Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1813

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1813]

ĠU L 305, 29.11.2018, p. 5–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1813/oj

29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 49/2017

tas-17 ta’ Marzu 2017

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1813]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1254/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2009 tad-19 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom ċerti prodotti agrikoli miksubin minn produzzjoni organika jeħtiġilhom joriġinaw biex ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u tal-alka tal-baħar (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-logo tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jeħtieġ li joriġinaw ċerti prodotti agrikoli miksubin mill-produzzjoni organika biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 344/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2011 tat-2 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 590/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1084/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1267/2011 tas-6 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward ta’ evidenza dokumentata u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ prodotti organiċi mill-Istati Uniti tal-Amerika (15) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ regoli dettaljati dwar l-inbid organiku (16) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(17)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2012 tal-14 ta’ Ġunju 2012 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (17) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(18)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 508/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (18) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(19)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 751/2012 tas-16 ta’ Awissu 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (19) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(20)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 125/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (20) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(21)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 392/2013 tad-29 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 fir-rigward ta’ listi ta’ stabbilimenti tal-ikel approvati (21) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(22)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 567/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (22) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(23)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward id-data tas-sottomissjoni tar-rapport annwali (23) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(24)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (24) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(25)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1364/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ użu ta’ ħut li għadu qiegħed jikber tal-akkwakultura mhux organiku u żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi li mhumiex organiċi fl-akkwakultura organika (25) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(26)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2014 tat-8 ta’ April 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (26) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(27)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 355/2014 tat-8 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (27) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(28)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 442/2014 tat-30 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 f’dak li jirrigwarda l-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi terzi rikonoxxuti għall-iskop ta’ ekwivalenza fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi (28) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(29)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 644/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (29) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(30)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 829/2014 tat-30 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (30) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(31)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (31) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(32)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 tat-28 ta’ Novembru 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (32), kif emendat mill-ĠU L 28, 4.2.2015, p. 48, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(33)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika (33) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(34)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (34) kif ikkoreġut mill-ĠU L 241, 17.9.2015, p. 51, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(35)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 tas-17 ta’ Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (35) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(36)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1980 tal-4 ta’ Novembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (36) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(37)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (37) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(38)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/459 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (38) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(39)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/673 tad-29 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (39) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(40)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/910 tad-9 ta’ Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (40) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(41)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1330 tat-2 ta’ Awissu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (41) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(42)

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 iħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 207/93 (42), (KE) Nru 223/2003 (43) u (KE) Nru 1452/2003 (44), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(43)

Ir-Regolament (UE) Nru 1235/2008 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008 (45), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(44)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001 (46), li hu integrat fil-Ftehim ŻEE, ġie rrevokat fl-UE u għaldaqstant għandu jiġi rrevokat ukoll skont il-Ftehim ŻEE.

(45)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(46)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007, (KE) Nru 889/2008, (KE) Nru 967/2008, (KE) Nru 1235/2008, (KE) Nru 1254/2008, (KE) Nru 537/2009, (KE) Nru 710/2009, (UE) Nru 271/2010, u (UE) Nru 471/2010, u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 344/2011, (UE) Nru 426/2011, (UE) Nru 590/2011, (UE) Nru 1084/2011, (UE) Nru 1267/2011, (UE) Nru 126/2012, (UE) Nru 203/2012, (UE) Nru 505/2012, (UE) Nru 508/2012, (UE) Nru 751/2012, (UE) Nru 125/2013, (UE) Nru 392/2013, (UE) Nru 567/2013, (UE) Nru 586/2013, (UE) Nru 1030/2013, (UE) Nru 1364/2013, (UE) Nru 354/2014, (UE) Nru 355/2014, (UE) Nru 442/2014, (UE) Nru 644/2014, (UE) Nru 829/2014, (UE) Nru 836/2014, (UE) Nru 1287/2014, (UE) Nru 1358/2014, (UE) 2015/131, (UE) 2015/931, (UE) 2015/1980, (UE) 2015/2345, (UE) 2016/459, (UE) 2016/673, (UE) 2016/910 u (UE) 2016/1330 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 264, 3.10.2008, p. 1.

(4)   ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25.

(5)   ĠU L 337, 16.12.2008, p. 80.

(6)   ĠU L 159, 20.6.2009, p. 6.

(7)   ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15.

(8)   ĠU L 84, 31.3.2010, p. 19.

(9)   ĠU L 134, 1.6.2010, p. 1.

(10)   ĠU L 96, 9.4.2011, p. 15.

(11)   ĠU L 113, 3.5.2011, p. 1.

(12)   ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9.

(13)   ĠU L 281, 28.10.2011, p. 3.

(14)   ĠU L 324, 7.12.2011, p. 9.

(15)   ĠU L 41, 15.2.2012, p. 5.

(16)   ĠU L 71, 9.3.2012, p. 42.

(17)   ĠU L 154, 15.6.2012, p. 12.

(18)   ĠU L 162, 21.6.2012, p. 1.

(19)   ĠU L 222, 18.8.2012, p. 5.

(20)   ĠU L 43, 14.2.2013, p. 1.

(21)   ĠU L 118, 30.4.2013, p. 5.

(22)   ĠU L 167, 19.6.2013, p. 30.

(23)   ĠU L 169, 21.6.2013, p. 51.

(24)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 15.

(25)   ĠU L 343, 19.12.2013, p. 29.

(26)   ĠU L 106, 9.4.2014, p. 7.

(27)   ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15.

(28)   ĠU L 130, 1.5.2014, p. 39.

(29)   ĠU L 177, 17.6.2014, p. 42.

(30)   ĠU L 228, 31.7.2014, p. 9.

(31)   ĠU L 230, 1.8.2014, p. 10.

(32)   ĠU L 348, 4.12.2014, p. 1.

(33)   ĠU L 365, 19.12.2014, p. 97.

(34)   ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1.

(35)   ĠU L 151, 18.6.2015, p. 1.

(36)   ĠU L 289, 5.11.2015, p. 6.

(37)   ĠU L 330, 16.12.2015, p. 29.

(38)   ĠU L 80, 31.3.2016, p. 14.

(39)   ĠU L 116, 30.4.2016, p. 8.

(40)   ĠU L 153, 10.6.2016, p. 23.

(41)   ĠU L 210, 4.8.2016, p. 43.

(42)   ĠU L 25, 2.2.1993, p. 5.

(43)   ĠU L 31, 6.2.2003, p. 3.

(44)   ĠU L 206, 15.8.2003, p. 17.

(45)   ĠU L 108, 18.4.2008, p. 8.

(46)   ĠU L 243, 13.9.2001, p. 3.

(*1)  [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.]


ANNESS

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 54b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2092/91) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

32007 R 0834: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1), huwa emendat bi:

32008 R 0967: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 (ĠU L 264, 3.10.2005, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Anness, dan li ġej jiġi miżjud:

‘IS: lífrænt.

NO: økologisk.’ ”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 54b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834/2007):

“54ba.

32008 R 0889: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1), kif emendat bi:

32008 R 1254: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1254/2008 tal-15 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 80),

32009 R 0710: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2001, p. 15),

32010 R 0271: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010 tal-24 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 19),

32011 R 0344: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 344/2011 tat-8 ta’ April 2011 (ĠU L 96, 9.4.2011, p. 15),

32011 R 0426: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2011 tat-2 ta’ Mejju 2011 (ĠU L 113, 3.5.2011, p. 1),

32012 R 0126: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 (ĠU L 41, 15.2.2012, p. 5),

32012 R 0203: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2012 tat-8 ta’ Marzu 2012 (ĠU L 71, 9.3.2012, p. 42),

32012 R 0505: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2012 tal-14 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 154, 15.6.2012, p. 12),

32013 R 0392: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2013 tad-29 ta’ April 2013 (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 5),

32013 R 1030: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 15),

32013 R 1364: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1364/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 29),

32014 R 0354: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2014 tat-8 ta’ April 2014 (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 7),

32014 R 0836: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 (ĠU L 230, 1.8.2014, p. 10),

32014 R 1358: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 97),

32016 R 0673: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/673 tad-29 ta’ April 2016 (ĠU L 116, 30.4.2016, p. 8).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

(a)

Fl-Artikolu 95(9), il-kliem, ‘qabel l-1 ta’ Lulju 2010’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2017 tas-17 ta’ Marzu 2017’.

(b)

Fl-Anness XIIb, għandu jiżdied dan li ġej:

‘—

Bl-Iżlandiż: Dýraafurðir sem eru framleiddar án notkunar á sýklalyfjum.

Bin-Norveġiż: Animalske produkter som er produsert uten bruk av antibiotika.’

54bb.

32008 R 1235: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25), kif emendat bi:

32009 R 0537: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2009 tad-19 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 159, 20.6.2001, p. 6),

32010 R 0471: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2010 tal-31 ta’ Mejju 2010 (ĠU L 134, 1.6.2010, p. 1),

32011 R 0590: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2011 tal-20 ta’ Ġunju 2011 (ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9),

32011 R 1084: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1084/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 3).

32011 R 1267: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1267/2011 tas-6 ta’ Diċembru 2011 (ĠU L 324, 7.12.2011, p. 9),

32012 R 0126: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta’ Frar 2012 (ĠU L 41, 15.2.2012, p. 5),

32012 R 0508: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 508/2012 tal-20 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 162, 21.6.2012, p. 1),

32012 R 0751: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 751/2012 tas-16 ta’ Awwissu 2012 (ĠU L 222, 18.8.2012, p. 5),

32013 R 0125: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2013 tat-13 ta’ Frar 2013 (ĠU L 43, 14.2.2013, p. 1).

32013 R 0567: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 567/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 167, 19.6.2013, p. 30),

32013 R 0586: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 tal-20 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 169, 21.6.2013, p. 51),

32014 R 0355: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta’ April 2014 (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15),

32014 R 0442: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 442/2014 tat-30 ta’ April 2014 (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 39),

32014 R 0644: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2014 tas-16 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 177, 17.6.2014, p. 42),

32014 R 0829: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2014 tat-30 ta’ Lulju 2014 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 9),

32014 R 1287: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 tat-28 ta’ Novembru 2014 (ĠU L 348, 4.12.2014, p. 1),

32015 R 0131: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tat-23 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1),

32015 R 0931: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 tas-17 ta’ Ġunju 2015 (ĠU L 151, 18.6.2015, p. 1),

32015 R 1980: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1980 tal-4 ta’ Novembru 2015 (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 6),

32015 R 2345: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 29),

32016 R 0459: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/459 tat-18 ta’ Marzu 2016 (ĠU L 80, 31.3.2016, p. 14),

32016 R 0910: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/910 tad-9 ta’ Ġunju 2016 (ĠU L 153, 10.6.2016, p. 23),

32016 R 1330: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1330 tat-2 ta’ Awissu 2016 (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 43).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Fl-Artikolu 16(2) għandu jiżdied dan li ġej:

‘Il-Kummissjoni tista’ titlob Stat tal-EFTA li jaġixxi bħala korapporteur. L-Istat tal-EFTA kkonċernat jista’ jaċċetta dan il-kompitu fid-diskrezzjoni tiegħu stess.’ ”

3.

It-testi tal-punti 54e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 207/93), 1788/2001), 54zzf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001), 54zzg (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 223/2003), 54zzq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1452/2003) u 54zzzx (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 345/2008) huma mħassra:


Top