This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1291
Decision of the EEA Joint Committee No 8/2016 of 5 February 2016 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2017/1291]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1291]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2016 tal-5 ta' Frar 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1291]
ĠU L 189, 20.7.2017, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 8/2016
tal-5 ta' Frar 2016
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1291]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta' tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1489 tat-3 ta' Settembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1490 tat-3 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' karvakrol, ċinnamaldeid u oleoreżina tal-kapsiku bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Pancosma France S.A.S.) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(5) |
Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 149 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1426) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“150. |
32015 R 1486: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta' tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (ĠU L 229, 3.9.2015, p. 5). |
151. |
32015 R 1489: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1489 tat-3 ta' Settembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum NCIMB 30238 u ta' Pediococcus pentosaceus NCIMB 30237 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 231, 4.9.2015, p. 1). |
152. |
32015 R 1490: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1490 tat-3 ta' Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' karvakrol, ċinnamaldeid u oleoreżina tal-kapsiku bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Pancosma France S.A.S.). (ĠU L 231, 4.9.2015, p. 4).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1486, (UE) 2015/1489 u (UE) 2015/1490 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.