This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D1820
Decision of the EEA Joint Committee No 56/2017 of 17 March 2017 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2018/1820]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1820]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1820]
ĠU L 305, 29.11.2018, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 305/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 56/2017
tas-17 ta’ Marzu 2017
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1820]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1978 tal-11 ta’ Novembru 2016 li japprova s-sustanza bażika żejta tal-ġirasol f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13a (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):
|
2. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13zzzzzzq (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1429):
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1978 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 305, 12.11.2016, p. 23.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.