Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0529

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 208/2016 tat-28 ta' Ottubru 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/529]

OJ L 89, 5.4.2018, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/529/oj

5.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 208/2016

tat-28 ta' Ottubru 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/529]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta' Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment u fir-rigward ta' rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/479 tal-1 ta' April 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mal-użu tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) bħala sustanza li żżid il-ħlewwa f'ċertu xarbiet b'enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/127 iħassar, b'effett mit-22 ta' Frar 2020, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (3), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar taħt il-Ftehim ŻEE b'effett mit-22 ta' Frar 2020.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 77a (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128):

“77b.

32016 R 0127: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta' Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta' prosegwiment u fir-rigward ta' rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Anness VI, Parti A, għandu jiżdied dan li ġej:

bl-Iżlandiż: ‘Ungbarnablanda’ u ‘Stoðblanda’

bin-Norveġiż: ‘Morsmelkerstatning’ u ‘Tilskuddsblanding’

(b)

Fl-Anness VI, Parti B, għandu jiżdied dan li ġej:

bl-Iżlandiż: ‘Ungbarnamjólk’ u ‘Mjólkurstoðblanda’

bin-Norveġiż: ‘Morsmelkerstatning basert på melk’ u ‘Tilskuddsblanding basert på melk’.”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32016 R 0479: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/479 tal-1 ta' April 2016 (ĠU L 87, 2.4.2016, p. 1).”

3.

It-test tal-punt 54zzzv (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/141/KE) għandu jitħassar b'effett mit-22 ta' Frar 2020.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegat (UE) 2016/127 u r-Regolament (UE) 2016/479 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Ottubru 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 87, 2.4.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top