EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1773

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2017 tat-3 ta’ Frar 2017 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1773]

OJ L 297, 22.11.2018, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1773/oj

22.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 39/2017

tat-3 ta’ Frar 2017

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2018/1773]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/82/UE tal-24 ta’ Ġunju 2014 li temenda d-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għarfien professjonali ġenerali u r-rekwiżiti mediċi u dawk għal-liċenzji (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti huwa miżjud fil-punt 42 g (id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE.

“—

32014 L 0082: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/82/UE tal-24 ta’ Ġunju 2014 (ĠU L 184, 25.6.2014, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/82/UE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 184, 25.6.2014, p. 11.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top