EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1166

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 228/2016 tat-2 ta' Diċembru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1166]

OJ L 215, 23.8.2018, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1166/oj

23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 228/2016

tat-2 ta' Diċembru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1166]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1933 tas-27 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1940 tat-28 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' skleroti tal-ergotina f'ċerti ċereali mhux ipproċessati u d-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzz (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1933: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1933 tas-27 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 282, 28.10.2015, p. 11),

32015 R 1940: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1940 tat-28 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 283, 29.10.2015, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/1933 u (UE) 2015/1940 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 282, 28.10.2015, p. 11.

(2)  ĠU L 283, 29.10.2015, p. 3.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top