This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D1029
Decision No 1/2018 of the EU-Turkey Association Council of 27 March 2018 amending Protocol 2 to Decision No 1/98 on the trade regime for agricultural products [2018/1029]
Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija tas-27 ta' Marzu 2018 li temenda l-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli [2018/1029]
Deċiżjoni Nru 1/2018 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija tas-27 ta' Marzu 2018 li temenda l-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli [2018/1029]
ST/4808/2017/INIT
ĠU L 184, 20.7.2018, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/10 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2018 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-TURKIJA
tas-27 ta' Marzu 2018
li temenda l-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli [2018/1029]
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-TURKIJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (1),
Wara li kkunsidra l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,
Billi,
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (3) tistabbilixxi s-sistema preferenzjali applikabbli għall-kummerċ fi prodotti agrikoli bejn l-Unjoni u t-Turkija. Il-Protokoll 2 għal dik id-Deċiżjoni jinkludi dettalji dwar is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni fit-Turkija ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Unjoni, inkluża sistema preferenzjali għall-importazzjoni ta' laħam iffriżat tal-bovini. |
(2) |
L-Unjoni u t-Turkija kellhom konsultazzjonijiet u qablu li jemendaw is-sistema preferenzjali applikabbli għall-importazzjoni fit-Turkija ta' laħam tal-bovini li joriġina mill-Unjoni, u li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-kwota tariffarja eżistenti, stabbilita fl-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98, għal-laħam frisk u mkessaħ tal-bovini. |
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2018.
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 361, 31.12.1977, p. 29.
(2) ĠU L 361, 31.12.1977, p. 60.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tal-25 ta' Frar 1998 dwar is-sistema ta' kummerċ għal prodotti agrikoli (98/223/KE) (ĠU L 86, 20.3.1998, p. 1).
ANNESS
L-entrati għall-kodiċi NM 0202 20 fl-Anness għall-Protokoll 2 għad-Deċiżjoni Nru 1/98 jinbidlu b'dan li ġej:
“Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Tnaqqis tad-dazju MFN (%) |
Kwota tariffarja (piż nett f'tunnellati) |
0201 20 0202 20 |
Qatgħat oħra ta' laħam tal-bovini, bl-għadma, friski jew imkessħa, jew iffriżati |
Tnaqqis ta' 50 % b'dazju massimu ta' 30 % |
5 000 |
0201 20 0202 20 |
Qatgħat oħra ta' laħam tal-bovini, bl-għadma, friski jew imkessħa, jew iffriżati |
Tnaqqis ta' 30 % b'dazju massimu ta' 43 % |
14 100 ”. |