EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1174

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 236/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1174]

OJ L 215, 23.8.2018, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1174/oj

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 236/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1174]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/548 tat-8 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika fosfat tad-diammonju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/549 tat-8 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi bentażon, ċjalofop butil, dikwat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), metalaksil-M, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, tijabendażol u tifensulfuron-metil (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/560 tal-11 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika xorrox skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32016 R 0548: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/548 tat-8 ta' April 2016 (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 1),

32016 R 0549: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/549 tat-8 ta' April 2016 (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 4),

32016 R 0560: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/560 tal-11 ta' April 2016 (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 23).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzzzzd (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/638):

“13zzzzzze.

32016 R 0548: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/548 tat-8 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika fosfat tad-diammonju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 1).

13zzzzzzf.

32016 R 0560: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/560 tal-11 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika xorrox skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/548, (UE) 2016/549 u (UE) 2016/560 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 95, 9.4.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 95, 9.4.2016, p. 4.

(3)  ĠU L 96, 12.4.2016, p. 23.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top