EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D1030

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 241/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1030]

OJ L 161, 22.6.2017, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1030/oj

22.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 241/2015

tat-30 ta' Ottubru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1030]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/786 tad-19 ta' Mejju 2015 li jiddefinixxi l-kriterji ta' aċċettabilità għall-proċessi ta' detossifikazzjoni applikati għal prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf m'għandiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 144 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/897) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“145.

32015 R 0786: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/786 tad-19 ta' Mejju 2015 li jiddefinixxi l-kriterji ta' aċċettabilità għall-proċessi ta' detossifikazzjoni applikati għal prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 10)”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) 2015/786 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda SLETNES


(1)  ĠU L 125, 21.5.2015, p. 10.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top