Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0182

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2017 tal-5 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/182]

OJ L 36, 7.2.2019, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/182/oj

7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2017

tal-5 ta' Mejju 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/182]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1840 tal-14 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE fir-rigward tal-metodi għad-dijanjożi tal-marda Afrikana taż-żwiemel (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/9 tal-4 ta' Jannar 2017 li tawtorizza ċerti laboratorju fil-Marokk u fit-Tajwan jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Li ġej għandi jinżdied fil-punt 3 (Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE) fil-Parti 4.1:

“, kif emendat bi:

32016 D 1840: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1840 tal-14 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 280, 18.10.2016, p. 33).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE) fil-Parti 8.1:

“—

32016 D 1840: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1840 tal-14 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 280, 18.10.2016, p. 33).”

3.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 102 (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1235) fil-Parti 4.2:

“103.

32017 D 0009: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/9 tal-4 ta' Jannar 2017 li tawtorizza ċerti laboratorju fil-Marokk u fit-Tajwan iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorvelja l-effikaċja tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra r-rabja (ĠU L 3, 6.1.2017, p. 32)

Dan l-att ma japplikax għall-Iżlanda.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1840 u (UE) 2017/9 bil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Mejju 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 280, 18.10.2016, p. 33.

(2)  ĠU L 3, 6.1.2017, p. 32.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top