal-24 ta' April 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva mesotrione skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/753 tat-28 ta' April 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċjalofop-butil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/755 tat-28 ta' April 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva meżosulfuron skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/781 tal-5 ta’ Mejju 2017 li jirtira l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metilnonilketon, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/805 tal-11 ta' Mejju 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva flazasulfuron skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/806 tal-11 ta' Mejju 2017 li japprova s-sustanza attiva b’riskju baxx Bacillus amyloliquefaciens tar-razza FZB24, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/831 tas-16 ta' Mejju 2017 li japprova s-sustanza attiva Beauveria bassiana tar-razza 147, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/840 tas-17 ta' Mejju 2017 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva ortosulfamuron, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/841 tas-17 ta' Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi alfa-ċipermetrin, Ampelomyces quisqualis tar-razza: aq 10, benalaksil, bentażon, bifenażat, bromossinil, etil tal-karfentrażon, klorprofam, ċjażofammid, desmedifam, dikwat, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), etossażol, famoksadon, fenamidon, flumjoksażina, foramsulfuron, Gliocladium catenulatum ir-razza: j1446, imażamoks, imażosulfuron, isossaflutol, laminarin, metalaksil-m, metossifenożid, milbemektin, oksasulfuron, pendimetalin, fenmedifam, pimetrożina, s-metolaklor, u triflossistrobin (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/842 tas-17 ta' Mejju 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ta' riskju baxx ir-razza ta' mikrobu Coniothyrium minitans CON/M/91-08 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/843 tas-L-Erbgħa, 17 ta' Mejju 2017 li japprova s-sustanza attiva Beauveria bassiana tar-razza NPP111B005, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(12) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):
|
|
2. |
Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 13zzzzzzzh (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/428):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/725, (UE) 2017/753, (UE) 2017/755, (UE) 2017/781, (UE) 2017/805, (UE) 2017/806, (UE) 2017/831, (UE) 2017/840, (UE) 2017/841, (UE) 2017/842 u (UE) 2017/843 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta' Settembru 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Sabine MONAUNI
(1) ĠU L 107, 25.4.2017, p. 24.
(2) ĠU L 113, 29.4.2017, p. 24.
(3) ĠU L 113, 29.4.2017, p. 35.
(5) ĠU L 121, 12.5.2017, p. 26.
(6) ĠU L 121, 12.5.2017, p. 31.
(7) ĠU L 124, 17.5.2017, p. 27.
(8) ĠU L 125, 18.5.2017, p. 10.
(9) ĠU L 125, 18.5.2017, p. 12.
(10) ĠU L 125, 18.5.2017, p. 16.
(11) ĠU L 125, 18.5.2017, p. 21.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.