EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D1118

Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat tat-trasport intern Komunità/Żvizzera tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar is-sistema ta' tariffi applikabbli fuq il-vetturi fl-Iżvizzera mill-1 ta' Jannar 2017 [2016/1118]

OJ L 186, 9.7.2016, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1118/oj

9.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/36


DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT INTERN KOMUNITÀ/ŻVIZZERA

tal-10 ta' Ġunju 2016

dwar is-sistema ta' tariffi applikabbli fuq il-vetturi fl-Iżvizzera mill-1 ta' Jannar 2017 [2016/1118]

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq (1) (minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 51(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 40 tal-Ftehim, l-Iżvizzera ilha mill-1 ta' Jannar 2001 timponi tariffa mhux diskriminatorja fuq il-vetturi għall-ispejjeż li jiġġeneraw (“tariffa bbażata fuq it-traffiku ta' vetturi li jġorru merkanzija tqila”). Din it-tariffa tagħmel distinzjoni bejn tliet kategoriji ta' standards ta' emissjonijiet (klassijiet EURO).

(2)

Għal dan il-fini, l-Artikolu 40(2) u (4) tal-Ftehim jistipula l-medja ppeżata tat-tariffi, it-tariffa massima għall-kategorija tal-vetturi l-aktar li jniġġsu kif ukoll id-differenza massima ta' tariffa minn kategorija għall-oħra.

(3)

Fid-dawl tal-modernizzazzjoni tal-flotta ta' vetturi li jiċċirkolaw fl-Iżvizzera, li timplika li aktar u aktar vetturi qegħdin jikkonformaw mal-istandards EURO l-aktar riċenti, huwa meħtieġ li l-Kumitat tat-trasport intern Komunità/Żvizzera jadatta d-distribuzjoni tal-kategoriji tal-istandards EURO bejn it-tliet kategoriji tat-tariffa.

(4)

Għandu jinżamm l-iskont ta' 10 % fuq it-tariffa li japplika għall-kategorija previst fid-Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat tat-trasport intern Komunità/Żvizzera tal-10 ta' Ġunju 2011 (2) għall-vetturi tal-klassijiet ta' emissjoni EURO II u EURO III mgħammrin wara b'sistema approvata ta' filtru tal-partikuli,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-tariffa fuq it-traffiku ta' vetturi li jġorru merkanzija tqila marbuta mal-prestazzjoni tal-vettura li l-piż totali attwali tagħha ma jaqbiżx l-40 tunnellata u li tagħmel vjaġġ ta' 300 km, għandha tkun:

CHF 372,00 għall-kategorija tat-tariffa 1

CHF 322,80 għall-kategorija tat-tariffa 2

CHF 273,60 għall-kategorija tat-tariffa 3.

Artikolu 2

Il-kategorija tat-tariffa 1 tapplika għall-vetturi tal-klassi ta' emissjoni EURO III kif ukoll għall-vetturi kollha ammessi għaċ-ċirkolazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandard EURO III.

Il-kategorija tat-tariffa 2 tapplika għall-vetturi tal-klassijiet ta' emissjoni EURO IV u EURO V.

Il-kategorija tat-tariffa 3 tapplika għall-vetturi tal-klassi ta' emissjoni EURO VI.

Artikolu 3

Japplika l-iskont ta' 10 % fuq it-tariffa fir-rigward tal-kategorija rilevanti, mogħti lill-vetturi tal-klassijiet ta' emissjoni EURO II u EURO III mgħammrin wara b'sistema approvata ta' filtru tal-partikuli, kif previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 1/2011 tal-Kumitat tat-trasport intern Komunità/Żvizzera.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul f'Berna, l-10 ta' Ġunju 2016.

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Il-President

Peter FÜGLISTALER

Għall-Unjoni Ewropea

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Fotis KARAMITSOS


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.

(2)  ĠU L 193, 23.7.2011, p. 52.


Top