EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1180

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 242/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1180]

OJ L 215, 23.8.2018, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1180/oj

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 242/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1180]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/687 tat-28 ta' April 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili u għal użu nazzjonali flessibbli fl-Unjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XI tal-Ftehim ŻEE għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5czl (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE:

“5czm.

32016 D 0687: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/687 tat-28 ta' April 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta' frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili u għal użu nazzjonali flessibbli fl-Unjoni (ĠU L 118, 4.5.2016, p. 4).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/687 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 118, 4.5.2016, p. 4.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top