EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017A0112(01)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

OJ L 7, 12.1.2017, p. 4–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/47/oj

12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/4


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”

u

IL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Liechtenstein”,

Minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet”

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (1) (“il-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein”),

billi:

(1)

L-Unjoni stabbilixxiet l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna permezz tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein.

(3)

Billi r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu impatt dirett fuq l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, u b'hekk jaffettwa l-qafas legali ta' dan tal-aħħar, u billi l-proċeduri stipulati fil-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein ġew applikati għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, li ġiet innotifikata lil-Liechtenstein, il-Partijiet jirrikonoxxu li r-Regolament (UE) Nru 514/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein sa fejn ikun neċessarju għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

(4)

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jipprevedi li l-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, fosthom il-Liechtenstein, jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu, u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw kontribuzzjonjiet finanzjarji speċifiċi minn dawk il-pajjiżi u r-regoli supplementari neċessarji għal tali parteċipazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tas-setgħa ta' awditu tal-Qorti tal-Awdituri.

(5)

L-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti tal-Fond għas-Sigurtà Interna tiegħu (“l-ISF-Fruntieri u Viża”) jikkostitwixxi strument speċifiku fil-kuntest tal-acquis ta' Schengen imfassal biex jipprevedi l-qsim tal-piżijiet u l-appoġġ finanzjarju fil-qasam tal-fruntieri esterni u tal-politika dwar il-viża fl-Istati Membri u fl-Istati assoċjati.

(6)

L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprevedi regoli dwar il-ġestjoni indiretta li huma applikabbli meta pajjiżi terzi, inklużi Stati assoċjati, huma fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit.

(7)

L-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jipprevedi għall-eliġibbiltà tan-nefqa li saret fl-2014 minn Awtorità Responsabbli li għadha ma ġietx nominata formalment, biex b'hekk isseħħ tranżizzjoni mingħajr xkiel bejn il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. Bl-istess mod, huwa importanti li l-istess objettiv jiġi rifless f'dan il-Ftehim. Peress li dan il-Ftehim ma daħalx fis-seħħ qabel tmiem l-2014, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-eliġibbiltà tan-nefqa li tkun saret qabel u sakemm tiġi nnominata formalment l-Awtorità Responsabbli, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll applikati qabel ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.

(8)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kalkolu u l-użu tal-kontribuzzjonijiet annwali dovuti mil-Liechtenstein lil-ISF-Fruntieri u Viża, il-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-perjodu 2014–2020 se jitħallsu f'ħames rati annwali mill-2016 sal-2020. Mill-2016 sal-2018, il-kontribuzzjonijiet annwali huma stabbiliti f'ammonti fissi filwaqt li l-kontribuzzjonijiet dovuti għas-snin 2019 u 2020 se jiġu determinati fl-2019 abbażi tal-prodott gross domestiku tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF-Fruntieri u Viża filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-pagamenti li effettivament ikunu saru,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabblixxi r-regoli supplementari neċessarji għall-parteċipazzjoni tal-Liechtenstein fl-ISF-Fruntieri u Viża skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Artikolu 2

Ġestjoni finanzjarja u kontroll

1.   Il-Liechtenstein għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll li huma stipulati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u fid-dritt tal-Unjoni li l-bażi legali tiegħu ġej mit-TFUE.

Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE u tal-leġislazzjoni sekondarja msemmija fl-ewwel subparagrafu huma dawn li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 287(1), (2) u (3) TFEU;

(b)

l-Artikoli 30, 32 u 57, il-punt (i) tal-Artikolu 58(1)(c), l-Artikolu 60 l-Artikoli 79(2) u 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(c)

L-Artikoli 32, 38, 42, 84, 88, 142 u 144 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (5);

(d)

Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (6);

(e)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jemendaw din il-lista bi qbil komuni.

2.   Il-Liechtenstein għandu japplika d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tiegħu f'konformità ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Rispett għall-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba

Il-Fondi allokati għal-Liechtenstein taħt l-ISF-Fruntieri u Viża għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 4

Rispett għall-prinċipju dwar il-kunflitt ta' interess

L-atturi finanzjarji kollha u kull persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-baġit, inklużi l-atti preparatorji relativi, l-awditjar jew il-kontroll li jaġixxu fit-territorju tal-Liechtenstein għandhom jiġu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' ġġib l-interessi tagħhom f'kunflitt ma' dawk tal-Unjoni.

Artikolu 5

Eżekuzzjoni

Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni apparti mill-istati, għandhom ikunu eżegwibbli fit-territorju tal-Liechtenstein.

L-eżekuzzjoni għandha tkun regolata bir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fil-Liechtenstein. L-ordni għall-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni għandha tiġi mehmuża ma' dik id-deċiżjoni, mingħajr ebda formalità oħra għajr il-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-gvern tal-Liechtenstein għandu jinnomina għal dak il-għan u li għandha tiġi komunikata lill-Kummissjoni.

Meta jitlestew dawk il-formalitajiet fuq applikazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tkun tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti.

L-eżekuzzjoni tista' tiġi sospiża biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-qrati tal-Liechtenstein għandu jkollhom ġuriżdizzjoni rigward ilmenti li l-eżekuzzjoni qed isir b'mod irregolari.

Artikolu 6

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi

1.   Il-Liechtenstein għandu:

(a)

jiġġieled il-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri li għandhom jaġixxu ta' deterrent u li jkunu tali li jippermettu protezzjoni effettiva fil-Liechtenstein;

(b)

jieħu l-istess miżuri biex jiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħal ma jieħu biex jiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tiegħu stess; u

(c)

jikkoordina l-azzjoni tiegħu li għandha l-għan li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

2.   Il-Liechtenstein għandu jadotta miżuri ekwivalenti għal dawk adottati mill-Unjoni skont l-Artikolu 325(4) tat-TFUE li jkunu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim.

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu bi qbil komuni li jadottaw miżuri ekwivalenti għal kwalunkwe miżura sussegwenti adottata mill-Unjoni skont dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Verifiki u spezzjonijiet fuq il-post mill-Kummissjoni (OLAF)

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, il-Kummissjoni (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, OLAF) għandha tkun awtorizzata li twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tal-Liechtenstein fir-rigward tal-ISF-Fruntieri u Viża f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96.

L-awtoritajiet tal-Liechtenstein għandhom jiffaċilitaw il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post li jistgħu, jekk dawk l-awtoritajiet jixtiequ dan, jitwettqu b'mod konġunt magħhom.

Artikolu 8

Qorti tal-Awdituri

F'konformità mal-Artikolu 287(3) tat-TFUE u mal-Ewwel Parti, it-Titolu X, il-Kapitolu 1 tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq awditi fil-bini ta' kwalunkwe korp li jamministra dħul jew nefqa f'isem il-Unjoni fit-territorju tal-Liechtenstein fir-rigward tal-ISF-Fruntieri u Viża inkluż fil-bini ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun irċeviet pagamenti mill-baġit.

Fil-Liechtenstein, l-awditi mill-Qorti tal-Awdituri għandhom jitwettqu f'kollaborazzjoni mal-entitajiet nazzjonali tal-awditu jew, jekk huma ma jkollhomx is-setgħat neċessarji, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi nazzjonali tal-awditu tal-Liechtenstein għandhom jikkoperaw fi spirtu ta' fiduċja filwaqt li jippreservaw l-indipendenza tagħhom. Dawk il-korpi jew id-dipartimenti għandhom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri jekk ikollhomx l-intenzjoni li jieħdu sehem fl-awditu.

Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha mill-anqas l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5(7) tar-Regulation (UE) Nru 514/2014 u l-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Akkwist pubbliku

Il-Liechtenstein għandu japplika d-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu dwar l-akkwist pubbliku f'konformità mal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (8).

Artikolu 10

Kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.   Għas-snin mill-2016 sal-2018, il-Liechtenstein għandu jagħmel pagamenti annwali għall-baġit tal-ISF-Fruntieri u Viża skont it-tabella li ġejja:

(L-ammonti kollha f'EUR)

 

2016

2017

2018

il-Liechtenstein

218 815

218 815

218 815

2.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Liechtenstein għas-snin 2019 u 2020 għandhom jiġu kkalkulati skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) rispettiv tiegħu bħala perċentwal tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF-Fruntieri u Viża f'konformità mal-formula deskritta fl-Anness.

3.   Il-Liechtenstein għandu jagħmel il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin f'dan l-Artikolu irrispettivament mid-data ta' adozzjoni tal-programm nazzjonali tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 11

L-użu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.   It-total tal-pagamenti annwali għall-2016 u l-2017 għandu jiġi assenjat kif ġej:

(a)

75 % għar-rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(b)

15 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni sat-30 ta' Ġunju 2017;

(c)

10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, bis-saħħa tal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Jekk dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ jew ma jiġix applikat fuq bażi provviżorja sal-1 ta' Ġunju 2017, il-kontribuzzjoni sħiħa tal-Liechtenstein għandha tintuża skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   It-total tal-pagamenti annwali għall-2018, tal-2019 u tal-2020 għandu jiġi assenjat kif ġej:

(a)

40 % għal azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(b)

50 % għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni sal-31 ta' Diċembru 2018;

(c)

10 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u għall-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Meta l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, bis-saħa atl-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid għall-azzjonijiet speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

3.   L-ammonti addizzjonali assenjati għar-rieżami ta' nofs it-terminu, għall-azzjonijiet tal-Unjoni, għall-azzjonijiet speċifiċi jew għall-programm dwar l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT għandhom jintużaw f'konformità mal-proċedura rilevanti stipulata f'waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 514/2014;

(b)

l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 515/2014;

(c)

l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 515/2014;

(d)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

4.   Kull sena, il-Kummissjoni tista' tuża sa EUR 1 581 mill-pagamenti li jsiru mill-Liechtenstein għall-finanzjament tan-nefqa amministrattiva relatata mal-persunal jew mal-persunal estern neċessarju għall-appoġġ tal-implimentazzjoni mill-Liechtenstein tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 12

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f'kullforma bis-saħħa ta' dan il-Ftethim għandha tkun koperta mis-sigriet professjonali u protetta bl-istess mod bħalma tkun protetta informazzjoni simili mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mil-liġijiet tal-Liechtenstein. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief lil dawk fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew fil-Liechtenstein li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra ħlief dawk li jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.

Artikolu 13

Nomina ta' Awtorità Responsabbli

1.   Il-Liechtenstein għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bin-nomina formali fil-livell ministerjali tal-Awtorità Responsabbli responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa taħt l-ISF-Fruntieri u Viża, malajr kemm jista' jkun wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali.

2.   In-nomina msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-korp li jikkonforma mal-kriterji ta' nomina dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta' kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ stabbiliti fir-Regolament (EU) Nru 514/2014 jew abbażi tiegħu.

3.   In-nomina ta' Awtorità Responsabbli għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta' korp tal-awditu, li jista' jkun l-Awtorità tal-Awditu, li tivvaluta l-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji tan-nomina. Dak il-korp jista' jkun l-istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli mill-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-amministrazzjoni. Il-korp tal-awditu għandu jiffunzjona indipendentement mill-Awtorità Responsabbli u għandu jwettaq il-ħidma tiegħu f'konformità mal-istandards tal-awditu aċċettati internazzjonalment. Il-Liechtenstein jista' jibbaża d-deċiżjoni tiegħu dwar in-nomina fuq jekk is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b'mod effikaċi. Jekk ir-riżultati tal-awditu u tal-kontroll eżistenti juru li l-korp nominat ma jikkonformax mal-kriterji tan-nomina, il-Liechtenstein għandu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta' dak il-korp, inkluż billi tintemm in-nomina.

Artikolu 14

Definizzjoni tas-sena finanzjarja

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandha tkopri n-nefqa mħallsa u d-dħul riċevut u kontabbilizzati fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perjodu li jibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena “N – 1” u li jintemm fil-15 ta' Ottubru tas-sena “N”.

Artikolu 15

Eliġibbiltà tan-nefqa

B'deroga mill-Artikolu 17(3)(b) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, in-nefqa għandha tkun eliġibbli meta din tkun tħallset mill-Awtorità Responsabbli qabel in-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli f'konformità mal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim, dment li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll applikati qabel in-nomina formali jkunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara n-nomina formali tal-Awtorità Responsabbli.

Artikolu 16

Talba għall-pagament tal-bilanċ annwali

1.   Sal-15 ta' Frar tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja, il-Liechtenstein għandu jippreżenta lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni mitluba fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

B'deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Liechtenstein għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sal-15 ta' Marzu tas-sena li ssegwi s-sena finanzjarja.

Id-dokumenti ppreżentati msemmijin f'dan il-paragrafu għandhom iservu ta' talba għall-ħlas tal-bilanċ annwali.

2.   Id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 17

Rapport ta' implimentazzjoni

B'deroga mill-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Liechtenstein għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali fis-sena finanzjarja ta' qabel sal-15 ta' Frar ta' kull sena sal-2022, inkluża dik is-sena, u jista', fil-livell xieraq, jippubblika din l-informazzjoni.

L-ewwel rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għandu jiġi ppreżentat fil-15 ta' Frar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jew il-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin finanzjarji mill-2014 'il quddiem, sas-sena finanzjarja ta' qabel ma għandu jiddaħħal l-ewwel rapport annwali f'konformità mat-tieni paragrafu. Il-Liechtenstein għandu jippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta' Diċembru 2023.

Artikolu 18

Sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta

F'konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, kull skambju tal-informazzjoni uffiċjali bejn il-Liechtenstein u l-Kummissjoni għandu jitwettaq permezz ta' sistema ta' skambju elettroniku tad-dejta stabbilita mill-Kummissjoni għal dak l-għan.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

1.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jaġixxi bħala d-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-Partijiet għandhom japprovaw dan il-Ftehim skont il-proċeduri tagħhom stess. Huma għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawn il-proċeduri.

3.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-Partijiet għandhom japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-jum wara dak tal-firma tiegħu, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti kostituzzjonali.

Artikolu 20

Validità u terminazzjoni

1.   Kemm l-Unjoni kif ukoll il-Liechtenstein jistgħu jtemmu dan il-Ftehim billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Ftehim għandu jieqaf milli japplika tliet xhur wara d-data ta' tali notifika. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-mument tat-terminazzjoni għandhom jissoktaw skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jirriżolvu bi qbil komuni kull konsegwenza oħra tat-terminazzjoni.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat meta l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein jiġi tterminat skont l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 11(1) jew l-Artikolu 11(3) tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein.

Artikolu 21

Lingwi

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'oriġinal uniku bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediż, b'kull test ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на пети декември през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el cinco de diciembre de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne pátého prosince dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den femte december to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am fünften Dezember zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta detsembrikuu viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις πέντε Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the fifth day of December in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le cinq décembre deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu petog prosinca godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì cinque dicembre duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada piektajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gruodžio penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év december havának ötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħames jum ta' Diċembru fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, vijf december tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia piątego grudnia roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em cinco de dezembro de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la cinci decembrie două mii șaisprezece.

V Bruseli piateho decembra dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne petega decembra leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä viidentenä päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den femte december år tjugohundrasexton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Княжество Лихтенщайн

Por el Principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Za Kneževinu Lihtenštajn

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā –

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat tal-Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Lichtensteinu

Pelo Principado do Listenstaine

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image


(1)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 547/2014 tal-15 ta' Mejju 2014 (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 18).

(5)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(8)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 461.


ANNESS

FORMULA BIEX JIĠU KKALKULATI L-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI GĦAS-SNIN 2019 U 2020 U D-DETTALJI TAL-ĦLAS

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein għall-ISF-Fruntieri u Viża msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament 515/2014 tiġi kkalkulata kif ġej għas-snin 2019 u 2020:

Għal kull sena mill-2013 sal-2017 iċ-ċifri finali tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Liechtenstein disponibbli fil-31 ta' Marzu tal-2019 għandhom jiġu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF-Fruntieri u Viża għas-sena rispettiva. Il-medja tal-ħames perċentwali miksuba għas-snin mill-2013 sal-2017 għandha tiġi applikata għas-somma tal-approprjazzjonijiet annwali effettivi għall-ISF-Fruntieri u Viża għas-snin mill-2014 sal-2019 u tal-approprjazzjoni ta' impenn annwali għall-ISF-Fruntieri u Viża għas-sena 2020 kif inkluż fl-abbozz tal-baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 adottat mill-Kummissjoni sabiex jinkiseb l-ammont totali li għandu jitħallas mil-Liechtenstein matul il-perjodu kollu ta' implimentazzjoni tal-ISF-Fruntieri u Viża. Minn dan l-ammont, il-ħlasijiet annwali effettivament magħmula mil-Liechtenstein skont l-Artikolu 10(1) ta' dan il-Ftehim għandhom jitnaqqsu sabiex jinkiseb l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tiegħu għas-snin 2019 u 2020. Nofs dan l-ammont għandu jitħallas fl-2019 u n-nofs l-ieħor fl-2020.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'Euro.

Il-Liechtenstein għandu jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva tiegħu sa mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jagħti lok għal ħlas ta' mgħax ta' inadempjenza fuq l-ammont mhux imħallas mid-data ta' skadenza. Ir-rata tal-imgħax tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taħbat id-data tal-iskadenza, b'żieda ta' 3,5 punti perċentwali.


Top