EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016D0858

Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-Tranżitu Komuni tat-28 ta' April 2016 li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu [2016/858]

OJ L 142, 31.5.2016, p. 25–110 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/858/oj

31.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/25


DEĊIŻJONI Nru 1/2016 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IT-TRANŻITU KOMUNI

tat-28 ta' April 2016

li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu [2016/858]

IL-KUMITAT KONĠUNT

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera, dwar proċedura komuni ta' tranżitu (1) (“il-Konvenzjoni”), u b'mod partikolu l-Artikolu 15(3) (a) u (c) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf minn dik il-Konvenzjoni (“il-Kumitat Konġunt”) sabiex jirrakkomanda u jadotta, permezz ta' deċiżjonijiet, emendi tal-Konvenzjoni u l-Appendiċijiet tagħha.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu japplika mill-1 ta' Mejju 2016, jintroduċi qafas modernizzat għall-proċeduri doganali, inklużi proċeduri ta' tranżitu.

(3)

Sabiex ikun żgurat il-funzjonament tal-kummerċ bla xkiel bejn l-Unjoni u l-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni, il-proċedura komuni ta' tranżitu għandha tkun konformi mal-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu bl-aħjar mod possibbli. Għal dak il-għan, emendi għall-Konvenzjoni u l-Appendiċijiet tagħha, kemm fir-rigward tas-sustanza u kif ukoll fir-rigward tat-terminoloġija huma indispensabbli.

(4)

Sabiex tiġi provduta biżżejjed ċarezza, hemm bżonn ta' allinjament terminoloġiku mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni tiegħu. L-emendi proposti ġew ippreżentati u diskussi fil-Grupp ta' Ħidma UE-EFTA dwar it-“tranżitu komuni” u dwar is-“simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ f'merkanzija”, u l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu t-test rċeviet approvazzjoni preliminari minn dak il-Grupp ta' Ħidma.

(5)

Għaldaqstant, il-Konvenzjoni trid tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   It-test tal-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu huwa emendat kif stabbilit fl-Anness A għal din id-Deċiżjoni.

2.   It-test tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, inklużi l-Annessi tal-Appendiċi I, huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness B għal din id-Deċiżjoni.

3.   It-test tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni huwa emendat kif stabbilit fl-Anness C għal din id-Deċiżjoni.

4.   It-test tal-Appendiċi III tal-Konvenzjoni huwa emendat kif stabbilit fl-Anness D għal din id-Deċiżjoni.

5.   It-testi tal-Annessi A1, A2, A4, A6, B1, B2, B3, B5, B6, B11 u C7 tal-Appendiċi III tal-Konvenzjoni huma emendati kif stabbilit fl-Anness E għal din id-Deċiżjoni.

6.   It-testi tal-Annessi B7, B8, B9, B10, C1, C2, C3, C4, C5 u C6 tal-Appendiċi III tal-Konvenzjoni huma sostitwiti bit-testi stabbiliti fl-Anness F għal din id-Deċiżjoni.

7.   It-test tal-Appendiċi IV tal-Konvenzjoni, inklużi l-Annessi ta-Appendiċi IV, huwa emendat kif stabbilit fl-Anness G għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2016.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Philip KERMODE


(1)  ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS A

Il-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “bejn il-pajjiżi tal-EFTA stess” huwa sostitwit bi “bejn il-pajjiżi ta' tranżitu komuni stess”.

(b)

fil-paragrfau 2, il-kliem “proċedura ta' transitu tal-Komunità” huwa sostitwit bi “proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni”.

(2)

L-Artikolu 2 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punt (a) l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

fil-Komunità:

biss meta l-merkanzija tkun merkanzija tal-Unjoni. “merkanzija tal-Unjoni” għandha tfisser merkanzija li taqa' f'xi waħda mill-kategoriji li ġejjin:

merkanzija miksuba għalkollox fit-territorju doganali tal-Komunità u li ma tinkorporax merkanzija importata minn pajjiżi jew territorji barra t-territorju doganali tal-Komunità;

merkanzija miġjuba fit-territorju doganali tal-Komunità minn pajjiżi jew territorji barra dak it-territorju u rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera;

merkanzija miksuba jew prodotta fit-territorju doganali tal-Komunità, minn merkanzija li ssir referenza għaliha fit-tieni inċiż waħedha jew minn merkanzija li ssir referenza għaliha fl-ewwel u t-tieni inċiżi.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (a), it-tieni subparagrafu, il-kliem “Merkanzija Komunitarja” huwa sostitwit b“'merkanzija tal-Unjoni”;

(c)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

f'pajjiż ta' tranżitu komuni:

Huwa biss meta l-merkanzija tkun waslet f'dak il-pajjiż skont il-proċedura T2 u tkun rikonsenjata skont il-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' hawn taħt”;

(d)

fil-paragrafu 4, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-merkanzija” u l-kliem “l-istatus Komunitàrju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni”.

(3)

L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu (1), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

“tranżitu” għandha tfisser proċedura doganali li taħtha l-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti minn Parti Kotraenti waħda lil Parti Kotraenti oħra jew lill-istess Parti Kontraenti meta l-merkanzija taqsam mill-inqas fruntiera waħda;

(b)

“pajjiż” għandha tfisser kwalunkwe pajjiż ta' tranżitu komuni, kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità, jew kwalunkwe Stat ieħor li jkun sar parti ta' din il-Konvenzjoni;”;

(b)

jinżdied il-punt li ġej:

“(d)

“pajjiż ta' tranżitu komuni” għandha tfisser kwalunkwe pajjiż, barra minn Stat Membru tal-Komunità, li huwa Parti Kontraenti ta' din il-Konvenzjoni.”;

(c)

jitħassar il-paragrafu 2;

(d)

fil-paragrafu 3, il-kliem “il-pajjiżi tal-EFTA” huwa sostitwit bi “il-pajjiżi ta' tranżitu komuni”.

(4)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Soġġett għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali ta' din il-Konvenzjoni, l-uffiċċji kompetenti tal-pajjiżi ta' tranżitu komuni huma mogħtija s-setgħa li jassumu l-funzjonijiet ta' uffiċċji doganali tat-tluq, uffiċċji doganali tat-tranżitu, uffiċċji doganali tad-destinazzjoni u uffiċċji doganali tal-garanzija.

2.   L-uffiċċji kompetenti tal-Istati Membri tal-Komunità għandhom jingħataw is-setgħa li jaċċettaw dikjarazzjonijiet T1 jew T2 għal tranżitu lejn uffiċċju doganali tad-destinazzjoni li jinsab f'pajjiż ta' tranżitu komuni. Soġġett għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali ta' din il-Konvenzjoni, dawn għandhom ukoll jiċċertifikaw l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni għal dik il-merkanzija.

3.   Meta diversi kunsinni ta' merkanzija jingħaqdu flimkien u jitgħabbew fuq mezz ta' trasport wieħed, u jiġu ttrasportati bħala tagħbija konsolidata minn detentur wieħed tal-proċedura f'operazzjoni T1 jew T2 waħda, minn uffiċċju doganali tat-tluq wieħed lejn uffiċċju doganali tad-destinazzjoni wieħed għall-kunsinna lil konsenjatarju wieħed, Parti Kontraenti tista' titlob li, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, dawk il-kunsinni jkunu inklużi f'dikjarazzjoni T1 jew T2 waħda fil-listi ta' oġġetti korrispondenti.”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-kliem “għall-istatus tal-merkanzija tal-Komunità” huwa sostitwit bi “għall-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni”;

(c)

fil-paragrafu (5), il-kliem “għall-istatus tal-merkanzija tal-Komunità” huwa sostitwit bi “għall-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni”.

(5)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “pajjiż tal-EFTA” huwa sostitwit bi “pajjiż ta' tranżitu komuni”;

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Meta tali merkanzija tkun rikonsenjata minn pajjiż ta' tranżitu komuni wara li tkun tpoġġiet, f'dak il-pajjiż ta' tranżitu komuni, taħt proċedura doganali li ma tkunx proċedura tat-tranżitu jew ta' ħżin, ma tista' tiġi applikata l-ebda proċedura T2.”;

(c)

fil-paragrafu 3 il-kliem “minn pajjiż tal-EFTA” huwa sostitwit bi “minn pajjiż ta' tranżitu komuni”;

(d)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(4)   Kwalunkwe dikjarazzjoni T2 aċċettata jew kwalunkwe dokument li jiċċertifika l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni maħruġ minn uffiċċju kompetenti ta' pajjiż ta' tranżitu komuni għandu jkollu referenza għad-dikjarazzjoni T2 korrispondenti jew dokument li jiċċertifika l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni li bihom il-merkanzija waslet f'dak il-pajjiż ta' tranżitu komuni u għandu jinkludi l-approvazzjonijiet speċjali kollha li jidhru fuqha.”.

(6)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-ispazju li jkun fih il-merkanzija, fejn il-mezz tat-trasport jew il-kontejner ikun ġie approvat skont regolamenti oħrajn jew ġie rikonoxxut mill-uffiċċju doganali tat-tluq bħala adattat għall-issiġillar;”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jikkunsidra mezzi tat-trasport u kontejners bħala adattati għall-issiġillar bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-siġilli jistgħu jitwaħħlu sempliċiment u effettivament mal-mezz tat-trasport jew il-kontejner;

(b)

il-mezz tat-trasport jew il-kontejner ikun magħmul b'tali mod li meta titneħħa jew tiddaħħal merkanzija, it-tneħħija jew it-tidħil iħallu traċċi viżibbli, jinkisru s-siġilli jew juru sinjali ta' tbagħbis, jew ikun hemm sistema elettronika ta' monitoraġġ li tirreġistra t-tneħħija jew it-tidħil;

(c)

il-mezz tat-trasport jew il-kontejner ma jkollux spazji moħbija fejn tista' tinħeba l-merkanzija;

(d)

l-ispazji riżervati għall-merkanzija jkunu aċċessibbli faċilment għall-ispezzjoni mill-awtorità doganali.”;

(c)

fil-paragrafu 4, il-kliem “l-uffiċċji tat-tluq” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tat-tluq”.

(7)

L-Artikolu 12 huwa emendata kif ġej:

(a)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(b)

fil-paragrafu 3, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura” u l-kliem “ma' dokumenti” huwaa sostitwit bi “mad-dikjarazzjonijiet”.

(8)

Fl-Artikolu 13(3), il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-merkanzija” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni”.

(9)

Fl-Artikolu 20(1), il-kliem “għat-territorji tal-pajjiżi tal-EFTA” huwa sostitwit bi “għat-territorji tal-pajjiżi ta' tranżitu komuni”.


ANNESS B

L-Appendiċi I tal-Konvenzjoni huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Appendiċi I

PROĊEDURI KOMUNI TA' TRANŻITU

TITOLU I:

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura u d-definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

1.   Skont l-Artikolu 1(3) tal-Konvenzjoni, dan l-Appendiċi jistabbilixxi regoli li jirregolaw il-proċedura komuni ta' tranżitu.

2.   Ħlief fejn jingħad mod ieħor, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Appendiċi għandhom japplikaw għal operazzjonijiet taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu.

Artikolu 2

Nuqqas ta' applikazzjoni tal-proċedura komuni ta' tranżitu għall-kunsinni bil-posta

Il-proċedura komuni ta' tranżitu ma għandhiex tapplika għall-kunsinni bil-posta (inklużi l-pakketti postali) li jinġarru skont l-atti tal-Unjoni Postali Universali, meta l-merkanzija tinġarr minn jew għal detenturi tad-drittijiet u l-obbligi skont dawk l-atti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“awtoritajiet doganali” tfisser l-amministrazzjonijiet doganali responsabbli sabiex japplikaw il-Konvenzjoni u kwalunkwe awtorità oħra mogħtija s-setgħa skont il-liġi nazzjonali sabiex tapplika l-Konvenzjoni;

(b)

“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika, u kwalunkwe assoċjazzjoni ta' persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt iil-liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali jew il-liġi ta' pajjiż ta' tranżitu komuni li għandha l-kapaċità li twettaq atti legali;

(c)

“dikjarazzjoni tat-tranżitu” tfisser l-att li permezz tiegħu persuna tiddikjara, fil-forma u l-modalitajiet preskritti, xerqa li tqiegħed oġġett taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu;

(d)

“dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu” tfisser dokument stampat permezz ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta li jakkumpanja l-merkanzija u jkun ibbażat fuq id-dettalji tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu;

(e)

“dikjarant” tfisser il-persuna li tippreżenta dikjarazzjoni tat-tranżitu f'isimha jew il-persuna li f'isimha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni bħal din;

(f)

“detentur tal-proċedura” tfisser il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni tat-tranżitu, jew li f'isimha tkun ippreżentata dik id-dikjarazzjoni;

(g)

“uffiċċju doganali tat-tluq” tfisser l-uffiċċju doganali fejn tiġi aċċettata dikjarazzjoni tat-tranżitu;

(h)

“uffiċċju doganali tat-tranżitu” tfisser l-uffiċċju doganali kompetenti għall-punt tad-dħul fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti meta l-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu, jew l-uffiċċju doganali kompetenti għall-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti meta l-merkanzija titlaq minn dak it-territorju matul operazzjoni ta' tranżitu permezz ta' fruntiera bejn il-Parti Kontraenti u pajjiż terz;

(i)

“uffiċċju doganali tad-destinazzjoni” tfisser l-uffiċċju dogonali fejn il-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu għandha tiġi ppreżentata sabiex tintemm il-proċedura;

(j)

“Numru Ewlieni ta' Referenza (MRN)” tfisser in-numru tar-reġistrazzjoni allokat għal dikjarazzjoni tat-tranżitu mill-awtorità doganali kompetenti bl-użu ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta;

(k)

“uffiċċju tal-garanzija” tfisser l-uffiċċju doganali fejn l-awtoritajiet doganali ta' kull pajjiż jiddeċiedu li għandhom jiġu ppreżentati l-garanziji;

(l)

“dejn” tfisser l-obbligu fuq persuna li tħallas l-ammont ta' dazji tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni u tariffi oħrajn dovuti fir-rigward ta' merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu;

(m)

“debitur” tfisser kwalunkwe persuna responsabbli għal dejn;

(n)

“rilaxx tal-merkanzija” tfisser l-att li bih l-awtoritajiet doganali jagħmlu l-merkanzija disponibbli għall-finijiet speċifikati fil-proċedura komuni ta' tranżitu li taħtha jkunu tqiegħdu;

(o)

“persuna stabbilita fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti” tfisser:

fil-każ ta' persuna fiżika, kwalunkwe persuna li jkollha r-residenza abitwali tagħha fit-territorju doganali ta' dik il-Parti Kontraenti;

fil-każ ta' persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta' persuni, kwalunkwe persuna li jkollha uffiċċju reġistrat, kwartieri ċentrali jew sede prinċipali permanenti tagħha fit-territorju doganali ta' dik il-Parti Kontraenti;

(p)

“tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta” tfisser skambju elettroniku ta' informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali, fost awtoritajiet doganali u bejn l-awtoritajiet doganali u aġenziji jew istituzzjonijiet governattivi jew Ewropej jew tal-pajjiżi ta' tranżitu komuni oħrajn f'format miftiehem u definit b'għan ta' proċessar awtomatiku u ħażna tad-dejta wara r-riċeviment bl-użu ta' kwalunkwe mezz li ġej:

(i)

skambju elettroniku ta' dejta;

(ii)

skambju bejn kompjuter u ieħor;

(iii)

trasferiment elettroniku tad-dejta strutturata permezz ta' messaġġi jew servizzi standard minn ambjent wieħed ta' pproċessar elettroniku għal ieħor mingħajr l-intervent tal-bniedem;

(iv)

introduzzjoni online tad-dejta fis-sistema tal-ipproċessar tad-dejta doganali għall-ħażna u l-ipproċessar li jirriżultaw fi tweġibiet online.

(q)

“skambju elettroniku ta' dejta”“(EDI)” tfisser trażmissjoni elettronika tad-dejta strutturata skont l-istandards maqbula għall-messaġġi, bejn żewġ sistemi informatiċi;

(r)

“sistema ta' tranżitu elettronika” tfisser sistema elettronika użata għall-iskambju elettroniku ta' dejta tal-proċedura komuni ta' tranżitu;

(s)

“messaġġ standard” tfisser struttura predefenita għat-trażmissjoni elettronika tad-dejta;

(t)

“dejta personali” tfisser kull informazzjoni relatata ma' persuna identifikata jew persuna identifikabbli;

(u)

“installazzjoni fissa tat-trasport” tfisser mezzi tekniċi (eż. pipelines u linji tal-enerġija elettrika) użati għat-trasport kontinwu tal-merkanzija;

(v)

“proċedura tal-kontinwità operattiva” tfisser proċedura bbażata fuq l-użu ta' dokumenti stampati, stabbilita sabiex tkun tista' tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tat-tranżitu u jingħata segwitu lill-operazzjoni ta' tranżitu meta ma jkunx possibbli li tintuża l-proċedura bbażata fuq tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedura komuni ta' tranżitu

Artikolu 4

Sistema elettronika relatata mal-proċedura

1   Għat-tlestija tal-formalitajiet doganali tal-proċedura komuni ta' tranżitu, is-sistema elettronika ta' tranżitu għandha tintuża, sakemm ma jkunx stipulat b'mod ieħor f'dan l-Appendiċi.

2   Bi ftehim bejniethom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jadottaw miżuri għall-applikazzjoni tas-sistema elettronika ta' tranżitu li tistabbilixxi dan li ġej:

(a)

ir-regoli li jiddefinixxu u jirregolaw il-messaġġi li għandhom jiġu skambjati bejn l-uffiċċji doganali, li huma meħtieġa għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

sett tad-dejta komuni u l-format tal-messaġġi tad-dejta li għandhom jiġu skambjati skont il-leġiżlazzjoni doganali.

Artikolu 5

Użu tas-sistema elettronika ta' tranżitu

1   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-sistema elettronika ta' tranżitu sabiex jiskambjaw informazzjoni għall-finijiet tal-proċedura komuni ta' tranżitu, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan l-Appendiċi.

2   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw in-Netwerk Komuni ta' Komunikazzjoni/Interfaċċja tas-Sistemi Komuni (NKK/ISK) għall-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-pajjiżi ta' tranżitu komuni, aċċess mill-pajjiżi ta' tranżitu komuni għall-NKK/ISK u kwistjonijiet relatati oħrajn għandhom jiġu miftiehma bejn l-Unjoni u kull wieħed mill-pajjiżi ta' tranżitu komuni.

Artikolu 6

Sigurtà tad-dejta

1   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabilixxu l-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-formalitajiet permezz ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta li għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, miżuri ta' kontroll tas-sors tad-dejta, kif ukoll protezzjoni tad-dejta kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali, it-tbagħbis jew l-aċċess mhux awtorizzat.

2   Minbarra l-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu u jżommu l-modalitajiet ta' sigurtà xierqa li jirrigwardaw l-operazzjoni effikaċi, affidabbli u sikura tas-sistema elettronika ta' tranżitu kollha kemm hi.

3   Modifiki u tħassir tad-dejta għandhom jiġu rreġistrati flimkien ma' informazzjoni li tagħti r-raġuni tal-modifika jew it-tħassir, il-ħin eżatt tal-modifika jew it-tħassir u l-identità tal-persuna li għamlithom.

Id-dejta oriġinali jew kwalunkwe dejta pproċessata għandha tinżamm għal perjodu ta' mill-inqas tliet snin tal-kalendarju minn tmiem is-sena li li fiha ġiet irreġistrata din id-dejta, jew għal perjodu itwal jekk il-pajjiżi jeħtieġu hekk.

4   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw is-sigurtà tad-dejta b'mod regolari.

5   L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunwke suspett ta' ksur tas-sigurtà.

Artikolu 7

Protezzjoni tad-dejta personali

1   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw id-dejta personali li tiġi skambjata fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni, esklussivament għall-finijiet tal-proċedura komuni ta' tranżitu u kwalunkwe proċedura doganali jew ħażna temporanja li jsegwu l-proċedura komuni ta' tranżitu.

Din ir-restrizzjoni ma għandhiex tipprevjeni l-użu ta' dejta bħal din mill-awtoritajiet doganali għall-finijiet tal-analiżi tar-riskju u tal-investigazzjonijiet matul il-proċedura komuni ta' tranżitu u għall-proċedimenti legali li jirriżultaw minn din il-proċedura komuni ta' tranżitu. Meta dik id-dejta tintuża għal dawk l-għanijiet, l-awtoritajiet doganali li pprovdew l-informazzjoni għandhom jiġu notifikati minnufih.

2   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-ipproċessar tad-dejta personali fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni jsir f'konformità mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE (1).

3   Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura konformità ma' dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

Obbligi tad-detentur tal-proċedura u tat-trasportatur u r-riċevitur tal-merkanzija li tiċċaqlaq taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu

Artikolu 8

Obbligi tad-detentur tal-proċedura u tat-trasportatur u r-riċevitur tal-merkanzija li tiċċaqlaq taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu

1   Id-detentur tal-proċedura għandu jkun responsabbli għal dan kollu li ġej:

(a)

il-preżentazzjoni tal-merkanzija intatta u l-informazzjoni meħtieġa fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fil-limitu ta' żmien stipulat u b'konformità mal-miżuri meħudin mill-awtoritajiet doganali biex jiżguraw l-identifikazzjoni tagħhom;

(b)

l-osservanza tad-dispożizzjonijiet doganali li jirrelataw mal-proċedura komuni ta' tranżitu;

(c)

sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-Konvenzjoni, l-għoti ta' garanzija sabiex jiġi żgurat il-ħlas tal-ammont tad-dejn, li jista' jiġġarrab fir-rigward tal-merkanzija.

2   Trasportatur jew riċevitur tal-merkanzija li jaċċetta merkanzija meta jaf li din qiegħda timxi taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu għandu jkun ukoll responsabbli għall-preżentazzjoni tal-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni sal-limitu ta' żmien stipulat u b'konformità mal-miżuri meħudin mill-awtoritajiet doganali biex jiżguraw l-identifikazzjoni tagħhom.

KAPITOLU IV

Garanziji

Artikolu 9

Sistema elettronika relatata mal-garanziji

Għall-iskambju u l-ħażna ta' informazzjoni relatata mal-garanziji, għandhom jintużaw tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta.

Artikolu 10

Obbligu li tiġi pprovduta garanzija

1   Id-detentur tal-proċedura għandu jipprovdi garanzija sabiex jiġi żgurat il-ħlas tad-dejn, li jista' jiġġarrab fir-rigward tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu.

2   Il-garanzija għandha tiġi pprovduta bħala:

(a)

garanzija individwali li tkopri operazzjoni waħda; jew inkella

(b)

garanzija komprensiva li tkopri diversi operazzjonijiet fil-forma ta' impenn mogħti minn garanti, fejn simplifikazzjoni provduta fl-Artikolu 55(A) tapplika.

3   Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiċħdu milli jaċċettaw it-tip ta' garanzija proposta meta din ma tkunx kompatibbli mal-operazzjoni korretta tal-proċedura komuni ta' tranżitu.

Artikolu 11

Forma tal-garanzija individwali

1.   Il-garanzija individwali tista' tkun ipprovduta f'waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

permezz ta' depożitu ta' flus kontanti;

(b)

b'impenn minn garanti;

(c)

permezz ta' kupuni.

2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1(c) il-garanzija individwali għandha tiġi pprovduta permezz ta' impenn mogħti minn garanti.

Artikolu 12

Garanti

1.   Il-garanti msemmi fl-Artikoli 10(2)(b) 1(1)(b) u 1(2) għandu jkun persuna terza stabbilita fil-Parti Kontraenti meta l-garanzija tiġi pprovduta u approvata mill-awtoritajiet doganali li jeħtieġu l-garanzija.

Il-garanti għandu jindika fl-impenn tiegħu indirizz għas-servizz jew jaħtar aġent f'kull pajjiż tal-Parti Kontraenti involuti fl-operazzjoni ta' tranżitu komuni.

2.   Il-garanti għandu jintrabat bil-miktub li jħallas l-ammont garantit tad-dejn. L-impenn għandu jkopri wkoll, fi ħdan il-limiti tal-ammont garantit, ammonti ta' dejn pagabbli wara kontrolli a posteriori.

3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jiċħdu milli japprovaw garanti li ma jidhirx ċert li jiżgura ħlas tal-ammont tad-dejn fi ħdan il-perjodu stipulat.

Artikolu 13

Rinunzja mill-Garanzija

1.   L-ebda garanzija m'għandha tkun meħtieġa fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-merkanzija tinġarr bl-ajru meta tintuża l-proċedura ta' tranżitu bbażata fuq manifest elettroniku għall-merkanzija li tinġarr mill-arju;

(b)

il-merkanzija tinġarr fuq ir-Rhine, fuq il-passaġġi fuq l-ilma tar-Rhine, fuq id-Danubju jew fuq il-passaġġi fuq l-ilma tad-Danubju;

(c)

il-merkanzija tinġarr permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport;

(d)

il-merkanzija tinġarr bil-ferrovija jew bl-ajru meta tintuża l-proċedura ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija jew bl-ajru.

2.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(d), ir-rinunzja mill-garanzija għandha tapplika biss għall-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija jew bl-ajru, mogħtija qabel l-1 ta' Mejju 2016.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet mixxellanji

Artikolu 14

Status ġuridiku tad-dokumenti u tar-rekords

1.   Id-dokumenti maħruġa u r-rekords miżmuma f'konformità mar-regoli tal-pajjiż fejn inħarġu jew inżammu, irrispettivament mill-format tekniku u mill-miżuri introdotti jew aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż wieħed, għandu jkollhom l-istess effett legali fit-territorju ta' pajjiżi oħrajn kif fil-pajjiż fejn ikunu nħarġu jew jinżammu.

2.   Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqin skont il-proċedura komuni ta' tranżitu mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż wieħed għandhom ikollhom l-istess forza f'pajjiżi oħrajn bħar-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull wieħed minn dawk il-pajjiżi.

Artikolu 15

Lista ta' uffiċċji doganali kompetenti sabiex jittrattaw operazzjonijiet komuni ta' tranżitu

Kull pajjiż għandu jdaħħal fis-sistema kompjuterizzata miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) il-lista tal-uffiċċji doganali kompetenti biex jittrattaw operazzjonijiet ta' tranżitu komuni, fejn jindikaw in-numru ta' identifikazzjoni u d-dmirijiet rispettivi tagħhom u jiddikjaraw il-ġranet u s-sigħat tal-ftuħ. Kwalunkwe tibdil għandu jiddaħħal fis-sistema kompjuterizzata wkoll.

Il-Kummissjoni għandha tuża dik is-sistema kompjuterizzata sabiex tikkomunika din l-informazzjoni lill-pajjiżi l-oħrajn.

Artikolu 16

Uffiċċju ċentrali

Meta pajjiż ikun stabbilixxa uffiċċju ċentrali assenjat għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-proċedura komuni ta' tranżitu u r-riċevuta u t-trażmissjoni ta' dokumenti relatati ma' dik il-proċedura, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe uffiċċju bħal dan.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-pajjiżi l-oħrajn.

Artikolu 17

Reati u penali

Il-pajjiżi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġġieldu kwalunkwe reat jew kwalunkwe irregolarità u għandhom jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

TITOLU II

FUNZJONAMENT TAL-PROĊEDURA

KAPITOLU I

Garanzija individwali

Artikolu 18

Kalkolu tal-ammont tal-garanzija individwali

Garanzija individwali pprovduta skont l-Artikolu 10(2) (a) għandha tkopri l-ammont ta' dejn li jista' jiġġarrab, ikkalkolat fuq il-bażi tal-ogħla rati ta' dazju applikabbli għal merkanzija tal-istess tip. Għall-fini ta' dak il-kalkolu, il-merkanzija tal-Unjoni li tinġarr skont il-Konvenzjoni għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija mhux tal-Unjoni.

Artikolu 19

Garanzija individwali fil-forma ta' depożitu ta' flus kontanti

1.   Garanzija individwali mogħtija fil-forma ta' depożitu ta' flus kontanti jew bi kwalunkwe mezz ieħor ta' ħlas ekwivalenti għandha tingħata skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-pajjiż tat-tluq fejn hija meħtieġa l-garanzija.

2.   Garanzija individwali fil-forma ta' depożitu ta' flus kontanti provduta f'waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha tkun valida fil-Partijiet Kontraenti kollha. Dawn imbagħad għandhom jitħallsu lura meta tiġi rilaxxata l-proċedura.

3.   Meta garanzija tingħata b'depożitu ta' flus kontanti jew kwalunkwe mezz ieħor ta' ħlas ekwivalenti, ma għandu jitħallas l-ebda mgħax fuqha mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 20

Garanzija individwali fil-forma ta' impenn minn garanti

1.   Impenn mogħti minn garanti għall-finijiet ta' garanzija individwali għandha tkun provduta permezz tal-formola stabbilita fl-Anness C1 tal-Appendiċi III. Dak l-impenn għandu jinżamm mill-uffiċċju doganali ta' garanzija għall-perjodu ta' validità tiegħu.

2.   Meta meħtieġ mil-liġi nazzjonali, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva jew skont il-prattika komuni, pajjiż jista' jippermetti l-impenn imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex jieħu forma differenti, bil-kondizzjoni li jkollu l-istess effetti legali bħall-impenn stabbilit fil-formola.

3.   Għal kull impenn, l-uffiċċju doganali tal-garanzija għandu jikkomunika lid-detentur tal-proċedura l-informazzjoni li ġejja:

(a)

numru ta' referenza tal-garanzija;

(b)

kodiċi ta' aċċess assoċjat man-numru ta' referenza tal-garanzija.

Id-detentur tal-proċedura m'għandux jimmodifika l-kodiċi ta' aċċess.

Artikolu 21

Garanzija individwali fil-forma ta' kupuni

1.   Impenn mogħti minn garanti għall-finijiet ta' garanzija individwali fil-forma ta' kupuni għandu jkun provdut permezz tal-formola stabbilita fl-Anness C2 fl-Appendiċi III. Dak l-impenn għandu jinżamm mill-uffiċċju doganali ta' garanzija għall-perjodu ta' validità tiegħu.

L-Artikolu 20(2) għandu japplika mutatis mutandis.

2.   Il-kupuni għandhom jinħarġu minn garanti bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness C3 għall- Appendiċi III u jiġu pprovduti lill-persuni li għandhom l-intenzjoni li jsiru d-detenturi tal-proċedura. Dawk il-kupuni għandhom ikunu validi fil-Partijiet Kontraenti kollha.

Kull kupun għandu jkopri ammont ta' EUR 10 000 li l-garanti għandu jkun responsabbli għalih. Il-perjodu ta' validità ta' kupun għandu jkun ta' sena mid-data tal-ħruġ.

3.   Il-garanti għandu jipprovdi lill-uffiċċju doganali ta' garanzija kwalunkwe dettall meħtieġ dwar il-kupuni ta' garanzija individwali li jkun ħareġ.

4.   Għal kull kupun, il-garanti għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-persuna li għandha l-intenzjoni li ssir id-detentur tal-proċedura:

(a)

numru ta' referenza tal-garanzija;

(b)

kodiċi ta' aċċess assoċjat man-numru ta' referenza tal-garanzija.

Il-persuna li għandha l-intenzjoni li ssir id-detentur tal-proċedura m'għandhiex timmodifika dak il-kodiċi ta' aċċess.

5.   Il-persuna li għandha l-intenzjoni li ssir id-detentur tal-proċedura għandha tissottometti fl-uffiċċju doganali tat-tluq numru ta' kupuni li jikkorrispondu għall-multiplu ta' EUR 10 000 meħtieġ sabiex ikun kopert l-ammont tad-dejn totali li jista' jiġġarrab.

6.   Meta proċedura ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi tiġi aċċettata skont l-Artikolu 26(1) (b) il-kupuni għandhom jitwasslu fil-forma ta' karta stampata u għandhom jinżammu mill-uffiċċju doganali tat-tluq. L-uffiċċju doganali għandu jikkomunika n-numru ta' identifikazzjoni ta' kull kupun lill-uffiċċju doganali tal-garanzija indikat fuq il-kupun.

Artikolu 22

Approvazzjoni tal-impenn

L-impenn mogħti minn garanti għandu jkun approvat mill-uffiċċju doganali ta' garanzija li għandu jinnotifika l-approvazzjoni lill-persuna li tkun meħtieġa tipprovdi l-garanzija.

Artikolu 23

Revoka tal-approvazzjoni tal-garanti jew tal-impenn u kanċellazzjoni tal-impenn

1.   L-uffiċċju doganali ta' garanzija jista' jirrevoka l-approvazzjoni tal-garanti jew l-approvazzjoni tal-impenn minn garanti meta jrid. L-uffiċċju doganali ta' garanzija għandu jinnotifika r-revoka lill-garanti u lill-persuna li tkun meħtieġa li tipprovdi l-garanzija.

Ir-revoka tal-approvazzjoni tal-garanti jew tal-impenn tal-garanti għandha tidħol fis-seħħ sittax-il jum wara d-data li fiha tasal jew titqies li waslet għand il-garanti d-deċiżjoni dwar ir-revoka.

2.   Garanti jista' jikkanċella l-impenn tiegħu fi kwalunkwe mument. Il-garanti għandu jinnotifika l-kanċellazzjoni lill-uffiċċju doganali ta' garanzija.

Il-kanċellazzjoni tal-impenn tal-garanti ma għandhiex taffettwa merkanzija li, fil-mument li fih issir effettiva l-kanċellazzjoni, diġà tkun tqiegħdet u tkun għadha taħt proċedura komuni ta' tranżitu bis-saħħa tal-impenn ikkanċellat.

Il-kanċellazzjoni tal-impenn mill-garanti għandha tidħol fis-seħħ sittax-il jum wara d-data li fiha l-garanti jinnotifika bil-kanċellazzjoni lill-uffiċċju doganali tal-garanzija.

3.   L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż responsabbli għall-uffiċċju doganali ta' garanzija rilevanti għandhom idaħħlu fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 9 informazzjoni dwar kwalunkwe revoka jew l-approvazzjoni ta' garanti, jew l-approvazzjoni ta' impenn minn garanti, jew kanċellazzjoni minn garanti, u d-data meta din issir effettiva.

KAPITOLU II

Mezzi tat-trasport u dikjarazzjonijiet

Artikolu 24

Dikjarazzjoni ta' tranżitu u l-mezzi ta' trasport

1.   Kull dikjarazzjoni ta' tranżitu għandha tinkludi biss merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu li hija ttrasportata jew li għandha tiġi ttrasportata minn uffiċċju doganali tat-tluq għal uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fuq mezz ta' trasport uniku, f'kontejner jew f'pakkett.

Madankollu, dikjarazzjoni ta' tranżitu waħda tista' tinkludi merkanzija trasportata jew li għandha tiġi ttrasportata minn uffiċċju doganali tat-tluq lejn uffiċċju doganali tad-destinazzjoni f'iktar minn kontejner wieħed jew f'aktar minn pakkett wieħed fejn il-kontejners jew il-pakketti jitgħabbew fuq mezz uniku tat-trasport.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, dan li ġej għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi mezz ta' trasport uniku, dment li l-merkanzija ttrasportata tintbagħat f'daqqa:

(a)

vettura tat-triq flimkien mat-trejler(s) jew is-semitrejler(s) tagħha;

(b)

sett ta' karrijiet jew vaguni ferrovjarji akkoppjati;

(c)

bastimenti li jikkostitwixxu katina waħda.

3.   Meta, għall-fini tal-proċedura komuni ta' tranżitu, jintuża mezz uniku ta' trasport għat-tagħbija tal-merkanzija f'iktar minn uffiċċju doganali wieħed tat-tluq u għall-ħatt f'iktar minn uffiċċju doganali wieħed tad-destinazzjoni, għandhom jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet ta' tranżitu separati għal kull waħda mill-konsenji.

Artikolu 25

Dikjarazzjoni tat-tranżitu permezz ta' tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta

Id-dettalji u l-istruttura tad-dejta tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu huma stabbiliti fl-Annessi A1, A2 u B6 tal-Appendiċi III.

Artikolu 26

Dikjarazzjonijiet tat-tranżitu bbażati fuq dokumenti fiżiċi

1.   L-awtorità doganali għandha taċċetta dikjarazzjoni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-merkanzija tkun ittrasportata minn vjaġġaturi li m'għandhomx aċċess dirett għas-sistema ta' tranżitu elettronika, skont il-metodi deskritti fl-Artikolu 27;

(b)

metal-proċedura għall-kontinwità operattiva tiġi applikata skont l-Anness II, fil-każ ta' ħsara temperonja:

(i)

fis-sistema ta' tranżitu elettronika;

(ii)

fis-sistema kompjuterizzata użata mid-detenturi tal-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu komuni permezz ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta;

(iii)

fil-konnessjoni elettronika bejn is-sistema kompjuterizzata li tintuża mid-detenturi tal-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni permezz ta' tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta u permezz tas-sistema elettronika ta' tranżitu;

(c)

meta pajjiż ta' tranżitu komuni tiddeċiedi hekk.

2.   Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) u (c) l-awtoritajiet doganali għandhom jiżguraw li d-dejta tat-tranżitu hija rreġistrata fis-sistema elettronika ta' tranżitu u skambjata bejn l-awtoritajiet doganali bl-użu ta' dik is-sistema.

3.   L-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1(b) (ii) u (iii) għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 27

Dikjarazzjoni tat-tranżitu għall-vjaġġaturi

Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 26(1) (a) il-vjaġġatur għandu jimla d-dikjarazzjoni tat-tranżitu tiegħu bbażata fuq dokumenti fiżiċi skont l-Artikoli 5 u 6 u l-Annes B6 tal-Appendiċi III.

Artikolu 28

Konsenji mħalltin

Kunsinna tista' tinkludi kemm merkanzija li għandha titqiegħed taħt il-proċedura T1 u merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura T2, sakemm kull oġġett tal-merkanzija jkun immarkat kif xieraq fid-dikjarazzjoni ta' tranżitu bil-kodiċi “T1”, “T2” u “T2F”.

Artikolu 29

Awtentikazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu u r-responsabbiltà tad-detentur tal-proċedura.

1.   Id-dikjarazzjoni tat-tranżitu għandha tiġi awtentikata mid-dikjarant.

2.   Il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-tranżitu mid-detentur tal-proċedura lill-awtoritajiet doganali għandha tagħmel lil dak id-detentur responsabbli għal dan kollu li ġej:

(a)

l-eżattezza u l-kompletezza tad-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu;

(b)

l-awtentiċità, l-eżattezza u l-validità ta' kwalunkwe dokument li jappoġġja id-dokument tat-tranżitu;

(c)

il-konformità mal-obbligi kollha relatati mat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu ddikjarati fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu.

KAPITOLU III

Formalitajiet fl-uffiċċju doganali tat-tluq

Artikolu 30

Preżentazzjoni u aċċettazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-tranżitu

1.   Id-dikjarazzjoni tat-tranżitu għandha tiġi preżentata fl-uffiċċju doganali tat-tluq.

2.   L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jaċċetta d-dikjarazzjoni tat-tranżitu, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollha d-dejta meħtieġa kollha għall-finijiet tal-proċedura komuni ta' tranżitu kif speċifikat fl-Anness II tal-Appendiċi III;

(b)

li tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa kollha;

(c)

il-merkanzija li għaliha tirreferi d-dikjarazzjoni tat-tranżitu ġiet ippreżentata lill-uffiċċju doganali matul il-ħinijiet uffiċċjali tal-ftuħ.

L-uffiċċju doganali tat-tluq, fuq talba tad-dikjarant, jista' jippermetti li l-preżentazzjoni sseħħ barra mill-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ jew fi kwalunkwe post ieħor.

3.   L-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1(b) ma jiġux ippreżentati lill-uffiċċju doganali tat-tluq. F'dak il-każ, dawk id-dokumenti għandhom ikunu fil-pussess tad-dikjarant u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet doganali.

Artikolu 31

Emeda ta' dikjarazzjoni tat-tranżitu

1.   Wara li japplika, id-dikjarant għandu jkun jista' jemenda dettall wieħed jew aktar mid-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali wara li dik id-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata mill-awtoritajiet doganali. L-emenda m'għandhiex tagħmel lid-dikjarazzjoni tat-tranżitu applikabbli għal merkanzija oħra barra dik li kienet tkopri oriġinarjament.

2.   Ebda emenda bħal din ma għandha tkun permessa meta ssir applikazzjoni għaliha wara kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet doganali għarrfu lid-dikjarant li għandhom il-ħsieb li jeżaminaw il-merkanzija;

(b)

l-awtoritajiet doganali stabbilixxew li d-dettalji tad-dikjarazzjoni doganali mhumiex korretti;

(c)

l-awtoritajiet doganali rrilaxxaw il-merkanzija.

Artikolu 32

Invalidazzjoni ta' dikjarazzjoni tat-tranżitu

1.   L-awtoritajiet doganali tat-tluq għandhom, wara applikazzjoni mid-dikjarant, jinvalidaw dikjarazzjoni tat-tranżitu li tkun diġà ġiet aċċettata fi kwalunkwe waħda mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn ikunu ssodisfati li l-merkanzija sejra titqiegħed minnufih taħt proċedura doganali oħra;

(b)

fejn ikunu ssodisfati li, minħabba ċirkostanzi speċjali, it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali li għaliha kienet iddikjarata mhijiex ġustifikata aktar.

Madankollu, fejn l-awtoritajiet doganali tat-tluq ikunu għarrfu lid-dikjarant bil-ħsieb tagħhom li jeżaminaw il-merkanzija, applikazzjoni għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali m'għandiex tkun aċċetata qabel ma jsir l-eżami.

2.   Id-dikjarazzjoni tat-tranżitu ma għandhiex tkun invalidata wara li l-merkanzija tkun ġiet rilaxxata, sakemm:

(a)

il-merkanzija f'ċirkolazzjoni libera f'Parti Kontraenti ma tkunx ġiet iddikkjarata bi żball għal proċedura komuni ta' tranżitu u l-istatus doganali tagħha bħala merkanija f'ċirkolazzjoni libera fl-istess Parti Kontraenti ġie ipprovat wara;

(b)

il-merkanzija tkun ġiet iddikkjarata bi żball taħt aktar minn dikjarazzjoni doganali waħda.

Artikolu 33

Itinerarju għall-movimenti taħt tranżitu komuni

1.   Merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu għandha tiġi ttrasportata sal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni flimkien ma' itinerarju ekonomikament ġustifikat.

2.   Meta l-uffiċċju doganali tat-tluq jew id-dikjarant iqis li huwa meħtieġ, dak l-uffiċċju doganali għandu jippreskrivi itinerarju għall-movimenti tal-merkanzija matul il-proċedura komuni ta' tranżitu filwaqt li titqies kull informazzjoni rilevanti kkomunikata mid-dikjarant.

Meta jippreskrivi itinerarju, l-uffiċċju doganali għandu jdaħħal fis-sistema ta' tranżitu elettronika mill-inqas l-indikazzjoni tal-pajjiżi li t-tranżitu għandu jgħaddi minnhom.

Artikolu 34

Limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-merkanzija

1.   L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(a)

l-itinerarju;

(b)

il-mezz tat-trasport;

(c)

il-leġiżlazzjoni tat-trasport jew leġiżlazzjoni oħra li jista' jkollha impatt fuq it-tfassil ta' limitu ta' żmien;

(d)

kwalunkwe informazzjoni rilevanti kkomunikata mid-detentur tal-proċedura.

2.   Meta l-limitu ta' żmien jiġi stabbilit mill-uffiċċju doganali tat-tluq, għandu jkun vinkolanti fuq l-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi li l-merkanzija tidħol fit-territorju tagħhom matul operazzjoni ta' tranżitu komuni, u dak il-limitu ta' żmien ma għandux jiġi emendat minn dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 35

Verifika tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu u l-eżami tal-merkanzija

1.   L-uffiċċju doganali tat-tluq jistgħu, għall-finijiet tal-verifika tal-preċiżjoni tad-dettalji li hemm f'dikjarazzjoni tat-tranżitu li kienet aċċettata:

(a)

jeżamina d-dikjarazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn;

(b)

jeħtieġ li d-dikjarant jippreżenta dokumenti oħrajn;

(c)

jeżamina l-merkanzija;

(d)

jieħdu kampjuni sabiex janalizzaw jew jeżaminaw il-merkanzija bir-reqqa.

2.   L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jivverifika l-eżistenza u l-validità tal-garanzija.

3.   L-eżami tal-merkanzija msemmi fil-paragrafu 1(c) għandu jsir f'postijiet indikati mill-uffiċċju doganali tat-tluq għal dawk l-għanijiet u matul il-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ. Madankollu, l-awtoritajiet doganali jistgħu, fuq talba tad-dikjarant, iwettqu l-eżami tal-merkanzijabarra mill-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ jew fi kwalunkwe post ieħor.

Artikolu 36

Identifikazzjoni tas-siġilli

L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jirreġistra n-numru tas-siġilli mwaħħlin minn dak l-uffiċċju doganali u l-identifikaturi individwali tas-siġilli, fis-sistema ta' tranżitu elettronika.

Artikolu 37

Idoneità għall-issiġillar

Kull vettura tat-triq, trejler, semitrejler jew kontejner approvat għall-ġarr tal-merkanzija bis-siġill doganali skont ftehim internazzjonali li l-Unjoni u l-pajjiżi ta' tranżitu komuni huma partijiet kontraenti għalih, għandhom jitqiesu wkoll bħala adattati għall-issiġillar.

Artikolu 38

Karatteristiċi tas-siġilli doganali

1.   Is-siġilli doganali għandhom ikollhom mill-inqas il-karatteristiċi essenzjali li ġejjin u jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:

(a)

karatteristiċi essenzjali tas-siġilli:

(i)

li jibqgħu intatti u jissakkru tajjeb fl-użu normali;

(ii)

li jippermettu li dak li jkun jivverifikahom u jagħrafhom faċilment;

(iii)

li jkunu magħmula b'tali mod li kwalunkwe ksur, tbagħbis jew tneħħija jħallu traċċi viżibbli għall-għajn;

(iv)

li jkunu ddisinjati għal użu wieħed biss jew, jekk maħsuba għal aktar minn użu wieħed, ikunu ddisinjati b'tali mod li jistgħu jingħataw marka ċara, individwali għall-identifikazzjoni kull darba li jerġgħu jintużaw;

(v)

li jkollhom identifikaturi tas-siġill individwali li jkunu permanenti, jistgħu jinqraw faċilment u assenjati numru uniku;

(b)

speċifikazzjonijiet tekniċi:

(i)

il-forma u d-dimensjonijiet tas-siġilli jistgħu jvarjaw skont il-metodu tal-issiġillar użat imma d-dimensjonijiet għandhom ikunu tali li jiżguraw li l-marki tal-identifikazzjoni jkunu jistgħu jinqraw faċilment;

(ii)

il-marki tal-identifikazzjoni tas-siġilli għandhom ikunu impossibbli li tiffalsifikhom u diffiċli li tirriproduċihom;

(iii)

il-materjal użat għandu jkun reżistenti għal ksur aċċidentali u tali li jevita falsifikazzjoni li ma tistax tinqabad jew użu darb'oħra.

2.   Meta s-siġilli jkunu ġew iċċertifikati minn korp kompetenti skont l-Istandard Nazzjonali tal-ISO Nru 17712:2013 “Kontejners tat-tagħbija — Siġilli Mekkaniċi”, dawk is siġilli għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

Għat-trasport fil-kontejners, għandhom jintużaw sa fejn hu possibbli siġilli b'karatteristiċi ta' sigurtà għolja.

3.   Is-siġill doganali għandu jkollu l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kelma “Dwana” f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew tal-pajjiżi ta' tranżitu komuni jew abbrevjazzjoni korrispondenti;

(b)

kodiċi tal-pajjiż, fil-forma tal-kodiċi tal-pajjiż ISO-alpha-2, li jidentifika l-pajjiż li fih jitwaħħal is-siġill.

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiddeċiedu, bi qbil ma' xulxin, li jużaw karatteristiċi u teknoloġija komuni ta' sigurtà.

4.   Kull pajjiż għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar it-tipi tas-siġill doganali li juża. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pajjiżi kollha.

5.   Kull meta siġill jeħtieġ li jitneħħa biex tkun tista' ssir spezzjoni doganali, l-awtorità doganali għandha tagħmel ħilitha biex tissiġilla mill-ġdid kif meħtieġ, b'siġill doganali li minn tal-inqas ikollu karatteristiċi ekwivalenti ta' sigurtà u tikteb id-dettalji tal-azzjoni, inklużi n-numru tas-siġill il-ġdid, fuq id-dokumentazzjoni tal-merkanzija.

6.   Is-siġilli doganali konformi mal-Anness II għal dan l-Appendiċi kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 1/2008 (2) jistgħu jibqgħu jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet jew sal-1 ta' Mejju 2019, liema minnhom tiġi l-ewwel.

Artikolu 39

Miżuri ta' identifikazzjoni alternattivi għall-issiġillar

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni, l-uffiċċju doganali tat-tluq jista' jiddeċiedi li ma jissiġillax il-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu u minflok jiddependi fuq id-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dikjarazzjoni ta' tranżitu jew fid-dokumenti supplimentari sakemm id-deskrizzjoni tkun preċiża biżżejjed biex tippermetti identifikazzjoni faċli tal-merkanzija u tiddikjara l-kwantità u n-natura u kwalunkwe fatturi speċjali tagħha bħal numri tas-serje tal-merkanzija.

2.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 11(1) tal-Konvenzjoni, sakemm l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jiddeċidix mod ieħor, la l-mezzi tat-trasport u lanqas il-pakketti individwali li jkun fihom il-merkanzija ma għandhom jiġu ssiġillati meta:

(a)

il-merkanzija tinġarr bl-ajru, u jitwaħħlu tikketti ma' kull kunsinna li jkollha n-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru li jakkumpanjaha, jew inkella l-kunsinna tikkostitwixxi unità ta' tagħbija li fuqha jkun indikat in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru li jakkumpanjaha;

(b)

il-merkanzija tinġarr bil-ferrovija, u miżuri ta' identifikazzjoni jiġu applikati mill-kumpaniji ferrovjarji.

Artikolu 40

Rilaxx tal-merkanzija għall-proċedura komuni ta' tranżitu

1.   Il-merkanzija li tkun ġiet issiġillata skont l-Artikolu 11(1) (2) u (3) tal-Konvenzjoni biss jew li fir-rigward tagħha jkunu ttieħdu miżuri ta' identifikazzjoni alternattivi skont l-Artikolu 11(4) tal-Konvenzjoni u Artikolu 39 ta' dan l-Appendiċi għandha tiġi rilaxxata għall-proċedura komuni ta' tranżitu.

2.   Mar-rilaxx tal-merkanzija, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jittrażmetti d-dettalji tal-operazzjoni tat-tranżitu komuni:

(a)

lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ddikjarat;

(b)

lil kull uffiċċju doganali ta' tranżitu ddikjarat.

Dawk id-dettalji għandhom ikunu bbażati fuq dejta derivata mid-dikjarazzjoni tat-tranżitu, emendata fejn xieraq.

3.   L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jinnotifika lid-detentur tal-proċedura tar-rilaxx tal-merkanzija għall-proċedura komuni ta' tranżitu.

Artikolu 41

Dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu

1.   L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jipprovdi dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu lid-dikjarant. Id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu għandu jiġi pprovdut permezz tal-formola stabbilita fl-Anness 3 fl-Appendiċi III u għandu jinkludi d-dettalji stabbiliti fl-Anness A4 fl-Appendiċi III.

2.   Jekk ikun hemm bżonn, id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu għandu jiġi ssupplimentat permezz ta' Lista ta' oġġetti stabbilita bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness A5 tal-Appendiċi III u għandu jinkludi d-dettalji stabbiliti fl-Anness A6 tal-Appendiċi III.

KAPITOLU IV

Formalitajiet matul it-trasport

Artikolu 42

Preżentazzjoni tad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu

Id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu u dokumenti oħrajn li jakkumpanjaw il-merkanzija għandhom jiġu ppreżentati kull meta jintalbu mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 43

Preżentazzjoni ta' merkanzija trasportata taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu fl-uffiċċju doganali ta' tranżitu

1.   Il-merkanzija flimkien mad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu u flimkien mal-MRN korrispondenti għandhom jiġu ppreżentati f'kull uffiċċju doganali ta' tranżitu.

2.   L-uffiċċji doganali ta' tranżitu għandu jirreġistra l-passaġġ bejn il-fruntieri tal-merkanzija abbażi tad-dettalji tal-operazzjoni ta' tranżitu komuni riċevuti mill-uffiċċju doganali tat-tluq. Dak il-passaġġ għandu jiġi notifikat mill-uffiċċji doganali ta' tranżitu lill-uffiċċju doganali tat-tluq.

3.   L-uffiċċji doganali ta' tranżitu jista' jispezzjona l-merkanzija. Kwalunkwe spezzjoni tal-merkanzija għandha ssir prinċipalment abbażi tad-dettalji tal-operazzjoni ta' tranżitu komuni riċevuti mingħand l-uffiċċju doganali tat-tluq.

4.   Meta l-merkanzija tinġarr permezz ta' uffiċċju doganali ta' tranżitu li ma jkunx dak iddikjarat, l-uffiċċju doganali attwali ta' tranżitu għandu jitlob id-dettalji tal-operazzjoni ta' tranżitu komuni mingħand l-uffiċċju doganali tat-tluq u jinnotifika l-passaġġ bejn il-fruntieri tal-merkanzija lill-uffiċċju doganali tat-tluq.

5.   Il-paragrafi 1, 2 u 4 ma għandhomx japplikaw għat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija sakemm l-uffiċċju doganali ta' tranżitu jkun jista' jivverifika l-passaġġ bejn il-fruntieri tal-merkanzija permezz ta' mezzi oħrajn. Din il-verifika għandha sseħħ biss f'każ ta' bżonn. Il-verifika tista' ssir b'mod retrospettiv.

Artikolu 44

Inċidenti matul il-moviment tal-merkanzija taħt operazzjoni ta' tranżitu komuni

1.   It-trasportatur għandujkun meħtieġ li jagħmel l-entrati meħtieġa fid-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu u jippreżenta l-merkanzija mingħajr dewmien żejjed wara l-inċident flimkien ma' dak id-dokument lill-eqreb awtorità doganali tal-pajjiż li l-mezz tat-trasport ikun jinsab fit-territorju tiegħu meta:

(a)

it-trasportatur ikun obbligat li jiddevja mill-itinerarju stipulat skont l-Artikolu 33(2) minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu;

(b)

is-siġilli jinfetħu jew jiġu mbagħbsa matul l-operazzjoni tat-trasport, minħabba kawżi li m'għandux kontroll fuqhom it-trasportatur;

(c)

taħt is-superviżjoni tal-awtorità doganali, il-merkanzija tiġi trasferita minn mezz ta' trasport għal mezz ta' trasport ieħor;

(d)

minħabba periklu imminenti ikun meħtieġ li jinħatt parzjalment jew totalment b'mod immedjat il-mezz tat-trasport issiġillat;

(e)

ikun hemm inċident li jista' jaffettwa l-ħila tad-detentur tal-proċedura jew it-trasportatur sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu;

(f)

jinbidel kwalunkwe wieħed mill-elementi li jikkostitwixxi mezz uniku ta' trasport kif imsemmi fl-Artikolu 24(2).

Meta l-awtoritajiet doganali li l-mezz tat-trasport jinsab fit-territorju tagħhom iqisu li l-operazzjoni ta' tranżitu komuni kkonċernata tista' tkompli, wara li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, dawn għandhom japprovaw l-entrati magħmula mit-trasportatur fid-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu.

2.   Fil-każ ta' inċident kif imsemmi fil-paragrafu 1(c), l-awtoritajiet doganali ma għandhomx jeħtieġu l-preżentazzjoni tal-merkanzija u tad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu bl-entrati meħtieġa jekk il-merkanizija hija trasferita minn mezz ta' trasport li ma jkunx issiġillat.

3.   Fil-każ ta' inċident kif imsemmi fil-paragrafu 1(f), it-trasportatur jista', wara li jkun għamel l-entrati meħtieġa fid-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu, ikompli l-operazzjoni ta' tranżitu meta karru jew vagun wieħed jew aktar jiġu rtirati minn sett ta' karrijiet jew vaguni ferrovjarji akkoppjati minħabba problemi tekniċi.

4.   Fil-każ ta' inċident kif imsemmi fil-paragrafu 1(f), meta l-unità tat-trattur ta' vettura tat-triq tkun mibdula mingħajr ma jinbidlu t-trejlers jew is-semitrejlers tagħha, l-awtorità doganali ma għandhiex teħtieġ il-preżentazzjoni tal-merkanzija u tad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu bl-entrati meħtieġa li saru.

5.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4, it-trasportatur ma jkollux għalfejn jippreżenta l-merkanzija u d-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu bl-entrati meħtieġa li saru lill-awtorità doganali msemmija fil-paragrafu 1.

6.   L-informazzjoni rilevanti fid-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu dwar l-inċidenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandha tiġi rreġistrata fis-sistema elettronika ta' tranżitu mill-awtoritajiet doganali peress li l-każ jista' jkun fl-uffiċċju doganali tat-tranżitu jew fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

KAPITOLU V

Formalitajiet fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni

Artikolu 45

Preżentazzjoni ta' merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni

1.   Meta l-merkanzija mqiegħda taħt proċedura komuni ta' tranżitu tasal fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, dawn li ġejjin għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċċju doganali:

(a)

il-merkanzija;

(b)

id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu;

(c)

kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

Il-preżentazzjoni għandha sseħħ matul il-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ. Madankollu, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, fuq talba tal-persuna kkonċernata, jista' jippermetti li l-preżentazzjoni sseħħ barra mill-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ jew fi kwalunkwe post ieħor.

2.   Meta l-preżentazzjoni tkun seħħet wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien stabbilit mill-uffiċċju doganali tat-tluq skont l-Artikolu 34(1) id-detentur tal-proċedura għandu jkun meqjus li kkonforma mal-limitu ta' żmien fejn huwa jew it-trasportatur jagħti prova għas-sodisfazzjon tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni li d-dewmien ma jkunx attribwibbli għalih.

3.   L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jżomm id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu u, il-kontroll tal-merkanzija għandha titwettaq prinċipalment abbażi tad-dettalji tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu komuni rċevuta mill-uffiċċju doganali tat-tluq.

4.   Meta l-proċedura komuni ta' tranżitu tintemm, ma tkun instabet ebda irregolarità mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, u d-detentur tal-proċedura jippreżenta d-dokument ta' akkumpanjament tat-tranżitu, dak l-uffiċċju doganali għandu jiffirma dak id-dokument fuq talba tad-detentur tal-proċedura għall-iskop li jipprovdi prova alternattiva skont l-Artikolu 51(1). L-approvazzjoni għandha tikkonsisti mit-timbru ta' dak l-uffiċċju doganali, il-firma tal-uffiċjal, id-data u t-test li ġej:

“—

Prova alternattiva — 99202”.

5.   Il-proċedura komuni ta' tranżitu tista' tintemm f'uffiċċju doganali differenti minn dak iddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu. Dak l-uffiċċju doganali għandu mbagħad jitqies bħala l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

Artikolu 46

Riċevuta

1.   Fuq talba tal-persuna li tippreżenta l-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, għandha tapprova rċevuta li tiċċertifika l-preżentazzjoni tal-merkanzija u tad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu f'dak l-uffiċċju doganali.

2.   L-irċevuta għandha tkun ipprovduta permezz tal-formola stabbilita fl-Anness B10 tal-Appendiċi III ugħandha timtela minn qabel mill-persuna kkonċernata.

3.   L-irċevuta ma għandhiex tintuża bħala prova alternattiva tat-tmiem tal-proċedura komuni ta' tranżitu skont it-tifsira tal-Artikolu 51(1).

Artikolu 47

Notifika tal-wasla tal-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu u r-riżultati tal-kontroll

1.   L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq dwar il-wasla tal-merkanzija fil-jum li l-merkanzija u d-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu huma ppreżentati skont l-Artikolu 45(1).

2.   Meta l-operazzjoni ta' tranżitu komuni tintemm f'uffiċċju doganali li ma jkunx dak iddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu, l-uffiċċju doganali meqjus li jkun l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni skont l-Artikolu 45(5) għandu jinnotifika l-wasla lill-uffiċċju doganali tat-tluq fil-jum tal-preżentazzjoni tal-merkanzija u tad-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu skont l-Artikolu 45(1).

L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jinnotifika l-wasla lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu.

3.   In-notifika tal-wasla tal-merkanzija msemmija fl-Artikoli (1) u (2) m'għandhiex tkun meqjusa bħala prova li l-proċedura komuni ta' tranżitu tkun intemmet b'mod korrett.

4.   L-uffiċċju doganalitad-destinazzjoni għandu jinnotifika r-riżultati tal-kontroll lill-uffiċċju doganali tat-tluq l-iktar tard fit-tielet jum wara l-jum li fih tiġi ppreżentata l-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew f'post ieħor skont l-Artikolu 45(1). F'każijiet eċċezzjonali, dak il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż sa sitt ijiem.

5.   B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, meta l-merkanzija tasal għand destinatarju awtorizzat kif imsemmi fl-Artikolu 87, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jiġi notifikat mhux aktar tard mis-sitt jum wara l-jum li fih il-merkanzija tiġi kkunsinnata lid-destinatarju awtorizzat.

KAPITOLU VI

Formalitajiet relatati mat-tmiem tal-proċedura

Artikolu 48

Tmiem u rilaxx tal-proċedura

1.   Il-proċedura komuni ta' tranżitu għandha tintemm u l-obbligi tad-detentur tal-proċedura għandhom ikunu ssodisfati meta l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura u l-informazzjoni meħtieġa jkunu disponibbli fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni skont il-leġislazzjoni doganali.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jirilaxxaw il-proċedura komuni ta' tranżitu meta jkunu f'pozizzjoni li jistbilixxu, fuq il-bażi ta' paragun tad-dejta disponibbli għall-uffiċju doganali tat-tluq u dik disponibbli għall-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, li l-proċedura tkun intemmet b'mod korrett.

Artikolu 49

Proċedura ta' inkjesta għal merkanzija trasportata taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu

1.   Meta l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jkunx għadu rċieva r-riżultati tal-kontroll f'sitt ijiem skont l-Artikolu 47(4) jew l-Artikolu 47(5) wara li jirċievi n-notifika tal-wasla tal-merkanzija, dak l-uffiċċju doganali għandu minnufih jitlob ir-riżultati tal-kontroll mingħand l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni li bagħat in-notifika tal-wasla tal-merkanzija.

L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jibgħat ir-riżultati tal-kontroll immedjatament wara li jirċievi t-talba mill-uffiċċju doganali tat-tluq.

2.   Meta l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq ma tkunx għadha rċeviet informazzjoni li tippermetti għar-rilaxx tal-proċedura komuni ta' tranżitu jew l-irkupru tad-dejn doganali, għandha titlob l-informazzjoni rilevanti mid-detentur tal-proċedura jew, meta jkunu disponibbli dettalji suffiċjenti fid-destinazzjoni, mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jkunx irċieva n-notifika tal-wasla tal-merkanzija sa qabel jiskadi l-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-merkanzija stabbilita skont l-Artikolu 34;

(b)

l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jkunx irċieva r-riżultati tal-kontroll mitluba skont il-paragrafu 1;

(c)

l-uffiċċju doganali tat-tluq jara li n-notifika tal-wasla tal-merkanzija jew ir-riżultati tal-kontroll kienu mibgħuta bi żball.

3.   L-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq għandha tibgħat talbiet għal informazzjoni skont il-paragrafu 2(a) fi żmien perjodu ta' sebat ijiem wara li jiskadi l-limitu ta' żmien imsemmi fih u talbiet għal informazzjoni għandhom jintbagħtu skont il-paragrafu 2(b) f'perjodu ta' sebat ijiem wara li jiskadi l-limitu ta' żmien applikabbli msemmi fil-paragrafu 1.

Madankollu, jekk qabel l-iskadenza ta' dawk il-limiti ta' żmien, l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq tirċievi informazzjoni li l-proċedura komuni ta' tranżitu ma tkunx intemmet kif suppost, jew tissuspetta li dan ikun il-każ, għandha tibgħat it-talba mingħajr dewmien.

4.   Tweġibiet għal talbiet magħmulin skont il-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu fi żmien 28 jum mid-data li fiha tkun intbagħtet it-talba.

5.   Meta, wara talba skont il-paragrafu 2, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ma pprovdietx informazzjoni suffiċjenti biex il-proċedura komuni ta' tranżitu tiġi rilaxxata, l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq għandha titlob lid-detentur tal-proċedura jipprovdi dik l-informazzjoni, mhux aktar tard minn 28 jum minn meta tinbeda l-proċedura ta' inkjesta.

Id-detentur tal-proċedura għandu jwieġeb għal dik it-talba fi żmien 28 jum mid-data li ntbagħtet fiha.

6.   Jekk l-informazzjoni pprovduta f'risposta mid-detentur tal-proċedura skont il-paragrafu 4 ma tkunx biżżejjed sabiex tiġi rilaxxata l-proċedura komuni ta' tranżitu, iżda l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq tqis li hija biżżejjed sabiex titkompla l-proċedura ta' inkjesta, dik l-awtorità għandha immedjatament tibgħat talba għal informazzjoni supplimentari lill-uffiċċju doganali involut.

Dak l-uffiċċju doganali għandu jwieġeb għat-talba fi żmien 40 jum mid-data li ntbagħtet fiha.

7.   Meta, matul proċedura ta' inkjesta stabbilita fil-paragrafi 1 sa 6, jiġi stabbilit li l-proċedura komuni ta' tranżitu tkun intemmet kif suppost, l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq għandha tirilaxxa l-proċedura komuni ta' tranżitu u għandha immedjatament tinforma lid-detentur tal-proċedura bir-rilaxx ta' dik il-proċedura u, fejn xieraq, lil kwalunkwe awtorità doganali li setgħet bdiet l-irkupru.

8.   Meta, matul proċedura ta' inkjesta stipulata fil-paragrafi 1 sa 6, jiġi stabbilit li l-proċedura komuni ta' tranżitu ma tistax tiġi rilaxxata, l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq għandha tistabbilixxi jekk ikunx iġġarrab dejn.

Jekk ikun iġġarrab dejn, l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

(a)

tidentifika d-debitur;

(b)

tiddetermina l-awtorità doganali responsabbli għan-notifika tad-dejn.

Artikolu 50

Talba għall-irkupru tat-trasferiment tad-dejn

1.   Meta l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq, matul il-proċedura ta' inkjesta, u qabel jiskadi l-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 114(2) tikseb evidenza li l-post fejn ġraw l-avvenimenti li minnhom joħroġ id-dejn huwa f'pajjiż ieħor, dik l-awtorità doganali għandha tibgħat immedjatament, u fi kwalunkwe każ f'dak il-limitu ta' żmien, l-informazzjoni kollha disponibbli lill-awtorità doganali kompetenti f'dak il-post.

2.   L-awtorità doganali kompetenti f'dak il-post għandha tirrikonoxxi l-irċevuta tal-informazzjoni u tinforma lill-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq jekk hijiex responsabbli għall-irkupru jew le. Jekk l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq ma tkunx irċeviet dik l-informazzjoni fi żmien 28 jum, għandha minnufih tkompli l-proċedura ta' inkjesta jew tibda l-irkupru.

Artikolu 51

Prova alternattiva tat-tmiem tal-proċedura komuni ta' tranżitu

1.   Il-proċedura komuni ta' tranżitu għandha titqies bħala li ntemmet b'mod korrett meta d-detentur tal-proċedura jippreżenta, għas-sodisfazzjon tal-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq, wieħed mid-dokumenti li ġejjin li jidentifika l-merkanzija:

(a)

dokument iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tad-destinazzjoni li jidentifika l-merkanzija u jistabbilixxi li l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, jew li twasslet għand konsenjatarju awtorizzat kif imsemmi fl-Artikolu 87;

(b)

dokument jew rekord doganali, iċċertifikat mill-awtorità doganali ta' pajjiż li jistabbilixxi li l-merkanzija tkun fiżikament telqet mit-territorju doganali tal-Parti Kontraenti;

(c)

dokument doganali maħruġ f'pajjiż terz fejn il-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali;

(d)

dokument maħruġ f'pajjiż terz, ittimbrat jew iċċertifikat mod ieħor mill-awtorità doganali ta' dak il-pajjiż u li jistabbilixxi li l-merkanzija hija meqjusa li tista' tiċċirkola liberament f'dak il-pajjiż.

2.   Minflok id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1, kopji tagħhom li huma ċertifikati bħala kopji veri mill-korp li ċċertifika d-dokumenti oriġinali, mill-awtorità tal-pajjiż terz ikkonċernat jew minn awtorità ta' pajjiż jistgħu jiġu pprovduti bħala prova.

Artikolu 52

Verifika u għajnuna amministrattiva

1.   L-awtoritajiet doganali kompetenti jistgħu jwettqu kontrolli ta' wara r-rilaxx fuq l-informazzjoni pprovduta u fuq kwalunkwe dokument, formola, awtorizzazzjoni jew dejta marbuta ma' operazzjoni ta' tranżitu komuni sabiex jivverifikaw li l-entrati, l-informazzjoni skambjata u t-timbri jkunu awtentiċi. Dawn il-kontrolli għandhom isiru meta jqumu dubji dwar l-eżattezza u l-awtentiċità tal-informazzjoni pprovduta jew fejn ikun hemm suspett ta' frodi. Jistgħu ukoll isiru abbażi ta' analiżi tar-riskju inkella b'għażla aleatorja.

2.   Awtorità doganali kompetenti li tirċievi talba għal kontroll wara r-rilaxx għandha tindirizzaha mingħajr dewmien.

3.   Meta l-awtorità doganali kompetenti tal-pajjiż tat-tluq tagħmel talba lill-awtorità doganali kompetenti għal kontroll ta' wara r-rilaxx ta' informazzjoni relatata mal-operazzjoni ta' tranżitu komuni, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(2) għar-rilaxx tal-proċedura ta' tranżitu għandhom jitqiesu li ma kinux ġew issodisfati qabel ma tiġi kkonfermata l-awtentiċità u l-eżattezza tad-dejta.

KAPITOLU VII

Proċedura komuni ta' tranżitu għat-trasport tal-merkanzija permezz ta' installazzjonijiet fissi tat-trasport

Artikolu 53

Proċedura komuni ta' tranżitu għat-trasport tal-merkanzija permezz ta' installazzjonijiet fissi tat-trasport

1.   Meta l-merkanzija ttrasportata permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport tidħol fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti waħda permezz ta' dik l-istallazzjoni, dik il-merkanzija għandha titqies li titqiegħed taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu meta tidħol f'dak it-territorju.

2.   Meta l-merkanzija tkun diġà fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti waħda u tiġi ttrasportata permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport, dik il-merkanzija għandha titqies li tqiegħdet taħt proċedura komuni ta' tranżitu meta titqiegħed fl-istallazzjoni fissa tat-trasport.

3.   Għall-finijiet tal-proċedura komuni ta' tranżitu meta l-merkanzija tiġi ttrasportata minn installazzjonijiet fissi tat-trasport, id-detentur tal-proċedura għandu jkun l-operatur tal-installazzjoni fissa tat-trasport stabbilit fil-Parti Kontraenti li l-merkanzija tidħol permezz tat-territorju tiegħu fit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 jew l-operatur tal-installazzjoni fissa tat-trasport fil-Parti Kontraenti li l-moviment jibda fih fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2.

Id-detentur tal-proċedura u l-awtorità doganali għandhom jaqblu dwar il-metodi ta' sorveljanza doganali fuq il-merkanzija ttrasportata.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 8(2) l-operatur ta' installazzjoni fissa tat-trasport stabbilit f'pajjiż li l-merkanzija tiġi ttrasportata mit-territorju tiegħu permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport għandu jitqies bħala t-trasportatur.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8, il-proċedura komuni ta' tranżitu għandha titqies li ntemmet meta ssir l-entrata xierqa fir-reġistri kummerċjali tad-destinatarju jew l-operatur tal-installazzjoni fissa tat-trasport li tiċċertifika li l-merkanzija ttrasportata mill-installazzjoni fissa tat-trasport:

(a)

tkun waslet fl-impjant tal-konsenjatarju;

(b)

tiġi aċċettata fin-netwerk tad-distribuzzjoni tal-konsenjatarju; jew

(c)

tkun telqet mit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti.

6.   Meta l-merkanzija ttrasportata permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport bejn żewġ Partijiet Kontraenti titqies li tqiegħdet taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 u, matul l-operazzjoni, tgħaddi mit-territorju ta' pajjiż ta' tranżitu komuni fejn il-proċedura ma tintużax għat-trasport permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport, il-proċedura msemmija għandha tiġi sospiża matul iċ-ċirkolazzjoni minn dan it-territorju.

7.   Meta l-merkanzija hija ttrasportata permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport minn pajjiż ta' tranżitu komuni fejn il-proċedura komuni ta' tranżitu ma tintużax għat-trasport permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport għal destinazzjoni f'Parti Kontraenti fejn tintuża l-proċedura, il-proċedura msemmija għandha titqies li tibda meta l-merkanzija tidħol fit-territorju tal-Parti Kontraenti msemmija l-aħħar.

8.   Meta l-merkanzija hija ttrasportata permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport minn Parti Kontraenti fejn il-proċedura komuni ta' tranżitu tintuża għall-moviment permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport lejn destinazzjoni f'pajjiż ta' tranżitu komuni fejn ma tintużax il-proċedura, il-proċedura msemmija għandha titqies li tispiċċa meta l-merkanzija titlaq mit-territorju tal-Parti Kontraenti fejn tintuża l-proċedura msemmija.

Artikolu 54

Applikazzjoni fakultattiva tal-proċedura komuni ta' tranżitu għall-moviment tal-merkanzija permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport

Pajjiż ta' tranżitu komuni jista' jiddeċiedi li ma japplikax il-proċedura komuni ta' tranżitu għall-moviment tal-merkanzija permezz ta' installazzjoni fissa tat-trasport. Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-pajjiżi l-oħrajn.

TITOLU III:

SIMPLIFIKAZZJONIJIET UŻATI GĦALL-PROĊEDURA KOMUNI TA' TRANŻITU

KAPITOLU I

Dispożizzjonjiet ġenerali dwar is-simplifikazzjonijiet

Artikolu 55

Tipi ta' simplifikazzjonijiet tat-tranżitu

Wara l-applikazzjoni l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe simplifikazzjoni minn dawn li ġejjin:

(a)

l-użu ta' garanzija komprensiva jew rinunzja mill-garanzija;

(b)

l-użu ta' siġilli ta' tip speċjali, meta s-siġillar ikun meħtieġ sabiex jiżgura l-identifikazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu;

(c)

l-istatus ta' konsenjatur awtorizzat, li jippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni biex iqiegħed merkanzija taħt proċedura komuni ta' tranżitu mingħajr ma jippreżentaha lid-dwana;

(d)

l-istatus ta' destinatarju awtorizzat, li jippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni li jirċievi l-merkanzija trasportata taħt komuni ta' tranżitu f'post awtorizzat, biex itemm il-proċedura skont l-Artikolu 48 (1);

(e)

l-użu ta' proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr mill-ajru jew il-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq manifest elettroniku għall-merkanzija li tinġarr mill-arju;

(f)

l-użu ta' proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija;

(g)

l-użu ta' proċeduri simplifikati oħrajn abbażi tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni.

Artikolu 56

Kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-awtorizzazzjonijiet tas-simplifikazzjonijiet

1.   Is-simplifikazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 55(b) u (c) għandhom japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu komuni li jibdew fil-Parti Kontraenti fejn tingħata l-awtorizzazzjoni tas-.simplifikazzjonijiet.

2.   Is-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(d) għandha tapplika biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu komuni li jispiċċaw fil-Parti Kontraenti fejn tingħata l-awtorizzazzjoni tas-simplifikazzjoni.

3.   Is-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(e) għandha tapplika fil-Partijiet Kontraenti speċifikati fl-awtorizzazzjoni tas-simplifikazzjoni.

4.   Is-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(a) u (f) għandha tapplika fil-Partijiet Kontraenti kollha.

Artikolu 57

Kundizzjonijiet ġenerali għal awtorizzazzjonijiet tas-simplifikazzjonijiet

1.   L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(a) għandha tingħata lill-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikant huwa stabbilit fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti;

(b)

l-applikant ma wettaq ebda ksur serju jew ksur ripetut tal-leġislazzjoni doganali u r-regoli tat-tassazzjoni, inkluż ebda rekord ta' reati kriminali serji marbutin mal-attività ekonomika tiegħu;

(c)

l-applikant juża l-proċedura komuni ta' tranżitu b'mod regolari jew għandu l-istandards prattiċi ta' kompetenza jew kwalifiki professjonali relatati direttament mal-attivitajiet imwettqin.

2.   L-awtorizzazzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 55(b), (c) u (d) għandhom jingħataw lill-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikant huwa stabbilit fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti,

(b)

l-applikant jiddikjara li jkun sejjer juża b'mod regolari l-arranġamenti tat-tranżitu komuni;

(c)

l-applikant ma wettaq ebda ksur serju jew ksur ripetut tal-leġislazzjoni doganali u r-regoli tat-tassazzjoni, inkluż ebda rekord ta' reati kriminali serji marbutin mal-attività ekonomika tiegħu;

(d)

l-applikant juri livell għoli ta' kontroll tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-fluss ta' merkanzija, permezz ta' sistema ta' ġestjoni ta' kotba kummerċjali u, skont il-każ, tat-trasport, li tippermetti li jsiru kontrolli doganali xierqa;

(e)

l-applikant għandu l-istandards prattiċi ta' kompetenza jew kwalifiki professjonali relatati direttament mal-attivitajiet imwettqin.

3.   L-awtorizzazzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 55(e) għandhom jingħataw lill-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr mill-ajru, l-applikant huwa kumpanija tal-ajru u huwa stabbilit fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti;

(b)

fil-każ tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq manifest elettroniku għall-merkanzija li tinġarr mill-arju l-applikant huwa kumpanija tal-ajru li topera numru sinifkanti ta' titjiriet bejn l-ajruporti fil-Partijiet Kontraenti u hija stabbilita fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti jew għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, il-kwartieri ġenerali ċentrali jew sede prinċipali permanenti hemmhekk;

(c)

l-applikant juża b'mod regolari l-arranġamenti ta' tranżitu komuni, jew l-awtorità doganali kompetenti taf li huwa jista' jissodisfa l-obbligi taħt dawk l-arranġamenti;

(d)

l-applikant ma wettaq ebda reat serju jew ripetut li kiser il-liġi doganali jew tat-taxxa.

4.   L-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 55(f) għandhom jingħataw lill-applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-applikant huwa impriża ferrovjarja;

(b)

l-applikant huwa stabbilit fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti;

(c)

l-applikant juża b'mod regolari l-proċedura ta' tranżitu, jew l-awtorità doganali kompetenti taf li huwa jista' jissodisfa l-obbligi skont il-proċedura; kif ukoll

(d)

l-applikant ma wettaq ebda reat serju jew ripetut li kiser il-liġi doganali jew tat-taxxa.

5.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw biss jekk l-awtorità doganali tqis li sejra tkun tista' tissorvelja l-proċedura komuni ta' tranżitu u twettaq kontrolli mingħajr sforz amministrattiv sproporzjonat għall-ħtiġiet tal-persuna kkonċernata.

Artikolu 58

Monitoraġġ tal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet

L-awtoritajiet doganali għandhom jissorveljaw il-kondizzjonijiet li għandhom jkunu ssodisfati mid-detentur tal-awtorizzazzjoni. Għandhom jissorveljaw ukoll il-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn dik l-awtorizzazzjoni. Meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni ikun ilu stabbilit inqas minn tliet snin, l-awtorità doganali għandha tissorvelja mill-qrib lil dak id-detentur matul l-ewwel sena wara li jingħata l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 59

Kontenuti tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni

1.   Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-użu ta' simplifikazzjonijiet għandha tiġi datata u ffirmata. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddeterminaw kif għandha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu l-fatti kollha li sejrin jippermettu lill-awtoritajiet doganali sabiex jivverifikaw jekk intlaħqux il-kundizzjonijiet li għalihom jista' jkun soġġett l-użu ta' simplifikazzjonjiet bħal dawn.

Artikolu 60

Responsabbiltà tal-applikant

Il-persuna li tressaq applikazzjoni għall-użu tas-simplifikazzjonijiet hija responsabbli, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Partijiet Kontraenti, u mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li japplikaw id-dispożizzjonijiet penali, għal dan li ġej:

(a)

l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni;

(b)

l-awtentiċità, l-eżattezza u l-validità ta' kwalunkwe dokument li jappoġġja l-applikazzjoni;

Artikolu 61

Awtoritajiet doganali kompetenti li jagħtu l-awtorizzazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għas-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(c) għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet doganali kompetenti sabiex jagħtu l-awtorizzazzjoni fil-pajjiż fejn l-operazzjonijiet ta' tranżitu komuni sejrin jibdew.

2.   L-applikazzjonijiet għas-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(d) għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet doganali kompetenti sabiex jagħtu l-awtorizzazzjoni fil-pajjiż fejn l-operazzjonijiet ta' tranżitu komuni sejrin jintemmu.

3.   L-applikazzjonijiet għas-simplifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(a) (b) (e) u (f) għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet doganali kompetenti għall-post fejn il-kontijiet prinċipal tal-applikant għall-finijiet doganali huma miżmuma u aċċessibbli, u fejn mill-inqas parti mill-attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni sejrin jitwettqu.

Il-kontijiet prinċipali tal-applikant għandhom ikunu relatati mar-reġistri u d-dokumentazzjonali li jippermettu lill-awtoritajiet doganali sabiex jagħtu l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 62

Aċċettazzjoni u ċ-ċaħda ta' applikazzjonijiet u l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet

1.   L-applikazzjonijiet għandhom jiġu aċċettati jew miċħuda u l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Partijiet Kontraenti.

2.   Id-deċiżjonijiet li jirrifjutaw applikazzjonijiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għaċ-ċaħda u għandhom jiġu kkomunikati lill-applikant skont il-limiti ta' żmien u d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Parti Kontraenti rilevanti.

Artikolu 63

Kontenut tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtorizzazzjoni u kopja ċċertifikata waħda jew aktar, jekk meħtieġ, għandhom jingħataw lid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-użu tas-simplifikazzjonijiet u għandha tiddefinixxi l-metodi ta' tħaddim u ta' kontroll.

Artikolu 64

Data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-applikant jirċiviha jew jitqies li rċivieha, u għandha tkun infurzabbli mill-awtoritajiet doganali minn dik id-data.

Ħlief fejn ikun provdut b'mod ieħor fil-leġiżlazzjoni doganali, l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida mingħajr limiti ta' żmien.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li tkun differenti mid-data li fiha l-applikant jirċiviha jew jitqies li rċivieha fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-awtorizzazzjoni tkun sejra taffettwa lill-applikant b'mod favorevoli u l-applikant ikun talab data differenti għad-dħul fis-seħħ, f'liema każ l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data mitluba mill-applikant dment li taħbat wara d-data li fiha kienet tkun applikabbli skont il-paragrafu 1;

(b)

meta awtorizzazzjoni preċedenti tkun inħarġet b'limitu ta' żmien u l-uniku skop tad-deċiżjoni attwali jkun li testendi l-validità tagħha, f'liema każ l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-għada li jiskadi l-perjodu ta' validità mill-awtorizzazzjoni preċedenti;

(c)

meta l-effett tal-awtorizzazzjoni jkun kundizzjonali fuq it-tlestija ta' ċerti formalitajiet min-naħa tal-applikant, f'liema każ l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar meta l-applikant jirċievi, jew jitqies li rċieva, in-notifika mingħand l-awtorità doganali kompetenti li tiddikjara li l-formalitajiet tlestew kif xieraq.

Artikolu 65

Annullament, revoka u emenda tal-awtorizzazzjonijiet

1.   Id-detentur ta' awtorizzazzjoni għandu jgħarraf lill-awtoritajiet doganali dwar kwalunkwe fattur li jinqala' wara li tingħata l-awtorizzazzjoni li jista' jinfluwenza il-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jannullaw awtorizzazzjoni jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-awtorizzazzjoni ngħatat fuq bażi ta' informazzjoni mhux koretta jew sħiħa;

(b)

id-detentur tal-awtorizzazzjoni kien jaf jew raġevolment kellu jkun jaf li l-informazzjoni ma kinitx korretta jew sħiħa;

(c)

kieku l-informazzjoni kienet korretta u sħiħa, id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni kienet tkun differenti.

3.   Awtorizzazzjoni tista' tiġi revokata jew emendata f'każijiet oħrajn barra minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 2:

(a)

waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti għall-għoti tal-awtorizzazzjoni ma kinux jew ma għadhomx issodisfati; jew

(b)

wara l-applikazzjoni mid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

4.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun notifikat bit-tħassir, bir-revoka jew bl-emenda tal-awtorizzazzjoni skont il-limiti ta' żmien u d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Parti Kontraenti.

5.   It-tħassir ta' awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-awtorizzazzjoni inizjali daħlet fis-seħħ, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fid-deċiżjoni skont il-leġiżlazzjoni doganali.

6.   Ir-revoka jew l-emenda tal-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha l-applikant jirċiviha jew jitqies li rċivieha. Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali meta l-interessi leġittimi tad-detentur tal-awtorizzazzjoni hekk jeħtieġu, l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddifferixxu d-data meta r-revoka jew l-emenda tidħol fis-seħħ skont il-limiti ta' żmien fis-seħħ fil-Partijiet Kontraenti. Id-data meta d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ għandha tkun indikata fid-deċiżjoni dwar ir-revoka jew l-emenda tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 66

Valutazzjoni mill-ġdid ta' awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet doganali kompetenti li jagħtu l-awtorizzazzjoni għandhom jivvalutawha mill-ġdid fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta jkunu saru bidliet fil-leġiżlazzjoni rilevanti li jaffettwaw l-awtorizzazzjoni;

(b)

meta jkun meħtieġ, bħala riżultat tal-monitoraġġ imwettaq;

(c)

meta jkun meħtieġ, minħabba l-informazzjoni pprovduta mid-detentur tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 65(1) jew minn awtoritajiet oħrajn.

2.   L-awtorità doganali kompetenti sabiex tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni mill-ġdid lid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 67

Sospensjoni ta' awtorizzazzjoni

1.   L-awtorità doganali kompetenti sabiex tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tissospendi l-awtorizzazzjoni minflok tannullaha, tirrevokaha jew temendaha, fejn:

(a)

l-awtorità doganali tqis li jista' jkun hemm biżżejjed raġunijiet sabiex tannulla, tirrevoka jew temenda l-awtorizzazzjoni, iżda għad ma għandhiex l-elementi neċessarji kollha sabiex tiddeċiedi fuq it-tħassir, ir-revoka jew l-emenda;

(b)

dik l-awtorità doganali tqis li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mhumiex issodisfati jew li d-detentur tad-deċiżjoni ma jikkonformax mal-obbligi imposti minn dik id-deċiżjoni, u jkun xieraq li d-detentur tad-deċiżjoni jitħalla jieħu miżuri li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet jew il-konformità mal-obbligi;

(c)

id-detentur tal-awtorizzazzjoni jitlob għall-sospensjoni bħal din minħabba li temporanjament huwa ma jistax jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-awtorizzazzjoni jew biex jikkonforma mal-obbligi imposti taħt dik l-awtorizzazzjoni.

2.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(b) u (c) id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tagħti l-awtorizzazzjoni tal-miżuri li jieħu impenn li jwettaq sabiex jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet jew li jiġu rrispettati l-obbligi, kif ukoll dwar il-perjodu ta' żmien li jeħtieġ biex jieħu dawk il-miżuri.

Artikolu 68

Perjodu ta' sospensjoni ta' awtorizzazzjoni

1.   Il-perjodu ta' sospensjoni stabbilit mill-awtorità doganali kompetenti għandu jikkorrispondi għall-perjodu taż-żmien meħtieġ minn dik l-awtorità doganali sabiex tistabbilixxi jekk humiex issodisfati l-kondizzjonijiet għal tħassir, revoka jew emenda.

Madankollu, meta l-awtorità doganali tqis li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jista' ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(1) (b) l-awtorizzazzjoni għandha tiġi sospiża sakemm jiġi stabbilit jekk twettaqx ksur serju jew ksur ripetut minn xi waħda mill-persuni li ġejjin:

(a)

id-detentur tal-awtorizzazzjoni;

(b)

il-persuna inkarigata mill-kumpanija li hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni kkonċernata jew li teżerċita l-kontroll fuq il-maniġment tagħha;

(c)

il-persuna responsabbli għall-kwistjonijiet doganali fil-kumpanija li hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni kkonċernat.

2.   Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 67(1) (b) u (c) il-perjodu ta' sospensjoni stabbilit mill-awtorità doganali kompetenti sabiex jagħti l-awtorizzazzjoni għandu jkun jaqbel mal-perjodu ta' żmien notifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 67(2). Meta dan ikun xieraq, il-perjodu ta' sospensjoni jista' jiġi estiż iktar fuq it-talba tad-detentur tal-awtorizzazzjoni.

Il-perjodu ta' sospensjoni jista' jiġi estiż iktar mill-perjodu ta' żmien meħtieġ mill-awtorità doganali kompetenti biex tivverifika li dawk il-miżuri jiżguraw it-twettiq tal-kondizzjonijiet jew il-konformità mal-obbligi, il-perjodu tal-aħħar taż-żmien ma għandux ikun itwal minn 30 ġurnata.

3.   Meta, wara s-sospensjoni ta' awtorizzazzjoni, l-awtorità doganali kompetenti sabiex tagħti l-awtorizzazzjoni tkun biħsiebha tħassar, tirrevoka jew temenda dik l-awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 65, il-perjodu ta' sospensjoni, kif stabbilit skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, għandu jiġi estiż, fejn xieraq, sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni dwar it-tħassir, ir-revoka jew l-emenda.

Artikolu 69

Tmiem tas-sospensjoni ta' awtorizzazzjoni

1.   Sospensjoni għandha tintemm malli jiskadi l-perjodu ta' sospensjoni sakemm ma sseħħx kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin qabel jiskadi dak il-perjodu:

(a)

is-sospensjoni tiġi rtirata fuq il-bażi li, fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 67(1) (a) ma jkun hemm ebda raġuni valida għat-tħassir, ir-revoka jew l-emendar tal-awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 65, f'liema każ is-sospensjoni għandha tintemm dakinhar tal-irtirar;

(b)

is-sospensjoni tiġi rtirata fuq il-bażi li, fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 67(1) (b) u (c) id-detentur tal-awtorizzazzjoni jkun ħa l-miżuri meħtieġa, li jissodisfaw lill-awtorità doganali kompetenti sabiex tieħu d-deċiżjoni, bil-għan li jiġi żgurat li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-awtorizzazzjoni jew ir-rispett tal-obbligi imposti minn dik l-awtorizzazzjoni, f'liema każ is-sospensjoni għandha tintemm dakinhar tal-irtirar;

(c)

l-awtorizzazzjoni sospiża titħassar, tiġi revokata jew emendata, f'liema każ is-sospensjoni għandha tintemm dakinhar tat-tħassir, ir-revoka jew l-emenda.

2.   L-awtoritajiet doganali kompetenti li jagħtu l-awtorizzazzjoni għandhom jikkomunikaw tmiem is-sospensjoni lid-detentur tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 70

Validità ta' awtorizzazzjoni

L-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw applikazzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 55 u jagħtu awtorizzazzjonijiet qabel l-1 ta' Mejju 2016. Dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Appendiċi u ma għandhomx ikunu validi qabel l-1 ta' Mejju 2016.

Artikolu 71

Valutazzjoni mill-ġdid ta' awtorizzazzjonijiet li diġà jkunu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2016

1.   L-awtorizzazzjonijiet li ngħataw abbażi tal-Artikolu 55(a) (b) (d) u (e) tal-Konvenzjoni kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2008 li huma validi fl-1 ta' Mejju 2016 u li ma għandhomx perjodu limitat ta' validità għandhom jiġu vvalutati mill-ġdid mill-1 ta' Mejju 2019.

2.   L-awtorizzazzjonijiet li ngħataw abbażi tal-Artikolu 55(a) (b) (d) u (e) tal-Konvenzjoni kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2008 li huma validi fl-1 ta' Mejju 2016 għandhom jibqgħu validi kif ġej:

(a)

għal awtorizzazzjonijiet li għandhom perjodu limitat ta' validità, sa tmiem dak il-perjodu jew l-1 ta' Mejju 2019, skont liema minnhom jiġi l-ewwel;

(b)

għal awtorizzazzjonijiet l-oħrajn kollha, sakemm l-awtorizzazzjoni hija vvalutata mill-ġdid.

3.   Id-deċiżjonijiet li jsegwu wara l-valutazzjoni mill-ġdid għandhom jirrevokaw l-awtorizzazzjonijiet ivvalutati mill-ġdid u, fejn xieraq, jagħtu awtorizzazzjonijiet ġodda. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.

4.   Minkejja l-paragrafu (1) l-awtorizzazzjonijiet li ngħataw abbażi tal-Artikolu 55(f)(i) u (ii) tal-Konvenzjoni kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2008 li jkunu validi fl-1 ta' Mejju 2016 għandhom jibqgħu validi wara dik id-data u ma għandhomx bżonn li jerġgħu jiġu vvalutati.

Artikolu 72

Żamma tar-rekords mill-awtoritajiet doganali

1.   L-awtoritajiet doganali għandhom iżommu l-applikazzjonijiet u d-dokumenti ta' sostenn mehmużin, flimkien ma' kopja ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa.

2.   Fejn applikazzjoni tiġi miċħuda jew awtorizzazzjoni titħassar jew tkun revokata, emendata jew sospiża, l-applikazzjoni u d-deċiżjoni li ma tilqax l-applikazzjoni, jew tħassar, tirrevoka, temenda jew tissospendi l-awtorizzazzjoni, fejn xieraq, u d-dokumenti kollha ta' sostenn mehmużin għandhom jinżammu għall-inqas għal tliet snin mill-aħħar tas-sena kalendarja li fiha l-applikazzjoni ma tkunx intlaqgħet jew l-awtorizzazzjoni tkun tħassret jew ġiet revokata, emendata jew sospiża.

Artikolu 73

Validità tas-siġilli li diġà jkunu qegħdin jintużaw fl-1 ta' Mejju 2016

Is-siġilli doganali, imsemmijin fl-Artikolu 38 u s-siġilli ta' tip speċjali msemmijin fl-Artikolu 82 konformi mal-Anness A2 għall-Konvenzjoni kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2008 jistgħu jibqgħu jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet jew sal-1 ta' Mejju 2019, liema minnhom tiġi l-ewwel.

KAPITOLU II

Garanzija komprensiva u rinunzja mill-garanzija

Artikolu 74

Ammont ta' referenza

1.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 75, l-ammont tal-garanzija komprensiva għandu jkun ekwivalenti għal ammont ta' referenza stabbilit mill-uffiċċju doganali tal-garanzija.

2   L-ammont ta' referenza tal-garanzija komprensiva għandu jikkorrispondi għall-ammont tad-dejn li jista' jsir pagabbli b'konnessjoni ma' kull operazzjoni ta' tranżitu komuni li l-garanzija tkun ipprovduta għaliha, fil-perjodu bejn it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu u l-mument meta dik il-proċedura tiġi rilaxxata.

Għall-fini ta' dak il-kalkolu, għandu jingħata każ tal-ogħla rati ta' dejn applikabbli għall-merkanzija tal-istess tip fil-pajjiż tal-uffiċċju doganali tal-garanzija, u l-merkanzija tal-Unjoni li tinġarr skont il-Konvenzjoni għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija mhux tal-Unjoni.

Meta l-informazzjoni meħtieġa biex tiddetermina l-ammont ta' referenza mhuwiex disponibbli lill-uffiċċju doganali tal-garanzija, l-ammont għandu jkun stabbilit għal EUR 10 000 għal kull operazzjoni ta' tranżitu.

3.   L-uffiċċju doganali ta' garanzija għandu jistabbilixxi l-ammont ta' referenza f'kooperazzjoni mad-detentur tal-proċedura. Meta jistipula l-ammont ta' referenza, l-uffiċċju doganali ta' garanzija għandu jistabbilixxi dak l-ammont fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu fit-12-il xahar ta' qabel u fuq stima tal-volum tal-operazzjonijiet ippjanati kif muri b'mod partikolari mid-dokumenti kummerċjali u mill-kontijiet tad-detentur tal-proċedura.

4.   L-uffiċċju doganali tal-garanzija għandu jirrevedi l-ammont ta' referenza fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mid-detentur tal-proċedura u għandu jaġġustaha jekk meħtieġ.

5.   Kull detentur tal-proċedura għandu jiżgura li l-ammont li huwa pagabbli jew jista' jsir pagabblima jkunx ikbar mill-ammont ta' referenza.

Dik il-persuna għandha tinforma lill-uffiċċju doganali ta' garanzija meta l-ammont ta' referenza ma jibqax f'livell suffiċjenti sabiex ikopri l-operazzjonijiet tiegħu.

6.   Il-monitoraġġ tal-ammont ta' referenza li jkopri l-ammont ta' dejn li jista' jsir pagabbli fir-rigward ta' merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu għandu jiġi żgurat, permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 4(1) għal kull operazzjoni ta' tranżitu komuni fiż-żmien tat-tqegħid ta' merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu.

Artikolu 75

Il-livell tal-garanzija komprensiva

1.   Id-detentur tal-proċedura jista' jiġi awtorizzat sabiex juża garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas jew li jkollu rinunzja mill-garanzija.

2.   L-ammont tal-garanzija komprensiva għandu jitnaqqas għal:

(a)

50 % tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 74 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(i)

l-applikant iżomm sistema kontabilistika li tkun konsistenti mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati applikati fil-Parti Kontraenti fejn jinżammu l-kontijiet, tippermetti li jsir kontroll doganali bbażat fuq verifika u jżomm rekord storiku ta' dejta li jipprovdi rekord tal-awditjar minn meta d-dejta tidħol fil-fajl;

(ii)

l-applikant ikollu organizzazzjoni amministrattiva li tikkorrispondi għat-tip u d-daqs tan-negozju u li hija adattata għall-ġestjoni tal-fluss tal-merkanzija, u għandha kontrolli interni li jkunu kapaċi jimpedixxu, isibu u jikkoreġu l-iżbalji u li jimpedixxu u jiskopru tranżazzjonijiet illegali jew irregolari;

(iii)

l-applikant ma jkunx soġġett għal proċeduri ta' falliment;

(iv)

matul l-aħħar tliet snin qabel ma titressaq l-applikazzjoni, l-applikant ikun issodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu rigward ħlasijiet ta' dejn li jinġabar jew b'rabta mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-merkanzija;

(v)

l-applikant juri abbażi tar-rekords u l-informazzjoni disponibbli għall-aħħar tliet snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni li jinsab f'qagħda finanzjarja suffiċjenti sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu u jaqdi l-impenji tiegħu fir-rigward tat-tip u l-volum tal-attività kummerċjali, inkluż li ma jkollux assi netti negattivi, sakemm mhux f'sitwazzjoni li jistgħu jiġu koperti;

(vi)

l-applikant jista' juri li għandu biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu, għall-ammont ta' referenza li mhuwiex kopert mill-garanzija;

(b)

30 % tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 74 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(i)

l-applikant iżomm sistema kontabilistika li tkun konsistenti mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati applikati fil-Parti Kontraenti fejn jinżammu l-kontijiet, tippermetti li jsir kontroll doganali bbażat fuq verifika u jżomm rekord storiku ta' dejta li jipprovdi rekord tal-awditjar minn meta d-dejta tidħol fil-fajl;

(ii)

l-applikant ikollu organizzazzjoni amministrattiva li tikkorrispondi għat-tip u d-daqs tan-negozju u li hija adattata għall-ġestjoni tal-fluss tal-merkanzija, u għandha kontrolli interni li jkunu kapaċi jimpedixxu, isibu u jikkoreġu l-iżbalji u li jimpedixxu u jiskopru tranżazzjonijiet illegali jew irregolari;

(iii)

l-applikant jiżgura li l-impjegati rilevanti jkunu ordnati jgħarrfu lill-awtoritajiet doganali kull meta jiltaqgħu ma' diffikultajiet ta' konformità u jistabbilixxi proċeduri biex jinformaw lill-awtoritajiet doganali dwar diffikultajiet bħal dawn;

(iv)

l-applikant ma jkunx soġġett għal proċeduri ta' falliment;

(v)

matul l-aħħar tliet snin qabel ma titressaq l-applikazzjoni, l-applikant ikun issodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu rigward ħlasijiet ta' dejn li jinġabar jew b'rabta mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-merkanzija;

(vi)

l-applikant juri abbażi tar-rekords u l-informazzjoni disponibbli għall-aħħar tliet snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni li jinsab f'qagħda finanzjarja suffiċjenti sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu u jaqdi l-impenji tiegħu fir-rigward tat-tip u l-volum tal-attività kummerċjali, inkluż li ma jkollux assi netti negattivi, sakemm mhux f'sitwazzjoni li jistgħu jiġu koperti;

(vii)

l-applikant jista' juri li għandu biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu, għas-sehem mill-ammont ta' referenza li mhuwiex kopert mill-garanzija;

(c)

0 % tal-ammont ta' referenza determinat skont l-Artikolu 74 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(i)

l-applikant iżomm sistema kontabilistika li tkun konsistenti mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati applikati fil-Parti Kontraenti fejn jinżammu l-kontijiet, tippermetti li jsir kontroll doganali bbażat fuq verifika u jżomm rekord storiku ta' dejta li jipprovdi rekord tal-awditjar minn meta d-dejta tidħol fil-fajl;

(ii)

l-applikant jagħti aċċess fiżiku lill-awtorità doganali għas-sistemi kontabilistiċi tiegħu u, fejn applikabbli, għar-rekords kummerċjali u tat-trasport tiegħu;

(iii)

l-applikant ikollu sistema loġistika li tidentifika merkanzija bħala merkanzija f'ċirkolazzjoni libera fil-Parti Kontraenti jew bħala merkanzija ta' pajjiż terz u, fejn ikun xieraq, tindika l-post fejn tinsab;

(iv)

l-applikant ikollu organizzazzjoni amministrattiva li tikkorrispondi għat-tip u d-daqs tan-negozju u li hija adattata għall-ġestjoni tal-fluss tal-merkanzija, u għandha kontrolli interni li jkunu kapaċi jimpedixxu, isibu u jikkoreġu l-iżbalji u li jimpedixxu u jiskopru tranżazzjonijiet illegali jew irregolari;

(v)

fejn applikabbli, l-applikant ikollu proċeduri sodisfaċenti għall-ġestjoni ta' liċenzji u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont il-miżuri ta' politika kummerċjali jew rigward il-kummerċ ta' prodotti agrikoli;

(vi)

l-applikant ikollu proċeduri sodisfaċenti għall-arkivjar tar-reġistri u l-informazzjoni tiegħu u għall-protezzjoni kontra t-telf ta' informazzjoni;

(vii)

l-applikant jiżgura li l-impjegati rilevanti jkunu ordnati jgħarrfu lill-awtoritajiet doganali kull meta jiltaqgħu ma' diffikultajiet ta' konformità u jistabbilixxi proċeduri biex jinformaw lill-awtoritajiet doganali dwar diffikultajiet bħal dawn;

(viii)

l-applikant għandu miżuri ta' sigurtà xierqa stabbiliti sabiex jipproteġu lis-sistema kompjuterizzata tal-applikant minn dħul mhux awtorizzat u sabiex jipproteġu d-dokumentazzjoni tal-applikant;

(ix)

l-applikant ma jkunx soġġett għal proċeduri ta' falliment;

(x)

matul l-aħħar tliet snin qabel ma titressaq l-applikazzjoni, l-applikant ikun issodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu rigward ħlasijiet ta' dejn li jinġabar jew b'rabta mal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tal-merkanzija;

(xi)

l-applikant juri abbażi tar-rekords u l-informazzjoni disponibbli għall-aħħar tliet snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni li jinsab f'qagħda finanzjarja suffiċjenti sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu u jaqdi l-impenji tiegħu fir-rigward tat-tip u l-volum tal-attività kummerċjali, inkluż li ma jkollux assi netti negattivi, sakemm mhux f'sitwazzjoni li jistgħu jiġu koperti;

(xii)

l-applikant jista' juri li għandu biżżejjed riżorsi finanzjarji sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu, għas-sehem mill-ammont ta' referenza li mhuwiex kopert mill-garanzija.

Artikolu 76

Metodi tal-użu tal-garanzija komprensiva u tar-rinunzja mill-garanzija

L-uffiċċju doganali tal-garanzija għandu jikkomunika lid-detentur tal-proċedura l-informazzjoni li ġejja:

(a)

numru ta' referenza tal-garanzija;

(b)

kodiċi ta' aċċess assoċjat man-numru ta' referenza tal-garanzija.

Fuq talba tal-persuna li tkun ipprovdiet il-garanzija, l-uffiċċju doganali tal-garanzija għandu jassenja kodiċi ta' aċċess addizzjonali wieħed jew iktar minn wieħed lil din il-garanzija sabiex jintuża minn dik il-persuna jew ir-rappreżentanti tagħha.

Artikolu 77

Projbizzjoni temporanja tal-użu tal-garanzija komprensiva jew tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas, inkluża rinunzja mill-garanzija

Projbizzjoni temporanja tal-użu tal-garanzija komprensiva u tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas, inkluża rinunzja mill-garanzija, tista' seħħ temporanjament fil-każijiet li ġejjin:

(a)

f'ċirkustanzi speċjali;

(b)

għall-merkanzija li għaliha ġiet provata frodi fuq skala kbira li involviet l-użu tal-garanzija.

Iċ-ċirkustanzi speċjali, il-frodi fuq skala kbira u r-regoli ta' proċedura għal projbizzjoni temporanja tal-garanzija komprensiva u tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas, inkluż rinunzja mill-garanzija, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 78

Dokument ta' garanzija

1.   Il-garanzija komprensiva għandha tiġi pprovduta fil-forma ta' impenn minn garanti, bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness C4 tal-Appendiċi III. Il-prova ta' dak l-impenn għandha tinżamm mill-uffiċċju doganali tal-garanzija għall-perjodu ta' validità tal-garanzija.

2.   L-Artikoli 20(2) u 22 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 79

Ċertifikati ta' garanzija komprensiva jew tar-rinunzja mill-garanzija

1.   Fuq il-bażi tal-awtorizzazzjoni, l-uffiċċju doganali tal-garanzija għandu joħroġ ċertifikat wieħed jew aktar ta' garanzija komprensiva lid-detentur tal-proċedura imfassal permezz tal-formola stabbilita fl-Anness C5 tal-Appendiċi III jew ċertifikat wieħed jew aktar ta' rinunzja mill-garanzija mfassal permezz tal-formola stabbilita fl-Anness C6 tal-Appendiċi III sabiex jippermetti lid-dententur tal-proċedura biex jagħti prova ta' garanzija komprensiva jew rinunzja mill-garanzija fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 26(1) (b).

2.   Il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat ma għandux jaqbeż is-sentejn. Madankollu, dan il-perjodu jista' jiġi estiż mill-uffiċċju doganali tal-garanzija għal perjodu ieħor ulterjuri li ma jaqbiżx sentejn.

Artikolu 80

Revoka u kanċellazzjoni relatati mal-awtorizzazzjoni għall-użu ta' garanzija komprensiva jew relatati mal-impenn tal-garanti

1.   L-Artikolu 23(1) u (2) għandu japplika mutatis mutandis għar-revoka u l-kanċellazzjoni relatati mal-awtorizzazzjoni għall-użu ta' garanzija komprensiva jew relatati mal-impenn tal-garanti.

2.   Ir-revoka ta' awtorizzazzjoni għall-użu ta' garanzija komprensiva jew ta' rinunzja mill-garanzija mill-awtoritajiet doganali, u d-data ta' revoka mill-uffiċċju doganali tal-garanzija ta' impenn minn garanti, jew id-data tal-kanċellazzjoni ta' impenn minn garanti għandhom jiġu introdotti fis-sistema msemmija fl-Artikolu 9 mill-uffiċċju doganali tal-garanzija.

3.   Mid-data effettiva tar-revoka jew tal-kanċellazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kwalunkwe ċertifikat tal-garanzija komprensiva jew kwalunkwe ċertifikat tar-rinunzja mill-garanzija maħruġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(1) (b) ma għandhux jintuża sabiex iqiegħed il-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu u għandu jitradd lura mid-detentur tal-proċedura lill-uffiċċju doganali tal-garanzija mingħajr dewmien.

Kull pajjiż għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-mezzi li bihom jistgħu jiġu identifikati ċ-ċertifikati li jibqgħu validi iżda li ma jkunux troddew lura jew inkella li ġew iddikjarati misruqa, mitlufa jew falsifikati. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-pajjiżi l-oħrajn.

KAPITOLU III

Użu ta' siġilli ta' tip speċjali.

Artikolu 81

Awtorizzazzjoni għall-użu ta' siġilli ta' tip speċjali

1.   L-awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 55(b) għall-użu ta' siġilli ta' tip speċjali fuq mezzi tat-trasport, kontejners jew pakketti użati għall-proċedura komuni ta' tranżitu għandhom jingħataw meta l-awtoritajiet doganali japprovaw is-siġilli stabbiliti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

2.   L-awtorità doganali għandha taċċetta, fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni, siġilli ta' tip speċjali li ġew approvati mill-awtoritajiet doganali ta' pajjiż ieħor sakemm ma jkollhiex informazzjoni li s-siġill partikolari mhuwiex adattat għal skopijiet doganali.

Artikolu 82

Formalitajiet għall-użu ta' siġilli ta' tip speċjali

1.   Is-siġilli ta' tip speċjali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 38(1).

Meta s-siġilli jkunu ġew iċċertifikati minn korp kompetenti skont l-Istandard Internazzjonali Nru 17712:2013 tal-ISO “Kontejners tat-tagħbija — Siġilli Mekkaniċi”, dawk is-siġilli għandhom jitqiesu li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti.

Għat-trasport fil-kontejners, għandhom jintużaw sa fejn hu possibbli siġilli b'karatteristiċi ta' sigurtà għolja.

2.   Is-siġill ta' tip speċjali għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-isem tal-persuna awtorizzata biex tużah skont l-Artikolu 55(b);

(b)

abbrevjazzjoni jew kodiċi korrispondenti li fuq il-bażi tagħhom l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq tkun tista' tidentifika l-persuna kkonċernata.

3.   Id-detentur tal-proċedura għandu jdaħħal in-numru u l-identifikaturi tas-siġill individwali tas-siġilli ta' tip speċjali fid-dikjarazzjoni ta' tranżitu u għandu jwaħħal is-siġilli mhux iktar tard minn meta l-merkanzija tiġi rilaxxata għall-proċedura komuni ta' tranżitu.

4.   Is-siġilli ta' tip speċjali konformi mal-Anness II għal dan l-Appendiċi kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 1/2008 jistgħu jibqgħu jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet jew sal-1 ta' Mejju 2019, liema minnhom tiġi l-ewwel.

Artikolu 83

Superviżjoni doganali għall-użu ta' siġilli ta' tip speċjali

L-awtorità doganali għandha tagħmel dan li ġej:

(a)

tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn dwar siġilli ta' tip speċjali li jkunu qegħdin jintużaw u dwar siġilli ta' tip speċjali li tkun iddeċidiet li ma tapprovax minħabba irregolaritajiet jew nuqqasijiet tekniċi.

(b)

tirrevedi s-siġilli ta' tip speċjali approvati minnha u li jkunu qegħdin jintużaw, meta tirċievi informazzjoni li awtorità oħra tkun iddeċidiet li ma tapprovax siġill partikolari ta' tip speċjali;

(c)

tagħmel konsultazzjoni reċiproka sabiex tintlaħaq valutazzjoni komuni;

(d)

tissorvelja l-użu tas-siġilli ta' tip speċjali minn persuni awtorizzati skont l-Artikolu 81.

Fejn meħtieġ, il-Partijiet Kontraenti bi qbil ma' xulxin jistgħu jistabbilixxu sistema komuni ta' enumerazzjoni, jiddefinixxu l-użu ta' karatteristiċi komuni tas-sigurtà u t-teknoloġija.

KAPITOLU IV

Status ta' konsenjatur awtorizzat

Artikolu 84

Awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' konsenjatur awtorizzat għat-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu

L-istatus ta' konsenjatur awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 55(c) għandu jingħata biss lil dawk l-applikanti li huma awtorizzati biex jipprovdu garanzija komprensiva jew li jużaw rinunzja mill-garanzija msemmija fl-Artikolu 55(a).

Artikolu 85

Kontenut tal-awtorizzazzjoni għall-istatus ta' konsenjatur awtorizzat

L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika b'mod partikolari:

(a)

l-uffiċċju/i doganali tat-tluq għall-operazzjonijiet tat-tranżitu komuni li għandhom isiru;

(b)

il-limitu ta' żmien disponibbli għall-awtoritajiet doganali wara li l-konsenjatur awtorizzat ikun għamel dikjarazzjoni tat-tranżitu sabiex isiru l-kontrolli tal-merkanzija, jekk ikunu meħtieġa, qabel ir-rilaxx tal-merkanzija;

(c)

il-miżuri ta' identifikazzjoni li għandhom jittieħdu, f'liema każ l-awtoritajiet doganali jistgħu jippreskrivu li l-mezzi tat-trasport jew il-pakkett jew pakketti għandu jkollhom siġilli ta' tip speċjali approvati mill-awtoritajiet doganali bħala li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti fl-Anness 82 u assenjati li jitwaħħlu mill-konsenjatur awtorizzat;

(d)

il-kategoriji jew il-movimenti ta' merkanzija projbiti;

(e)

il-miżuri ta' tħaddim u ta' kontroll li magħhom irid ikun konformi il-konsenjatur awtorizzat. Jekk applikabbli, kwalunkwe kundizzjoni speċifika relatata mal-arranġamenti ta' tranżitu li jsiru barra mis-sigħat normali ta' xogħol tal-uffiċċju(i) doganali tat-tluq.

Artikolu 86

Tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu minn konsenjatur awtorizzat

1.   Meta konsenjatur awtorizzat ikollu l-ħsieb li jqiegħed merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu, għandu jippreżenta dikjarazzjoni tat-tranżitu fl-uffiċċju doganali tat-tluq. Il-konsenjatur awtorizzat ma għandux jibda l-operazzjoni ta' tranżitu komuni qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien speċifikat fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(c).

2.   Il-konsenjatur awtorizzat għandu jdaħħal l-informazzjoni li ġejja fis-sistema elettronika ta' tranżitu:

(a)

l-itinerarju fejn ikun ġie stabbilit itinerarju skont l-Artikolu 33(2).

(b)

il-limitu ta' żmien stabbilit skont l-Artikolu 34 li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni;

(c)

in-numru u l-identifikaturi tas-siġill individwali tas-siġilli, fejn xieraq.

3.   Il-konsenjatur awtorizzat jista' jipprintja dokument ta' akkumpanjament tat-tranżitu biss wara r-riċevuta tan-notifika tar-rilaxx tal-merkanzija għall-proċedura komuni ta' tranżitu mill-uffiċċju doganali tat-tluq.

KAPITOLU V

Status ta' konsenjatarju awtorizzat

Artikolu 87

Awtorizzazzjonijiet għall-istatus ta' konsenjatarju awtorizzat sabiex jirċievi merkanzija ttrasportata taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu

L-istatus ta' konsenjatarju awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 55(d) għandu jingħata biss lill-applikanti li jiddikjaraw li sejrin jirċievu regolarment merkanzija li tkun tqiegħdet taħt proċedura komuni ta' tranżitu.

Artikolu 88

Formalitajiet għal merkanzija trasportata taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu riċevuta minn konsenjatarju awtorizzat

1.   Meta l-merkanzija tasal f'post speċifikat fl-awtorizzazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 55(d) il-konsenjatarju awtorizzat għandu:

(a)

jinnotifika minnufih lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni dwar il-wasla tal-merkanzija u jinfurmah dwar kwalunkwe irregolarità jew inċident li seħħ matul it-trasport;

(b)

iħott il-merkanzija biss wara li jkun kiseb il-permess mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni;

(c)

wara l-ħatt, idaħħal ir-riżultati tal-ispezzjoni u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti relatata mal-ħatt fir-reġistri tiegħu mingħajr dewmien;

(d)

jinnotifika lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni dwar ir-riżultati tal-ispezzjoni tal-merkanzija u jinfurmaha dwar kwalunkwe irregolarità mhux aktar tard mit-tielet jum wara l-jum li fih ikun irċieva l-permess li jħott il-merkanzija.

2.   Meta l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jkun irċieva n-notifika tal-wasla tal-merkanzija fil-post tal-konsenjatarju awtorizzat, dan għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali tat-tluq dwar il-wasla tal-merkanzija.

3.   Meta l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jkun irċieva r-riżultati tal-ispezzjoni tal-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1(d) għandu jibgħat ir-riżultati tal-kontroll lill-uffiċċju doganali tat-tluq mhux iktar tard mis-sitt jum wara l-jum li fih il-merkanzija tkun ġiet ikkunsinnata lill-konsenjatarju awtorizzat.

Artikolu 89

Kontenut tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika b'mod partikolari:

(a)

l-uffiċċju jew l-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni responsabbli għall-merkanzija riċevuta mill-konsenjatarju awtorizzat;

(b)

il-limitu ta' żmien meta l-konsenjatarju awtorizzat jirċievi l-permess biex iħott l-merkanzija mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni;

(c)

il-kategoriji jew il-movimenti ta' merkanzija li ġew esklużi

(d)

il-miżuri ta' tħaddim u ta' kontroll li magħhom irid ikun konformi l-konsenjatarju awtorizzat. Jekk applikabbli, kwalunkwe kundizzjoni speċifika relatata mal-arranġamenti ta' tranżitu li jsiru barra mis-sigħat normali ta' xogħol tal-uffiċċju(i) doganali tad-destinazzjoni.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw fl-awtorizzazzjoni jekk tkunx meħtieġa li tittieħed kwalunkwe azzjoni mill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni qabel ma l-konsenjatarju awtorizzat ikun jista' jiddisponi mill-merkanzija riċevuta.

Artikolu 90

Tmiem il-proċedura komuni ta' tranżitu għal merkanzija rċevuta minn konsenjatarju awtorizzat

1.   Id-detentur tal-proċedura għandu jiġi kkunsidrat li ssodisfa l-obbligi tiegħu u l-proċedura komuni ta' tranżitu għandha titqies li tintemm skont l-Artikolu 48(1) meta l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata intatta lill-konsenjatarju awtorizzat kif previst fl-Artikolu 55(d) fil-post speċifikat fl-awtorizzazzjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit skont l-Artikolu 34.

2.   Fuq talba tat-trasportatur, il-konsenjatarju awtorizzat għandu joħroġ l-irċevuta li tiċċertifika l-wasla tal-merkanzija f'post speċifikat fl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(d) ta' dan l-Appendiċi u jkun fiha referenza għall-MRN tal-operazzjoni ta' tranżitu komuni. L-irċevuta għandha tiġi pprovduta permezz tal-formola stabbilita fl-Anness B10 fl-Appendiċi III.

KAPITOLU VI

Proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija

Taqsima 1:

Dispożizzjonijiet ġenerali b'rabta mal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija

Artikolu 91

Nota ta' konsenja CIM bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu għall-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija

In-nota ta' konsenja CIM għandha titqies bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu għall-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija, sakemm tintuża għall-operazzjonijiet tat-trasport li huma mwettqin minn impriżi ferrovjarji f'kooperazzjoni ma' xulxin.

Artikolu 92

Uffiċċji tal-kontabbiltà ta' impriżi ferrovjarji awtorizzati u kontroll doganali

1.   L-impriżi ferrovjarji awtorizzati għandhom iżommu r-reġistri fl-uffiċċji tal-kontabbiltà tagħhom u jużaw is-sistema miftiehma b'mod komuni implimentata f'dawk l-uffiċċji sabiex jinvestigaw l-irregolaritajiet.

2.   L-awtorità doganali tal-pajjiż fejn l-impriża ferrovjarja awtorizzata hija stabbilita għandha jkollha aċċess għad-dejta fl-uffiċċju tal-kontabbiltà ta' dik l-impriża.

3.   Għall-finijiet ta' kontroll doganali, l-impriża ferrovjarja awtorizzata għandha, fil-pajjiż tad-destinazzjoni, tagħmel in-noti ta' konsenja CIM kollha li jintużaw bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu għall-użu ta' proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija ttrasportata bil-ferrovija disponibbli għall-awtoritajiet doganali fil-pajjiż tad-destinazzjoni, skont kwalunkwe dispożizzjoni definita bi ftehim reċiproku ma' din l-awtorità.

Artikolu 93

Detentur tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija u l-obbligi tiegħu

1.   Id-detentur tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija għandu jkun wieħed minn dawn:

(a)

impriża ferrovjarja awtorizzata stabbilita f'pajjiż u li taċċetta l-ġarr tal-merkanzija taħt in-nota ta' konsenja CIM bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu għall-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija u li timla l-kaxxa 58b tan-nota ta' konsenja CIM billi timmarka l-kaxxa “iva” u billi ddaħħal il-kodiċi tal-UIC tagħha;

(b)

meta l-operazzjoni tat-trasport tibda barra mit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti u l-merkanzija tidħol f'dak it-territorju doganali, kwalunkwe impriża ferrovjarja awtorizzata oħra li hija stabbilita f'pajjiż u li f'isimha l-kaxxa 58b timtela minn impriża ferrovjarja ta' pajjiż terz.

2.   Id-detentur ta' dik il-proċedura żomm lilu nnifsu responsabbli għall-istqarrija impliċita li l-impriżi ferrovjarji suċċessivi jew sostituti involuti fl-użu ta' operazzjoni komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi jilħqu wkoll ir-rekwiżiti tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija.

Artikolu 94

Obbligi tal-impriżi ferrovjarji awtorizzati

1.   Il-merkanzija tittieħed u tiġi ttrasportata suċċessivament minn impriżi ferrovjarji awtorizzati differenti fuq l-iskala nazzjonali u l-impriżi ferrovjarji awtorizzati involuti jiddikkjaraw lilhom infushom bħala responsabbli b'mod konġunt lill-awtoritajiet doganali għal kwalunkwe dejn potenzjali.

2.   Minkejja l-obbligi tad-detentur tal-proċedura, kif imsemmi fl-Artikolu 8, impriżi ferrovjarji awtorizzati oħrajn li jieħdu l-merkanzija matul l-operazzjoni tat-trasport u li huma indikati fil-kaxxa 57 fin-nota ta' konsenja CIM għandhom ikunu responsabbli wkoll għall-applikazzjoni xierqa tal-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija.

3.   L-impriżi ferrovjarji awtorizzati f'kooperazzjoni ma' xulxin għandhom joperaw sistema maqbula b'mod komuni sabiex jivverifikaw u jinvestigaw irregolaritajiet, movimenti tal-merkanzija tagħhom u jkunu responsabbli għal dan li ġej:

(a)

għall-ħlas separat tal-kostijiet tat-trasport fuq il-bażi ta' informazzjoni li għandha ssir disponibbli għal kull operazzjoni komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija u għal kull xahar għall-impriżi ferrovjarji awtorizzati indipendenti kkonċernati f'kull pajjiż;

(b)

għad-disaggregazzjoni tal-kostijiet tat-trasport għall kull pajjiż li l-merkanzija tidħol fit-territorju tiegħu matul l-użu tal-operazzjoni komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija;

(c)

għall-ħlas tas-sehem rispettiv tal-kostijiet imġarrbin minn kull waħda mill-impriżi ferrovjarji awtorizzata li jikkooperaw flimkien.

Artikolu 95

Tikketta

L-impriżi ferrovjarji awtorizzata għandhom jiżguraw li l-merkanzija ttrasportata taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija hija identifikata minn tikketti li għandhom pittogramma fuqhom, kampjun ta' din jidher fl-Anness B11 tal-Appendiċi III.

It-tikketti għandhom jitwaħħlu jew jiġu stampati direttament fuq in-nota ta' konsenja CIM kif ukoll fuq il-vagun ferrovjarju rilevanti fil-każ ta' tagħbija mimlija jew, f'kazijiet oħrajn, fuq il-pakkett jew pakketti.

Jista' jintuża timbru li jirriproduċi l-pittogramma murija fl-Anness B11 tal-Appendiċi III minflok it-tikketta msemmija fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 96

Modifika tal-kuntratti ta' ġarr

Meta kuntratt ta' ġarr ikun modifikat sabiex:

(a)

operazzjoni ta' trasport li kellha tintemm barra mit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti tintemm ġewwa t-territorju ta' dik il-Parti Kontraenti, jew

(b)

operazzjoni ta' trasport li kellha tintemm ġewwa t-territorju doganali ta' Parti Kontraenti tintemm barra ta' dik il-Parti Kontraenti,

l-impriżi ferrovjarji awtorizzati ma għandhomx jeżegwixxu l-kuntratt modifikat mingħajr il-ftehim minn qabel tal-uffiċċju doganali tat-tluq.

Fil-każijiet kollha l-oħrajn, l-impriżi ferrovjarji awtorizzati jistgħu jeżegwixxu l-kuntratt modifikat. Għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-uffiċċju doganali tat-tluq bil-modifika mwettqa.

Taqsima 2:

Moviment tal-merkanzija bejn il-partijiet kontraenti

Artikolu 97

Użu tan-nota ta' konsenja CIM

1.   In-nota ta' konsenja CIM għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali tat-tluq fil-każ ta' operazzjoni ta' trasport li għaliha tapplika l-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija u li tibda u tintemm ġewwa t-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

2.   L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jdaħħal b'mod ċar fil-kaxxa riservata għad-dwana fuq il-paġni 1, 2 u 3 tan-nota ta' konsenja CIM:

(a)

il-kodiċi “T1”, fejn il-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-proċedura T1;

(b)

il-kodiċi “T2” jew “T2F”, kif xieraq, fejn il-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-proċedura T2 u, skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni, it-tidħil ta' din il-kodiċi huwa obbligatorju.

Il-kodiċi “T2” jew “T2F” għandu jiġi awtentikat bit-timbru tal-uffiċċju doganali tat-tluq.

3.   Ħlief fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi 2, il-merkanzija li hija ttrasportata minn punt sa ieħor fl-Unjoni minn ġewwa t-territorju ta' pajjiż ta' tranżitu komuni wieħed jew aktar u l-merkanzija li hija ttrasportata mill-Unjoni għal destinazzjoni f'pajjiż ta' tranżitu komuni, għandhom ikunu sottoposti għall-proċedura T2, soġġetti għall-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stipulati minn kull Stat Membru tal-Unjoni, għat-totalità tal-vjaġġ mill-istazzjon tat-tluq għall-istazzjon tad-destinazzjoni mingħajr preżentazzjoni tan-nota ta' konsenja CIM li tkopri l-merkanzija għand l-uffiċċju doganali tat-tluq.

Meta l-merkanzija tiġi ttrasportata minn punt sa ieħor fl-Unjoni minn ġewwa territorju ta' pajjiż ta' tranżitu komuni wieħed jew aktar, it-tikketti msemmijin fl-Artikolu 95 m'hemmx għalfejn jitwaħħlu.

4.   Meta operazzjoni ta' trasport tibda f'pajjiż ta' tranżitu komuni, il-merkanzija għandha titqies li qiegħda tiċċirkola skont il-proċedura T1. Madankollu, jekk il-merkanzija għandha tiġi ttrasportata taħt il-proċedura T2 skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) (b) tal-Konvenzjoni, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jindika fuq il-folja 3 tan-nota ta' konsenja CIM li l-merkanzija li għaliha jirriferi d-dokument tinġarr skont il-proċedura T2. F'dan il-każ, il-kaxxa riżervata għall-użu mid-dwana għandha tiġi mmarkata ċara bil-kodiċi ‘T2’ jew ‘T2F’, skont il-każ, it-timbru tal-uffiċċju doganali tat-tluq u l-firma tal-uffiċjal responsabbli. Fil-każ ta' merkanzija li tiċċirkola skont il-proċedura T1, il-kodiċi ‘T1’ ma għandux bżonn li jiġi indikat fid-dokument.

5   Il-folji kollha tan-nota ta' konsenja CIM għandhom jintbagħtu lura lill-persuna kkonċernata.

6   Kull pajjiż ta' tranżitu komuni jista' jipperevdi li l-merkanzija li tiċċirkola skont il-proċedura T1 ma jkunx hemm għalfejn tiġi preżentata magħhom l-ittra tat-twassil CIM fl-uffiċċju doganali tat-tluq.

7   Għall-merkanzija msemmija fil-paragrafi 2, 3 jew 5, l-uffiċċju doganali kompetenti għall-istazzjon tad-destinazzjoni għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni. Madankollu, jekk il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera jew tkun soġġetta għal proċedura oħra fi stazzjon intermedja, l-uffiċċju doganali kompetenti għal dik l-istazzjon għandu jaġixxi ta' uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

Artikolu 98

Miżuri ta' identifikazzjoni

Sakemm l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jiddeċidix mod ieħor, bħala regola ġenerali u wara li jitqiesu l-miżuri ta' identifikazzjoni applikati mill-impriżi ferrovjarja awtorizzati, dak l-uffiċċju doganali ma għandux jissiġilla l-mezzi tat-trasport jew il-pakketti individwali li jkun fihom il-merkanzija.

Artikolu 99

Formalitajiet fl-uffiċċju doganali tat-tranżitu

Meta tkun tapplika l-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija, ma għandha ssir l-ebda formalità fl-uffiċċju doganali tat-tranżitu.

Artikolu 100

Formalitajiet fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni

1.   Meta l-merkanzija mqiegħda taħt proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija tasal fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, dawn li ġejjin għandhom jiġu ppreżentati mill-impriża ferrovjarja awtorizzata f'dak l-uffiċċju doganali:

(a)

il-merkanzija;

(b)

il-folji 2 u 3 tan-nota ta' konsenja CIM.

L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jibgħat lura l-folja 2 tan-nota ta' konsenja CIM lill-impriża ferrovjarja awtorizzata wara li jittimbraha u għandu jżomm il-folja 3 tan-nota ta' konsenja CIM.

2.   L-uffiċċju doganali kompetenti għall-istazzjon tad-destinazzjoni għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

Madankollu, jekk il-merkanzija tkun rilaxxata għal cirkolazzjoni libera jew titqiegħed taħt proċedura doganali oħra fi stazzjon intermedja, l-uffiċċju doganali kompetenti għal din l-istazzjoni għandu jservi bħala l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

3.   F'każ imsemmi fl-Artikolu 97(3), ma għandha ssir l-ebda formalità fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

Taqsima 3:

Moviment tal-merkanzija lejn jew minn pajjiżi terzi

Artikolu 101

Moviment tal-merkanzija lejn pajjiżi terzi

1.   L-Artikoli 97 u 98 japplikaw għall-operazzjonijiet ta' trasport li jibdew mit-territorju ta' Parti Kontraenti u għandha tintemm f'pajjiż terz.

2.   L-uffiċċju doganali kompetenti għall-istazzjoni tal-fruntiera li minnha l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija toħroġ mit-territorju ta' Parti Kontraenti għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

3.   Ma hemm bżonn li ssir l-ebda formalità fl-uffiċċju doganali.

Artikolu 102

Moviment tal-merkanzija minn pajjiżi terzi

1.   L-uffiċċju doganali kompetenti għall-istazzjon tal-fruntiera li minnha l-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija tidħol it-territorju ta' Parti Kontraenti għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju doganali tat-tluq għall-operazzjoni ta' trasport li tibda f'pajjiż terz u għandha tintemm fit-territorju ta' Parti Kontraenti.

Ma hemm bżonn li ssir l-ebda formalità fl-uffiċċju doganali.

2.   L-uffiċċju doganali kompetenti għall-istazzjon tad-destinazzjoni għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni. Madankollu, jekk il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera jew tkun soġġetta għal proċedura doganali oħra fi stazzjon intermedju, l-uffiċċju doganali kompetenti għal dak l-istazzjon għandu jaġixxi ta' uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

Il-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 100 għandhom isiru fl-uffiċċju doganali.

Artikolu 103

Moviment tal-merkanzija minn ġot-territorju tal-Partijiet Kontraenti

1.   L-uffiċċji doganali li għandhom jaġixxu bħala l-uffiċċju doganali tat-tluq u l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għall-operazzjonijiet ta' trasport li jibdew u jintemmu f'pajjiż terz għandhom ikunu dawk imsemmijin fl-Artikolu 101(2) u 102(1) rispettivament.

2.   Ma hemm bżonn li ssir l-ebda formalità fl-uffiċċju doganali tat-tluq jew tad-destinazzjoni.

Artikolu 104

Status doganali tal-merkanzija

Il-merkanzija trasportata skont l-Artikolu 102(1) jew 103(1) għandha titqies bħallikieku qiegħda tiċċirkola taħt il-proċedura T1 sakemm ma jiġix stabbilit l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi II.

Taqsima 4:

Dispożizzjonijiet oħrajn

Artikolu 105

Listi tat-tagħbija

1.   Fil-każ ta' nota ta' konsenja CIM li fiha vagun jew kontenitur wieħed jew aktar, il-listi tat-tagħbija stabbiliti fl-Anness B4 fl-Appendiċi III jistgħu jintużaw.

Il-lista tat-tagħbija għandha tinkludi n-numru tal-vagun li għalih tirriferi n-nota ta' konsenja CIM jew, fejn huwa xieraq, in-numru tal-kontejner li fih tinsab il-merkanzija.

2.   Għall-operazzjonijiet ta' trasport li jibdew fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti li fl-istess waqt jinkludu merkanzija li tiċċirkola taħt il-proċedura T1 kif ukoll merkanzija li tiċċirkola taħt il-proċedura T2, għandhom jitfasslu listi ta' tagħbija separati;

In-numri tas-serje tal-listi tat-tagħbija relatati ma' kull wieħed miż-żewġ tipi ta' merkanzija għandhom jiddaħħlu fil-kaxxa riżervata għad-deskrizzjoni tal-merkanzija fin-nota ta' konsenja CIM.

3.   Il-listi tat-tagħbija li jakkumpanjaw in-nota ta' konsenja CIM għandhom jifformaw parti integrali minnha u għandu jkollhom l-istess effetti legali.

4.   Il-lista oriġinali tal-listi tat-tagħbija għandha tiġi awtentikata bit-timbru tal-istazzjon tad-dispaċċ.

Artikolu 106

Ambitu tal-proċeduri standard u l-proċeduri bbażati fuq dokumenti fiżiċi għat-trasport ikkombinat bit-triq u bil-ferrovija

1.   Fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport ikkombinati bit-triq u bil-ferrovija, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 91 sa 105 ma għandhomx jipprekludu l-użu tal-proċeduri stabbiliti fit-Titolu II. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 92 u 95 xorta japplikaw.

2.   Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, għandha tiddaħħal referenza ċara għad-dikjarazzjoni(jiet) tat-tranżitu li tintuża/jintużaw fil-kaxxa rriżervata għad-dettalji tad-dokumenti ta' akkumpanjament fil-mument li tkun qed timtela n-nota ta' konsenja CIM.

Dik ir-referenza għandha tispeċifika t-tip ta' dik id-dikjarazzjoni tat-tranżitu, l-uffiċċju doganali tat-tluq, id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni ta' kull dikjarazzjoni tat-tranżitu użata.

Barra minn hekk, il-folja 2 tan-nota ta' konsenja CIM għandha tkun awtentikata mill-impriża ferrovjarja kompetenti għall-aħħar stazzjon tal-ferrovija involuta fl-operazzjoni komuni ta' tranżitu. Dik l-impriża ferrovjarja għandha tawtenika n-nota ta' konsenja CIM wara li taċċerta li t-trasport tal-merkanzija huwa kopert mid-dikjarazzjoni jew mid-dikjarazzjonijiet tat-tranżitu msemmijin.

3.   Meta l-merkanzija tkun qiegħda titwassal b'kombinazzjoni ta' trasport bit-triq u bil-ferrovija, taħt il-kopertura ta' dikjarazzjoni tat-tranżitu waħda jew aktar magħmula skont il-proċedura stipulata fit-Titolu II, tiġi aċċettata mill-impriżi ferrovjarji fi stazzjon tal-ferrovija u titgħabba fuq il-vaguni, dawk l-impriżi ferrovjarji għandhom jieħdu r-responsabbiltà għall-ħlas ta' dejn fejn jirriżultaw kontravenzjonijiet jew irregolaritajiet matul il-vjaġġ bil-ferrovija, jekk ma hemmx garanzija valida fil-pajjiż fejn tkun seħħet jew jitqies li seħħet il-kontravenzjoni jew l-irregolarità, u jekk mhux possibbli li dawn l-ammonti jiġu rkuprati mingħand id-detentur tal-proċedura.

Artikolu 107

Konsenjatur awtorizzat u konsenjatarju awtorizzat

1.   Meta l-preżentazzjoni tan-nota ta' konsenja CIM bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu u tal-merkanzija mhijiex meħtieġa fl-uffiċċju doganali tat-tluq fir-rispett tal-merkanzija li għandha titqiegħed minn konsenjatur awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 55(c) skont il-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bil-ferrovija, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-folji 1, 2 u 3 tan-nota ta' konsenja CIM għandhom ikollhom il-kodiċi “T1”, “T2” jew “T2F”, kif applikabbli.

2.   Meta l-merkanzija tasal fil-post ta' konsenjatarju awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 55(d), l-awtoritajiet doganali jistgħu jipprovdu li, permezz ta' deroga mill-Artikolu 88, il-folji 2 u 3 tan-nota ta' konsenja CIM għandhom jiġu ppreżentati direttament mill-impriżi ferrovjarji awtorizzati jew mill-impriża tat-trasport lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.

KAPITOLU VII

Proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr mill-ajru u l-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq manifest elettroniku għall-merkanzija li tinġarr mill-ajru;

Artikolu 108

Manifest bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu għall-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr mill-ajru

1.   Kumpanija tal-ajru tista' tiġi awtorizzata tuża l-manifest tal-merkanzija bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu jekk il-kontenut jikkorrispondi għall-formola stabbilita fl-Appendiċi 3 għa;l-Anness 9 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, magħmula f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944.

2.   L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(e) relatata mal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr mill-ajru għandha tindika l-forma tal-manifest u l-ajruporti tat-tluq u tad-destinazzjoni għall-operazzjonijiet komuni ta' tranżitu. Il-kumpanija tal-ajru awtorizzata skont l-Artikolu 55(e) għal dik il-proċedura għandha tibgħat kopja awtentika ta' dik l-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet doganali kompetenti ta' kull ajruport ikkonċernat.

3.   Meta operazzjoni ta' trasport tinvolvi merkanzija li tiġi ttrasportata taħt il-proċedura T1 u merkanzija li tiġi ttrasportata taħtil-proċedura T2 bejn territorju fiskali speċjali u parti oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni li mhijiex territorju fiskali speċjali, dik il-merkanzija għandha tiġi elenkata fuq manifesti separati.

Artikolu 109

Formalitajiet li jridu jitwettqu minn kumpanija tal-ajru

1.   Il-kumpanija tal-ajru għandha ddaħħal l-informazzjoni li ġejja f'manifest:

(a)

il-kodiċi “T1”, fejn il-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-proċedura T1;

(b)

il-kodiċi “T2” jew “T2F”, kif xieraq, fejn il-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-proċedura T2 u, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni, it-tidħil ta' din il-kodiċi huwa obbligatorju;

(c)

l-isem tal-kumpanija tal-ajru li tittrasporta l-merkanzija;

(d)

in-numru tat-titjira;

(e)

id-data tat-titjira;

(f)

l-ajruport tat-tluq u l-ajruport tad-destinazzjoni.

2.   Barra mill-informazzjoni mitluba fil-paragrafu 1, il-kumpanija tal-ajru għandha ddaħħal l-informazzjoni li ġejja fil-manifest għal kull konsenja:

(a)

in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru;

(b)

in-numru ta' pakketti;

(c)

id-deskrizzjoni tal-merkanzija inklużi d-dettalji kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tagħha;

(d)

il-piż gross.

3.   Fil-każ ta' raggruppament tal-merkanzija, id-deskrizzjoni fil-manifest għandha tiġi sostitwita, fejn xieraq, bil-kelma “Konsolidazzjoni”, li tista' tkun fil-forma mqassra. F'dak il-każ, il-poloz tal-vjeġġ bl-ajru għal konsenji fuq il-manifest għandhom jinkludu d-deskrizzjoni kummerċjali tal-merkanzija li tinkludi d-dettalji kollha meħtieġa għall-identifikazzjoni tagħhom. Dawn il-poloz tal-vjeġġ bl-ajru għandhom jithemżu mal-manifest.

4.   Il-kumpanija tal-ajru għandha tikteb id-data u tiffirma l-manifest.

5.   Tal-inqas żewġ kopji tal-manifest għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali kompetenti fl-ajruport tat-tluq, li għandu jżomm waħda minnhom.

6.   Kopja tal-manifest għandha tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-ajruport tad-destinazzjoni.

Artikolu 110

Verifika ta' lista ta' manifesti użati bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr mill-ajru

1.   Darba fix-xahar, l-awtoritajiet doganali kompetenti f'kull ajruport tad-destinazzjoni għandhom jawtentikaw lista ta' manifesti ppreżentati lil dawk l-awtoritajiet matul ix-xahar ta' qabel u għandhom jgħadduha lill-awtoritajiet doganali f'kull ajruport tat-tluq.

2.   Dik il-lista għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja għal kull manifest:

(a)

in-numru tal-manifest;

(b)

il-kodiċi li jientifika l-manifest bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu skont l-Artikolu 109(1) (a) u (b);

(c)

l-isem tal-kumpanija tal-ajru li tittrasporta l-merkanzija;

(d)

in-numru tat-titjira; kif ukoll

(e)

id-data tat-titjira.

3.   L-awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 55(e) relatata mal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr mill-ajru tista' tindika wkoll li l-kumpaniji tal-ajru stess jistgħu jgħaddu l-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull ajruport tat-tluq.

4.   Fil-każ li jinstabu irregolaritajiet fir-rigward tal-indikazzjonijiet tal-manifest li jidhru f'din il-lista, l-awtoritajiet doganali kompetenti tal-ajruport tad-destinazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-ajruport tat-tluq u l-awtorità doganali kompetenti tal-awtorizzazzjoni, partikolarment permezz ta' referenza għall-poloz tal-vjeġġ bl-ajru inkwistjoni.

Artikolu 111

Manifest elettroniku bħala dikjarazzjoni tat-tranżitu għall-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu bbażata fuq dokumenti fiżiċi għall-merkanzija li tinġarr bl-ajru

1.   Il-kumpanija tal-ajru għandha tgħaddi l-manifest imħejji fl-ajruport tat-tluq lill-ajruport tad-destinazzjoni permezz ta' sistema elettronika li tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni.

2.   Il-kumpanija tal-ajru għandha ddaħħal wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin ħdejn l-oġġetti rilevanti fil-manifest:

(a)

“T1”, fejn il-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-proċedura T1;

(b)

il-kodiċi “T2” jew “T2F”, kif xieraq, fejn il-merkanzija tiġi ttrasportata taħt il-proċedura T2 u, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni, it-tidħil ta' din il-kodiċi huwa obbligatorju;

(c)

“TD” għall-merkanzija li diġà tiċċirkola taħt proċedura ta' tranżitu. F'dawk il-każijiet, il-kumpanija tal-ajru għandha ddaħħal ukoll il-kodiċi “TD” fil-polza tal-vjeġġ bl-ajru korrispondenti kif ukoll riferenza għall-proċedura użata, in-numru u d-data tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu jew dokument ta' trasferiment u l-isem tal-uffiċċju mittenti;

(d)

“C” (ekwivalenti għal “T2L”), jew “F” (ekwivalenti għal “T2LF”), kif xieraq, għall-merkanzija tal-Unjoni mhux imqiegħda taħt proċedura ta' tranżitu;

(e)

“X” għall-merkanzija tal-Unjoni biex tkun esportata u li mhijiex imqiegħda taħt proċedura ta' tranżitu.

3.   Il-manifest għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 109 (1) (c) sa (f) u (2).

4.   Il-proċedura komuni ta' tranżitu għandha titqies li ntemmet meta l-manifest mgħoddi minn sistema elettronika li jippermetti l-iskambju tal-informazzjoni jkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali kompetenti tal-ajruport tad-destinazzjoni u l-merkanzija tkun ġiet ippreżentata lilhom.

5.   Ir-reġistri miżmuma mill-kumpanija tal-ajru li jippermettu lill-awtoritajiet doganali kompetenti sabiex iwettqu l-kontrolli effettivi għandu jkollhom minn tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet doganali kompetenti fl-ajruport tad-destinazzjoni għandhom jgħaddu lill-awtoritajiet doganali kompetenti fl-ajruport tad-destinazzjoni, għall-verifika, id-dettalji rilevanti riċevuti permezz ta' sistema elettronika li tippermetti l-iskambju ta' informazzjoni.

6.   Il-kumpanija tal-ajru għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali kompetenti dwar kull reat jew irregolarità.

7.   l-awtoritajiet doganali kompetenti tal-ajruport tad-destinazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-ajruport tat-tluq u lill-awtorità doganali kompetenti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni dwar kull reat jew irregolarità mill-iktar fis possibbli.

TITOLU IV:

DEJN U RKUPRU

KAPITOLU I

Dejn u debitur

Artikolu 112

Dejn imġarrab

1.   Dejn skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) għandu jiġġarrab permezz ta':

(a)

it-tneħħija tal-merkanzija mill-proċedura komuni ta' tranżitu;

(b)

nuqqas ta' konformità mal-kundizzjoni li tirregola t-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu jew l-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu.

2.   Id-dejn għandu jispiċċa fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta d-dejn ġġarrab skont il-paragrafu 1(a) jew (b) u meta jkunu ssodisfati il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

in-nuqqas li wassal sabiex jiġġarrab dejn ma kellu l-ebda effett sinifkanti fuq l-operazzjoni korretta u ma kienx jikkostitwixxi attentat ta' qerq;

(ii)

il-formalitajiet kollha meħtieġa għar-regolarizzazzjoni tas-sitwazzjoni tal-merkanzija jitwettqu wara;

(b)

meta t-tneħħija tal-merkanzija mill-proċedura komuni ta' tranżitu jew in-nuqqas ta' konformità ma' kundizzjoni li tirregola t-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu jew l-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu tirriżulta mill-qerda totali jew mit-telfien għalkollox ta' dik il-merkanzija bħala riżultat tan-natura attwali tal-merkanzija jew taċ-ċirkustanzi imprevedibbli jew force majeure, jew bħala konsegwenza ta' ordni mill-awtoritajiet doganali.

Il-merkanzija għandha titqies bħala mitlufa għalkollox meta din ma tkunx tista' tintuża aktar minn kwalunkwe persuna.

3.   Id-dejn jiġġarrab meta:

(a)

il-merkanzija titneħħa mill-proċedura komuni ta' tranżitu jew meta ma jkunux issodisfati jew ma jibqgħux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu.

(b)

dikjarazzjoni doganali ġiet aċċettata għat-tqegħid tal-merkanzija taħt proċedura komuni ta' tranżitu fejn wara jiġi stabbilit li fil-verità ma kinitx issodisfata kundizzjoni li tirregola t-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura.

Artikolu 113

Identifikazzjoni tad-debitur

1.   Id-debitur għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-persuna li kienet meħtieġa li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu jew l-użu tal-proċedura komuni ta' tranżitu;

(b)

kwalunkwe persuna li kienet taf jew li kellha tkun taf raġonevolment li kundizzjoni skont il-Konvenzjoni ma ġietx irrispettata u li aġixxiet f'isem il-persuna li kienet obbligata li tkun konformi ma' dik il-kundizzjoni, jew li pparteċipat fl-att li wassal għan-nuqqas ta' konformità ma' dik il-kundizzjoni;

(c)

kwalunkwe persuna li xtrat jew żammet il-merkanzija inkwistjoni u li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf fil-ħin meta xtrat jew irċiviet il-merkanzija li ma kinitx issodisfata kundizzjoni skont il-Konvenzjoni jew skont il-leġislazzjoni doganali;

(d)

id-detentur tal-proċedura.

2.   fil-każ imsemmi fil-paragrafu tal-Artikolu 112(1) (b) id-debitur għandu jkun il-persuna li kienet meħtieġa li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid jew l-użu tal-merkanzija skont il-proċedura komuni ta' tranżitu.

3.   Meta titħejja dikjarazzjoni doganali għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura komuni ta' tranżitu, u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont il-leġislazzjoni doganali relatati mal-kundizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid tal-merkanzija skont dik il-proċedura doganali tingħata lill-awtoritajiet doganali, li twassal sabiex jinġabar id-dejn, il-persuna li pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa sabiex titħejja id-dikjarazzjoni doganali u li kienet taf, jew raġonevolment kellha tkun taf, li informazzjoni bħal dik kienet falza għandha tkun debitur ukoll.

4.   Meta diversi persuni jkunu responsabbli għall-ħlas tal-ammont li jikkorrispondi għal dejn wieħed, huma għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt u in solidum għall-ħlas ta' dak l-ammont.

Artikolu 114

Post fejn jiġġarrab id-dejn

1.   Id-dejn għandu jiġġarrab:

(a)

fil-post fejn iseħħu l-avvenimenti li rriżulta minnhom;

(b)

jekk ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit dak il-post, id-dejn għandu jiġġarrab fil-post fejn l-awtoritajiet doganali jikkonkludu li l-merkanzija tinsab f'sitwazzjoni li fiha d-dejn jiġġarrab.

2.   Jekk il-merkanzija tqiegħdet taħt proċedura komuni ta' tranżitu li ma tkunx twettqet u l-post li fih id-dejn jiġġarrab ma jistax jiġi determinat skont il-paragrafu 1(a) u (b) ta' dan l-Artikolu fil-limiti ta' żmien li ġejjin:

(a)

fi żmien seba' xhur mill-aħħar data li fiha l-merkanzijakellha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, sakemm qabel l-iskadenza ta' dak il-limitu ta' żmien ma tintbagħatx talba għat-trasferiment tal-irkupru tad-dejn, kif imsemmi fl-Artikolu 50, lill-awtorità responsabbli għall-post fejn, skont l-evidenza li tikseb l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq, seħħew l-avvenimenti li minnhom jirriżulta d-dejn, f'liema każ dak il-limitu ta' żmien jiġi estiż b'mhux iktar minn xahar;

(b)

xahar mill-iskadenza tal-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 49(4) għat-tweġiba mid-detentur tal-proċedura għal talba għall-informazzjoni meħtieġa biex tiġi rilaxxata l-proċedura, meta l-awtorità doganali tal-pajjiż tat-tluq ma tkunx ġiet notifikata dwar il-wasla tal-merkanzija, u d-detentur tal-proċedura ma jkunx ipprovda biżżejjed informazzjoni jew ma jkun ipprovda ebda informazzjoni affattu;

id-dejn għandu jiġġarrab jew fil-pajjiż responsabbli għall-aħħar uffiċċju doganali tat-tranżitu li jinnotifika l-passaġġ tal-fruntieri lill-uffiċċju doganali tat-tluq jew, jekk dan ma jsirx, fil-pajjiż responsabbli għall-uffiċċju doganali tat-tluq.

3.   L-awtoritajiet doganali msemmijin fl-Artikolu 116(1) huma dawk tal-pajjiż fejn jiġġarrab jew inkella jitqies li ġġarrab id-dejn skont dan l-Artikolu.

Artikolu 115

Talba għat-trasferiment tal-irkupru tad-dejn

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti li jkunu nnotifikaw id-dejn jiksbu evidenza rigward il-post fejn ikun seħħ il-każ li wassal għad-dejn, dawk l-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu l-irkupru tal-proċedura u dejjem għandhom jibgħatu minnufih id-dokumenti kollha meħtieġa fi ħdan il-limitu ta' żmien, inkluża kopja awtentikata tal-evidenza, lill-awtoritajiet responsabbli f'dak il-post.

2.   L-awtoritajiet kompetenti f'dak il-post għandhom jirrikonoxxu r-riċevuta tat-talba u għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti li nnotifikaw id-dejn jekk humiex kompetenti għall-irkupru. Jekk fi żmien 28 jum ma tasal ebda tweġiba, l-awtoritajiet kompetenti li nnotifikaw id-dejn għandhom ikomplu minnufih bil-proċedimenti tal-irkupru li jkun bdew.

KAPITOLU II

Azzjoni kontra d-debitur jew il-garanti

Artikolu 116

Azzjoni kontra d-debitur

1.   L-awtoritajiet doganali kompetenti għandhom jiftħu l-proċeduri għall-irkupru tad-dejn malli jkunu f'pożizzjoni li:

(a)

jikkalkolaw l-ammont tad-dejn; kif ukoll

(b)

jistabbilixxu min huwa d-debitur.

2.   Dawk l-awtoritajet għandhom jinnotifikaw lid-debitur dwar l-ammont tad-dejn billi jużaw il-metodi u fi ħdan il-limiti ta' żmien obbligatorji fil-Partijiet Kontraenti.

3.   Kull dejn innotifikat skont il-paragrafu 2 għandu jitħallas mid-debitur permezz tal-metodi u fi żmien il-limiti ta' żmien mandatorji fil-Partijiet Kontraenti rispettivi.

Artikolu 117

Azzjoni kontra l-garanti

1.   Soġġetta għall-paragrafu 4, ir-responsabbiltà tal-garanti għandha tkompli sakemm id-dejn ikollu jitħallas lura.

2.   Meta l-proċedura komuni ta' tranżitu ma tkunx ġiet rilaxxata, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-tluq iridu jinnotifikaw lill-garanti li l-proċedura ma ġietx rilaxxata, fi żmien disa' xhur mil-limiti ta' żmien stipulat għall-preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali ta' destinazzjoni.

3.   Meta l-proċedura komuni ta' tranżitu ma tkunx ġiet rilaxxata, l-awtoritajiet kompetenti, determinati skont l-Artikolu 114 għandhom, fi żmien tliet snin mid-data li fiha jaċċettaw id-dikjarazzjoni tat-tranżitu, jinnotifikaw lill-garanti li għandu jew jista' jkollu jħallas id-dejn li huwa responsabbli għalih fir-rigward tal-operazzjoni komuni tat-tranżitu, u jiddikjaraw l-MRN u d-data tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu, l-isem tal-uffiċċju doganali tat-tluq, l-isem tad-detentur tal-proċedura u l-ammont involut.

4.   Il-garanti għandu jiġi rilaxxat mill-obbligi tiegħu jekk ma tkunx inħarġitlu xi waħda min-notifiki previsti fil-paragrafi 2 u 3 qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien.

5.   Meta tkun inħarġet xi waħda minn dawk in-notifiki, il-garanti għandu jiġi mgħarraf dwar l-irkupru tad-dejn jew ir-rilaxx tal-proċedura.

Artikolu 118

Skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bl-għan ta' rkupru

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13a tal-Konvenzjoni, u skont l-Artikolu 114 ta' dan l-Appendiċi, il-pajjiżi għandhom jgħinu lil xulxin huma u jiddeterminaw l-awtoritajiet kompetenti għall-irkupru.

Dawk l-awtoritajiet għandhom jgħarrfu lill-uffiċċju doganali tat-tluq u lill-uffiċċju doganali tal-garanzija dwar il-każijiet kollha li fihom iġġarrab id-dejn b'rabta mad-dikjarazzjonijiet tat-tranżitu li kienu ġew aċċettati mill-uffiċċju doganali tat-tluq, kif ukoll dwar l-azzjoni meħuda għall-irkupru kontra d-debitur. Barra minn hekk, għandhom jgħarrfu lill-uffiċċju doganali tat-tluq dwar il-ġbir ta' dazji u tariffi oħra, sabiex l-uffiċċju doganali jkun jista' jirrilaxxa l-operazzjoni ta' tranżitu.”.

L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS I

APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 77

Projbizzjoni temporanja tal-użu tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew il-garanzija komprensiva

1.   Sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew il-garanzija komprensiva jista' jkun temporanjament projbit:

1.1

Projbizzjoni temporanja tal-użu tal-garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas

Iċ-“ċirkostanzi speċjali” msemmijin fl-Artikolu 77(a) ifissru sitwazzjoni li fiha jkun ġie stabbilit, għal numru sinifikanti ta' każijiet li jinvolvu aktar minn detentur wieħed tal-proċedura u li jipperikolaw l-operazzjoni korretta tal-proċedura li, minkejja l-applikazzjoni tal-Artikolu 65 u jew tal-Artikolu 80, il-garanzija komprensiva jew garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas imsemmi fl-Artikolu 75(a) u (b) ma tibqax biżżejjed sabiex tiżgura l-ħlas, fi ħdan il-perjodu taż-żmien stipulat, tad-dejn li jirriżulta meta xi tipi ta' merkanzija jitneħħew mill-proċedura komuni ta' tranżitu.

1.2

Projbizzjoni temporanja tal-użu ta' garanzija komprensiva

Il-“frodi fuq skala kbira” msemmi fl-Artikolu 77(b) ifisser sitwazzjoni li fiha jiġi stabbilit li, minkejja l-applikazzjoni tal-Artikolu 65 jew 80, il-garanzija komprensiva jew il-garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas imsemmija fl-Artikolu 75(a) u (b) ma tkunx biżżejjed sabiex tiżgura l-ħlas fil-limitu ta' żmien stipulat tad-dejn li jirriżulta meta xi tipi ta' merkanzija jitneħħew mill-proċedura komuni ta' tranżitu. F'din il-konnessjoni jrid jiġi kkunsidrat il-volum tal-merkanzija mneħħija u taċ-ċirkustanzi tat-tneħħija tagħha, b'mod partikolari jekk dawn jirriżultaw minn attivitajiet kriminali organizzati internazzjonalment.

2.   Il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-projbizzjoni temporanja tal-użu tal-garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas jew tal-użu tal-garanzija komprensiva.

2.1   Il-proċedura għall-addozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt li jipprojbixxu temporanjament l-użu tal-garanzija komprensiva jew tal-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas skont l-Artikolu 77(a) jew (b) (minn issa 'l quddiem “id-deċiżjoni”) għandha ssir hekk:

2.1.1

Id-deċiżjoni tista' tiġi adottata fuq talba ta' Parti Kontraenti waħda jew aktar.

21.2

Meta ssir talba bħal din, il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar il-fatti li stabbilixxew u għandhom jikkunsidraw jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet tal-punti 1.1 jew 1.2.

2.2   Jekk il-Partijiet Kontraenti jqisu li l-kundizzjonijiet huma ssodisfati, għandhom iressqu abbozz ta' deċiżjoni lill-Kumitat Konġunt għall-adozzjoni permezz tal-proċedura bil-miktub deskritta fil-punt 2.3.

2.3   Il-Parti Kontraenti li jkollha l-Presidenza tal-Kumitat Konġunt għandha tibgħat l-abbozz tad-deċiżjoni lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn.

Id-deċiżjoni għandha tiġi adottata, jekk il-Parti Kontraenti li jkollha l-Presidenza tal-Kumitat Konġunt ma tirċivix kwalunkwe oġġezzjoni bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn fi żmien tletin ġurnata mid-data li fiha bagħtet l-abbozz. Il-Parti Kontraenti li jkollha l-Presidenza tal-Kumitat Konġunt għandha tinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni.

Jekk il-Parti Kontraenti li jkollha l-Presidenza tal-Kumitat Konġunt tirċievi xi oġġezzjoni mingħand Parti Kontraenti waħda jew aktar fi ħdan il-limitu ta' żmien, għandha tgħarraf lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn.

2.4   Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li d-deċiżjoni tiġi ppubblikata.

2.5   Id-deċiżjoni għandha tibqa' fis-seħħ għal perjodu ta' tnax-il xahar. Minkejja dan, il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jestendi jew jannulla dan il-perjodu ta' validità wara eżami mill-ġdid mill-Partijiet Kontraenti.

3.   Miżuri li jippermettu li jittaffew il-konsegwenzi finanzjarji tal-projbizzjoni tal-garanzija komprensiva.

Meta l-użu tal-garanzija komprensiva jkun ġie pprojbit temporanjament skont l-Artikolu 77, id-detenturi tal-garanziji komprensivi jistgħu, fuq talba, jużaw garanzija individwali. Madankollu, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet speċjali li ġejjin:

il-garanzija individwali għandha tkun fil-forma ta' dokument tal-garanzija speċifika li jkopri biss it-tipi tal-merkanzija msemmijin fid-deċiżjoni;

din il-garanzija individwali ma tistax tintuża ħlief fl-uffiċċju doganali tat-tluq identifikat fid-dokument tal-garanzija;

tista' tkopri bosta operazzjonijiet simultanji jew suċċessivi, dment li t-total tal-ammonti involuti fl-operazzjonijet kurrenti li għalihom ma tkunx għadha ġiet irrilaxxata l-proċedura ma jkunx aktar mill-ammont ta' referenza tal-garanzija individwali. F'dak il-każ, l-uffiċċju doganali tal-garanzija jassenja kodiċi ta' aċċess inizjali lid-detentur tal-proċedura għall-garanzija. Id-detentur tal-proċedura jista' jassenja kodiċi ta' aċċess wieħed jew iktar minn wieħed lil din il-garanzija sabiex jintuża minn dik il-persuna jew ir-rappreżentanti tagħha;

kull darba li l-proċedura tiġi rilaxxata għal operazzjoni komuni ta' tranżitu koperta minn din il-garanzija individwali, l-ammont li jikkorrispondi għal dik l-operazzjoni rilevanti għandu jiġi rilaxxat u jista' jerġa' jintuża biex ikopri operazzjoni oħra sal-ammont massimu tal-garanzija.

4.   Deroga mid-deċiżjoni għal projbizzjoni temporanja tal-użu tal-garanzija komprensiva jew tal-garanzija komprensiva b'ammont imnaqqas

4.1   Id-detenturi tal-proċedura jistgħu jkunu awtorizzati biex jużaw garanzija komprensiva jew garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas sabiex iqiegħdu taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu merkanzija li għaliha tapplika d-deċiżjoni li tipprojbixxi temporanjament użu bħal dan jekk juru li ma nħoloq l-ebda dejn fir-rigward tat-tipi ta' merkanzija kkonċernati fil-kuntest tal-operazzjonijiet komuni ta' tranżitu li jkunu ġew involuti fihom matul is-sentejn ta' qabel id-deċiżjoni jew, jekk id-djun ikunu nħolqu matul dak il-perjodu, jekk jistgħu juru li tħallsu kompletament mid-debitur jew mill-garanti fil-limitu ta' żmien stipulat.

Biex jikseb awtorizzazzjoni sabiex juża garanzija komprensiva pprojbita temporanjament, id-detentur tal-proċedura irid jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 75(2) (b).

4.2   L-Artikoli 59 sa 72 huma applikabbli mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet għad-derogi msemmijin fil-punt 4.1.

4.3   Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħtu deroga, huma għandhom idaħħlu t-test li ġej fil-kaxxa 8 taċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva:

“—

UŻU MHUX RISTRETT — 99209””.

L-Anness II huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS II

PROĊEDURA TAL-KONTINWITÀ OPERATTIVA GĦAT-TRANŻITU KOMUNI

PARTI I

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Dan l-Anness jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex tintuża l-proċedura tal-kontinwità operattiva, skont l-Artikolu 26(1) tal-Appendiċi I, għad-detenturi tal-proċedura, inklużi konsenjaturi awtorizzati, fil-każ ta' ħsara temporanja:

fis-sistema ta' tranżitu elettronika;

fis-sistema kompjuterizzata użata mid-detenturi tal-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' tranżitu komuni permezz ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta;

fil-konnessjoni elettronika bejn is-sistema kompjuterizzata li tintuża mid-detenturi tal-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni permezz ta' tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-dejta u permezz tas-sistema elettronika ta' tranżitu.

2.   Dikjarazzjonijiet tat-tranżitu

2.1

Id-dikjarazzjoni tat-tranżitu li tintuża fi proċedura tal-kontinwità operattiva għandha tkun tista' tingħaraf mill-partijiet kollha li jkunu involuti fl-operazzjoni tat-tranżitu sabiex jiġu evitati problemi fl-uffiċċju doganali tat-tranżitu, fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u mal-wasla għand il-konsenjatarju awtorizzat. Għal din ir-raġuni, id-dokumenti li jintużaw huma limitati għal dawn li ġejjin:

Dokument Amministrattiv Uniku (DAU) jew

DAU li jkun stampat fuq karta vojta mis-sistema kompjuterizzata tal-operatur ekonomiku, kif previst fl-Anness B6 għall-Appendiċi III, jew

Dokument ta' Akkumpanjament fit-Tranżitu (DAT) supplimentat, jekk ikun hemm bżonn, b'Lista ta' Oġġetti (LtO).

2.2

Id-dikjarazzjoni tat-tranżitu tista' tiġi akkumpanjata b'folja jew iktar ta' kontinwazzjoni billi tintuża l-formola stipulata fl-Anness 3 tal-Anness I għall- Konvenzjoni fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ f'merkanzija li saret f'Interlaken fl-20 ta' Mejju 1987 (il-Konvenzjoni SAD). Il-formoli għandhom ikunu parti integrali tad-dikjarazzjoni. Minflok il-folji ta' kontinwazzjoni, jistgħu jintużaw il-listi tat-tagħbija li jikkonformaw mal-Anness B5 ghall-Appendiċi III, u li ġew provduti billi ntużat il-formola stipulata fl-Anness B4 għall-Appendiċi III, bħala l-parti deskrittiva ta' dikjarazzjoni tat-tranżitu bil-miktub, li għandhom jifformaw parti integrali minnha.

2.3

Għall-implimentazzjoni tal-punt 2.1 ta' dan l-Anness, id-dikjarazzjoni tat-tranżitu għandha timtela f'konformità mal-Anness B6 għall-Appendiċi III.

KAPITOLU II

Regoli ta' implimentazzjoni

3.   Indisponibilità tas-sistema elettronika tat-tranżitu

3.1

Ir-regoli għandhom jiġu applikati kif ġej:

id-dikjarazzjoni tat-tranżitu għandha timtela u titressaq lill-uffiċċju doganali tat-tluq fil-kopji 1, 4 u 5 tad-DAU skont il-Konvenzjoni SAD jew f'żewġ kopji tad-DAT, akkumpanjati, jekk meħtieġ, bil-LtO, f'konformità mal-Annessi A3, A4, A5 u A6 għall-Appendiċi III;

id-dikjarazzjoni tat-tranżitu għandha tkun irreġistrata fil-kaxxa C billi tintuża sistema differenti ta' numri minn dik li ntużat fis-sistema elettronika ta' tranżitu;

il-proċedura tal-kontinwità operattiva għandha tiġi indikata fuq il-kopji tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu b'wieħed mit-timbri billi jintużaw il-formoli stipulati fl-Anness B7 għall-Appendiċi III, fil-kaxxa A tad-DAU jew minflok l-MRN, u bil-barcode fuq id-DAT;

il-konsenjatur awtorizzat għandu jissodisfa l-obbligi u l-kundizzjonijiet kollha marbuta mal-entrati li jridu jiddaħħlu fid-dikjarazzjoni u mal-użu tat-timbru speċjali msemmi fil-punti 22 sa 25 ta' dan l-Anness billi jintużaw il-kaxxi C u D rispettivament;

id-dikjarazzjoni tat-tranżitu għandha tiġi stampata jew mill-uffiċċju doganali tat-tluq fil-każ tal-proċedura standard jew inkella mingħand il-konsenjatur awtorizzat fil-każ li japplika l-Artikolu 84 tal-Appendiċi I.

3.2

Meta tittieħed id-deċiżjoni li tiġi applikata l-proċedura tal-kontinwità operattiva, għandha tiġi irtirata mis-sistema elettronika tat-tranżitu kwalunkwe dejta tat-tranżitu bl-LRN jew bl-MRN li tkun allokata għall-operat tat-tranżitu, abbażi tat-tagħrif mogħti minn persuna li tkun daħħlet dik id-dejta tat-tranżitu fis-sistema elettronika ta' tranżitu.

3.3

L-awtorità doganali għandha tagħmel monitoraġġ tal-użu tal-proċedura tal-kontinwità operattiva sabiex tevita l-abbuż tagħha.

4.   L-indisponibilità tas-sistema kompjuterizzata użata mid-detenturi tal-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dejta tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu komuni permezz ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta jew tal-konnessjoni elettronika bejn dik is-sistema kompjuterizzata u s-sistema elettronika tat-tranżitu.

Għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 3 ta' dan l-Anness.

Id-detentur tal-proċedura għandu jgħarraf lill-awtorità doganali meta s-sistema kompjuterizzata tiegħu jew il-konnessjoni elettronika bejn dik is-sistema kompjuterizzata u s-sistema elettronika tat-tranżitu jerġgħu jkunu disponibbli.

5.   L-indisponibilità tas-sistema kompjuterizzata tal-konsenjatur awtorizzat jew il-konnessjoni elettronika bejn dik is-sistema kompjuterizzata u s-sistema elettronika tat-tranżitu.

Meta s-sistema kompjuterizzata tal-konsenjatur awtorizzat jew il-konnessjoni elettronika bejn dik is-sistema kompjuterizzata u s-sistema elettronika tat-tranżitu ma tkunx disponibbli, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

Għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 4 ta' dan l-Anness.

meta l-konsenjatur awtorizzat ifassal iktar minn 2 % tad-dikjarazzjonijiet tiegħu f'sena skont il-proċedura tal-kontinwità operattiva, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi rieżaminata sabiex jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet tagħha għadhomx issodisfati.

6.   Ġbir tad-dejta mill-awtorità doganali

Madankollu, fil-każijiet imsemmijin fil-punti 4 u 5 ta' dan l-Anness, l-awtorità doganali tista' tippermetti lid-detentur tal-proċedura jressaq id-dikjarazzjoni tat-tranżitu f'kopja waħda (billi juża d-DAU jew id-DAT) lill-uffiċċju doganali tat-tluq sabiex tiġi pproċessata mis-sistema elettronika tat-tranżitu.

KAPITOLU III

Funzjonament tal-proċedura

7.   Għoti ta' garanzija individwali minn garanti.

Fejn l-uffiċċju doganali tal-garanzija ma jkunx l-uffiċċju doganali tat-tluq għall-operat tat-tranżitu, għandu jżomm kopja tal-impenn tal-garanti. Id-detentur tal-proċedura għandu jippreżenta l-oriġinali lill-uffiċċju doganali tat-tluq, fejn dan għandu jinżamm. Jekk ikun neċessarju, l-uffiċċju doganali tat-tluq jista' jitlob traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-pajjiż ikkonċernat.

8.   Iffirmar tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu u l-impenn tad-detentur tal-proċedura

Bl-iffirmar tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu, id-detentur tal-proċedura jerfa' r-responsabbiltà għal dawn li ġejjin:

l-eżattezza tat-tagħrif mogħti fid-dikjarazzjoni,

l-awtentiċità tad-dokumenti ppreżentati,

il-konformità mal-obbligi kollha marbuta mad-dħul tal-merkanzija skont il-proċedura tat-tranżitu.

9.   Miżuri ta' identifikazzjoni

Meta japplika l-Artikolu 36(7) tal-Appendiċi I, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jdaħħal il-frażi li ġejja fl-intestatura s-“siġilli mwaħħla” fil-kaxxa D (“Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq”) tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu:

“—

Rinunzja — 99201”.

10.   Entrati fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu u r-rilaxx tal-merkanzija

L-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jirreġistra r-riżultati tal-verifika fuq kull kopja tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu.

Meta s-sejbiet tal-verifika jkunu konsistenti mad-dikjarazzjoni, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jirrilaxxa l-merkanzija u jirreġistra d-data fuq il-kopji tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu.

11.   Il-merkanzija mqiegħda skont il-proċedura komuni ta' tranżitu għandha tinġarr bil-kopertura tal-kopji 4 u 5 tad-DAU jew bil-kopertura ta' kopja waħda tad-DAT mogħtija lid-detentur tal-proċedura mill-uffiċċju doganali tat-tluq. Il-kopja numru 1 tad-DAU u l-kopja tad-DAT għandhom jibqgħu għand l-uffiċċju doganali tat-tluq.

12.   Uffiċċju doganali tat-tranżitu

12.1

It-trasportatur għandu jippreżenta nota ta' avviż tat-tranżitu li tkun imtliet fuq formola stipulata fl-Anness B8 għall-Appendiċi III lil kull uffiċċju doganali tat-tranżitu, li min-naħa tagħhom għandhom iżommuha. Minflok in-nota ta' avviż tat-tranżitu, tista' tiġi ppreżentata fotokopja tal-kopja 4 tad-DAU jew fotokopja tal-kopja tad-DAT, li tinżamm mill-uffiċċju doganali tat-tranżitu.

12.2

Meta l-merkanzija li qiegħda tinġarr tgħaddi minn uffiċċju doganali tat-tranżitu għajr dak iddikjarat, l-uffiċċju doganali attwali tat-tranżitu għandu jinforma lill-uffiċċju doganali tat-tluq.

13.   Preżentazzjoni għand l-uffiċċju doganali ta' destinazzjoni.

13.1

L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jirreġistra l-kopji tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu, jikteb id-data tal-wasla fuqhom, u jdaħħal id-dettalji tal-kontrolli li twettqu.

13.2

Operazzjoni tat-tranżitu tista' tispiċċa għand uffiċċju għajr l-uffiċċju doganali ddikjarat fid-dikjarazzjoni tat-tranżitu. Imbagħad dak l-uffiċċju għandu jsir l-uffiċċju doganali attwali tad-destinazzjoni.

Fejn l-uffiċċju doganali attwali tad-destinazzjoni jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Parti Kontraenti għajr dak li għandu ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju doganali ddikjarat, l-uffiċċju doganali attwali għandu jdaħħal fil-kaxxa I (“Kontroll mill-uffiċċju doganali ta' destinazzjoni”) tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu l-formulazzjoni li ġejja, apparti l-osservazzjonijiet tas-soltu li meħtieġ jagħmel:

“—

Differenzi: l-uffiċċju doganali fejn ġiet ippreżentata l-merkanzija … (numru ta' referenza tal-uffiċċju doganali)— 99203”.

13.3

Fejn japplika t-tieni paragrafu tal-punt 13.2 ta' dan l-Anness u fejn id-dikjarazzjoni tat-tranżitu jkollha d-dikjarazzjoni li ġejja, l-uffiċċju doganali attwali tad-destinazzjoni għandu jżomm il-merkanzija taħt il-kontroll tiegħu u ma jippermettix it-tneħħija tagħha għajr lil Parti Kontraenti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju doganali tat-tluq, sakemm ma jkunx awtorizzat b'mod speċifiku minn dan tal-aħħar:

“—

Ħruġ mill-Unjoni soġġett għal restrizzjonijiet jew imposti skont ir-Regolament/id-Direttiva/id-Deċiżjoni Nru … — 99204”.

14.   Riċevuta

L-irċevuta tista' timtela fuq in-naħa ta' wara tal-kopja 5 tad-DAU, fl-ispazju pprovdut jew fil-formola pprovduta fl-Anness B10 għall-Appendiċi III.

15.   Ritorn tal-kopja 5 tad-DAU jew tal-kopja tad-DAT

L-awtorità doganali kompetenti tal-Parti Kontraenti ta' destinazzjoni għandu jirritorna l-kopja 5 tad-DAU lill-awtorità doganali fil-Parti Kontraenti tat-tluq bla dewmien u l-aktar fi żmien tmint ijiem mid-data meta temm l-operazzjoni. Fejn isir użu mid-DAT, hija l-kopja tad-DAT ippreżentat li tiġi rritornata bl-istess kundizzjonijiet bħal tal-kopja 5.

16.   Informzzjoni lid-detentur dwar il-proċedura u l-prova alternattiva ta' tmiem il-proċedura.

Fejn il-kopji msemmijin fil-punt 15 ta' dan l-Anness ma jiġux irritornati lill-awtorità doganali tal-Parti Kontraenti tat-tluq fi żmien 30 jum mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, dik l-awtorità għandha tgħarraf lid-detentur tal-proċedura u tistaqsih jagħti prova li l-proċedura ntemmet b'mod korrett.

17.   Proċedura ta' inkjesta

17.1

Fejn l-uffiċċju doganali tat-tluq ma jkunx irċieva prova fi żmien 60 jum mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-merkanzija għand l-uffiċċju doganali ta' destinazzjoni li l-proċedura ntemmet b'mod korrett, l-awtorità doganali tal-Parti Kontraenti tat-tluq għandha titlob minnufih it-tagħrif meħtieġ sabiex tirrilaxxa l-proċedura. Meta, matul il-passi ta' proċedura ta' inkjesta, jiġi stabbilit li l-proċedura komuni ta' tranżitu ma tistax tiġi rilaxxata, l-awtorità doganali tal-Parti Kontraenti tat-tluq għandha tistabbilixxi jekk ikunx iġġarrab dejn.

Jekk ikun iġġarrab dejn, l-awtorità doganali tal-Parti Kontraenti tat-tluq għandha tieħu l-miżuri li ġejjin:

tidentifika d-debitur,

tiddetermina liema hija l-awtorità doganali responsabbli għan-notifika tad-dejn.

17.2

Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta' dawk il-limiti ta' żmien, l-awtorità doganali tal-Parti Kontraenti tat-tluq tirċievi informazzjoni li l-proċedura komuni ta' tranżitu ma tkunx intemmet kif suppost, jew tissuspetta li dan ikun il-każ, għandha tibgħat it-talba mingħajr dewmien.

17.3

Il-proċedura ta' inkjesta għandha bl-istess mod tinbeda meta jiġi skopert sussegwentement li l-prova ta' tmiem il-proċedura komuni ta' tranżitu ġiet iffalsifikata u li l-proċedura ta' inkjesta hija neċessarja sabiex jiġu ssodisfati l-għanijiet tal-punt 17.1 ta' dan l-Anness.

18.   Garanzija — Ammont ta' referenza.

18.1

Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 74 tal-Appendiċi I, id-detentur tal-proċedura għandu jiżgura li l-ammont inkwistjoni ma jkunx jiżboq l-ammont ta' referenza, u jqis ukoll kwalunkwe operazzjoni li minħabbafiha għadha ma ntemmitx il-proċedura.

18.2

Id-detentur tal-proċedura għandu jgħarraf lill-uffiċċju doganali tal-garanzija meta l-ammont ta' referenza jaqa' taħt livell li jkun biżżejjed sabiex ikopri l-operazzjonijiet tat-tranżitu tiegħu.

19.   Iċ-ċertifikati ta' garanzija komprensiva, iċ-ċertifikati tat-tneħħija ta' garanzija u l-kupuni ta' garanzija individwali

19.1

Għandu jiġi ppreżentat dan li ġej lill-uffiċċju doganali tat-tluq:

iċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva, fil-formola stipulata fl-Anness C5 għall-Appendiċi III;

iċ-ċertifikat ta' garanzija komprensiva, fil-formola stipulata fl-Anness C6 għall-Appendiċi III;

il-kupun ta' garanzija individwali, fil-formola stipulata fl-Anness C3 għall-Appendiċi III;

Id-dettalji taċ-ċertifikati u tal-kupun għandhom jiddaħħlu fid-dikjarazzjonijiet tat-tranżitu.

20.   Listi speċjali tat-tagħbija

20.1

L-awtorità doganali tista' taċċetta d-dikjarazzjoni tat-tranżitu li tkun akkumpanjata b'listi tat-tagħbija li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha stipulati fl-Anness B5 għall-Appendiċi III.

Dawn il-listi jistgħu jintużaw biss fejn:

ikunu prodotti mill-kumpaniji li jużaw sistema elettronika għall-ipproċessar tad-dejta biex iżommu r-rekords tagħhom;

ikunu mfasslin u kompluti b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw mill-awtorità doganali mingħajr diffikultà;

ikunu jinkludu, għal kull oġġett, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness B5 għall-Appendiċi III.

20.2

Il-listi deskrittivi li jkunu tfasslu bil-għan li jitwettqu l-formalitajiet tal-dispaċċ/tal-esportazzjoni jistgħu wkoll jiġu permessi bħala listi tat-tagħbija skont il-punt 20.1 ta' dan l-Anness, anke fejn dawn il-listi jkunu prodotti mill-kumpaniji li ma jużawx sistema elettronika għall-ipproċessar tad-dejta sabiex iżommu r-rekords tagħhom.

20.3

Id-detentur tal-proċedura li juża sistema elettronika għall-ipproċessar tad-dejta sabiex iżomm ir-rekords tiegħu u diġà juża listi speċjali tat-tagħbija, jista' jużahom ukoll għall-operazzjonijiet ta' tranżitu komuni li jkunu jinvolvu tip wieħed biss ta' merkanzija jekk din il-faċilità ssir meħtieġa minħabba s-sistema tad-detentur tal-proċedura.

21.   Użu ta' siġilli ta' tip speċjali

Id-detentur tal-proċedura għandu jdaħħal, fl-intestatura “is-siġilli mwaħħla” fil-kaxxa “D. Il-kontroll mill-uffiċċju tat-tluq” tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu, in-numru u l-identifikaturi individwali tas-siġilli mwaħħla.

22.   Konsenjatur awtorizzat — Awtentikazzjoni minn qabel u formalitajiet fit-tluq

22.1

Għall-applikazzjoni tal-punti 3 u 5 ta' dan l-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tistipula li l-kaxxa “C. L-uffiċċju tat-tluq” tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu għandha:

tiġi ttimbrata bil-quddiem bit-timbru tal-uffiċċju doganali tat-tluq u għandha tiġi ffirmata minn uffiċjal ta' dak l-uffiċċju; jew

tiġi ttimbrata mill-konsenjatur awtorizzat b'timbru speċjali li jkun approvat mill-awtorità kompetenti u billi tintuża l-formola stipulata fl-Anness B9 għall-Appendiċi III. It-timbru jista' jiġi stampat minn qabel fuq il-formoli, fejn jintuża stampatur approvat għal dak il-għan.

Il-konsenjatur awtorizzat għandu jimla l-kaxxa billi jdaħħal id-data li fiha ntbagħtet il-merkanzija u għandu jalloka numru lid-dikjarazzjoni tat-tranżitu f'konformità mar-regoli previsti fl-awtorizzazzjoni.

22.2

L-awtorità doganali tista' tippreskrivi l-użu ta' formoli li jkollhom marka li tintgħaraf bħala mezz ta' identifikazzjoni.

23.   Konsenjatur awtorizzat — Miżuri ta' sigurtà tat-timbru

Il-konsenjatur awtorizzat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura ż-żamma f'post sikur tat-timbri speċjali jew tal-formoli li jkollhom it-timbru tal-uffiċċju doganali tat-tluq jew timbru speċjali.

Għandu jgħarraf lill-awtorità doganali dwar il-miżura ta' sigurtà li jkun qiegħed jieħu sabiex japplika f'konformità mal-ewwel paragrafu.

23.1

Fil-każ li kwalunkwe persuna tagħmel użu ħażin mill-formoli li jkunu ttimbrati bil-quddiem bit-timbru tal-uffiċċju doganali tat-tluq jew b'timbru speċjali, il-konsenjatur awtorizzat għandu jkun responsabbli, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċediment kriminali, għall-ħlas tad-dazji u ta' imposti oħrajn li jridu jitħallsu f'pajjiż partikolari fir-rigward ta' merkanzija li ġiet trasportata bil-kopertura tal-istess formoli, sakemm ma jkunx jista' jissodisfa lill-awtorità doganali li tkun awtorizzatu li jkun ħa l-miżuri mitlubin minnu skont il-punt 23.

24.   Konsenjatur awtorizzat — Informazzjoni li għandha tiddaħħal fid-dikjarazzjonijiet.

24.1

Mhux iktar tard mill-konsenjament tal-merkanzija, il-konsenjatur awtorizzat għandu jimla d-dikjarazzjoni tat-tranżitu u, fejn ikun meħtieġ, idaħħal fil-kaxxa 44 l-itinerarju stipulat f'konformità mal-Artikolu 33(2) tal-Appendiċi I u, fil-kaxxa “D. Il-kontroll mill-uffiċċju tat-tluq”, il-perjodu stipulat f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Appendiċi I li fih il-merkanzija għandha tiġi ppreżentata għand l-uffiċċju doganali ta' destinazzjoni, il-miżuri ta' identifikazzjoni li ġew applikati u l-approvazzjoni li ġejja:

“—

Konsenjatur awtorizzat — 99206”.

24.2

Fejn l-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti tat-tluq tikkontrolla konsenja qabel it-tluq tagħha, għandha tirreġistra l-fatt fid-dikjarazzjoni, fil-kaxxa “D. Il-kontroll mill-uffiċċju tat-tluq”.

24.3

Wara l-konsenja, il-kopja 1 tad-DAU jew il-kopja tad-DAT għandhom jiġu pprovduti bla dewmien lill-uffiċċju doganali tat-tluq skont ir-regoli previsti fl-awtorizzazzjoni. Il-kopji l-oħrajn għandhom jakkumpanjaw il-merkanzija f'konformità mal-punt 11 ta' dan l-Anness.

25.   Konsenjatur awtorizzat — Rinunzja tal-firma

25.1

Il-konsenjatur awtorizzat jista' jiġi permess mill-awtorità doganali sabiex ma jiffirmax id-dikjarazzjonijiet tat-tranżitu li jkollhom timbru speċjali, imsemmijin fil-Kapitolu II tal-Parti II ta' dan l-Anness, li jkunu mtlew mis-sistema elettronika għall-ipproċessar tad-dejta. Din ir-rinunzja għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-konsenjatur awtorizzat ikun impenja ruħu bil-miktub mal-awtorità doganali li huwa d-detentur tal-proċedura għall-operazzjonijiet tat-tranżitu kollha mwettqin taħt il-kopertura tad-dikjarazzjonijiet tat-tranżitu li jkollhom it-timbru speċjali.

25.2

Id-dikjarazzjonijiet tat-tranżitu li jkun imtlew f'konformità mal-punt 25.1 ta' dan l-Anness għandhom ikun fihom il-frażi li ġejja fil-kaxxa rriżervata għall-firma tad-detentur tal-proċedura:

“—

Firma mhux meħtieġa — 99207”.

26.   Konsenjatarju awtorizzat — Obbligi

26.1

Meta l-merkanzija tasal f'post li jkun speċifikat fl-awtorizzazzjoni, il-konsenjatarju awtorizzat għandu jgħarraf lill-uffiċċju doganali ta' destinazzjoni bla dewmien dwar din il-wasla. Għandu jindika d-data tal-wasla, il-kundizzjoni ta' kwalunkwe siġill imwaħħal u kwalunkwe irregolarità fuq il-kopji 4 u 5 tad-DAU jew fuq il-kopja tad-DAT, li akkumpanjaw il-merkanzija, u jwassalhom għand l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni skont ir-regoli previsti fl-awtorizzazzjoni.

26.2

L-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jagħmel l-entrati stipulati fil-punt 13 ta' dan l-Anness fuq il-kopji 4 u 5 tad-DAU jew fuq il-kopja tad-DAT.”.

(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (UE ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(2)  Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-EFTA Tranżitu Komuni 16 ta' Ġunju 2008 li temenda l-Konvenzjoni tal- 20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni (ĠU L 274, 15.10.2008, p. 1).


ANNESS C

L-Appendiċi II għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

It-titolu tal-Appendiċi II huwa sostitwit b'dan li ġej:

“STATUS DOGANALI TAL-OĠĠETTI TAL-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-EURO”.

2.

Fl-Artikolu 1, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”.

3.

It-titolu tat-Titolu I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“STATUS DOGANALI TAL-MERKANZIJA TAL-UNJONI”.

4.

Fl-Artikolu 2(1), il-kliem “l-istatus Komunitarju” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”.

5.

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Preżunzjoni tal-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni

1.   Oġġetti li jkollhom l-istatus doganali ta' oġġetti tal-Unjoni li jinġarru bil-ferrovija jistgħu jiġu trasportati minn punt għal ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni, mingħajr ma jkunu soġġetti għall-proċedura doganali, u jistgħu jiġu trasportati mit-territorju ta' pajjiż ta' tranżitu komuni mingħajr tibdil fl-istatus doganali tagħhom, fejn:

it-trasport tal-oġġetti huwa kopert minn dokument tat-trasport uniku maħruġ fi Stat Membru;

id-dokument tat-trasport uniku fih l-approvazzjonijiet li ġejjin: “Kuritur T2”;

it-tranżitu minn pajjiż ta' tranżitu komuni qiegħed jiġi ssorveljat permezz ta' sistema elettronika f'dak il-pajjiż ta' tranżitu komuni;

l-impriża ferrovjarja kkonċernata hija awtorizzata mill-pajjiż ta' tranżitu komuni li t-territorju tiegħu huwa tranżitat biex tuża l-proċedura tal-“Kuritur T2”.

2.   Il-pajjiż ta' tranżitu komuni jżomm il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni jew ta' grupp ta' ħidma stabbilit mill-Kumitat abbażi tal-paragrafu 5 ta' dak l-Artikolu infurmat dwar il-modalitajiet rigward is-sistema elettronika għall-monitoraġġ, u dwar l-impriżi ferrovjarji li huma awtorizzati biex jużaw il-proċedura imsemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu.”.

6.

It-Titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Prova tal-istatus dognali tal-oġġetti tal-Unjoni”

7.

Fl-Artikolu 3, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”.

8.

Fl-Artikolu 4(1) u (2), il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”.

9.

Fl-Artikolu 5(1), il-kliem “tal-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “tal-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”.

10.

L-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “huwa stabbilit fuq” huwa sostitwit bi “għandu jiġi pprovdut bl-użu ta'”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-kelma “magħmula” hija sostitwita bi “pprovduti”; u, il-kliem “fl-Appendiċi III”, huwa sostitwit bi “fl-Anness B4 għall-Appendiċi III”;

(c)

fil-paragrafu 4, il-kliem “l-Appendiċi III” huwa sostitwit bi “l-Anness B5 għall-Appendiċi III”.

11.

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3, il-kelma “magħmula” hija sostitwita bi “pprovduti”

12.

It-titolu tal-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Ħruġ ta' formola T2L”.

13.

Fl-Artikolu 8(1), il-kelma “jimtela” hija sostitwita bi “jiġi pprovdut”.

14.

L-Artikolu 9 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”;

(b)

fil-paragrafu 4, wara l-kliem “mill-uffiċċju kompetenti” għandu jiddaħħal il-kliem li ġej “jekk il-valur tal-oġġetti jkun aktar minn EUR 15 000”;

(c)

fil-paragrafu 5, il-kliem “biss oġġetti Komunitarji” huwa sostitwit bi “esklużivament oġġetti tal-Unjoni”.

15.

L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “tal-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “tal-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (f) l-ewwel inċiż, il-kliem “għall-oġġetti li l-istatus Komunitarju tagħhom” huwa sostitwit bi “għall-oġġetti tal-Unjoni li l-istatus doganali tagħhom”.

16.

Fl-Artikolu 11, il-kliem “tal-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “tal-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”.

17.

L-Artikolu 12 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”, u l-kliem “tal-uffiċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “tal-uffiċju doganali tat-tluq”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem “oġġetti Komunitarji kif ukoll oġġetti mhux Komunitarji” huwa sostitwit bi “oġġetti tal-Unjoni kif ukoll oġġetti mhux tal-Unjoni” u, l-kliem “oġġetti mhux Komunitarji” huwa sostitwit bi “oġġetti mhux tal-Unjoni”.

18.

L-Artikolu 13 hu emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Oġġetti f'bagalji li jinġarru minn passiġġier”;

(b)

il-kliem tal-bidu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fejn ikun meħtieġ li jiġi stabbilit l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni li jinġarru minn passiġġier jew li jinstabu fil-bagalji, l-oġġetti, sakemm ma jkunux maħsuba għall-użu kummerċjali, għandhom jitqiesu li jkollhom l-istatus doganali ta' oġġetti tal-Unjoni meta:”;

(c)

fil-punt (a) il-kliem “bħala oġġetti Komunitarji” huwa sostitwit bi “li jkollhom l-istatus doganali ta' oġġetti tal-Unjoni”.

19.

It-titolu tat-Taqsima 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Prova tal-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni mill-emittent awtorizzat”

20.

L-Artikolu 14 hu emendat kif ġej:

(a)

it-titolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Emittent awtorizzat”;

(b)

fil-paragrafu 1, il-kelma “il-konsenjatur” hija sostitwita bi “l-emittent”; u l-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”.

21.

L-Artikolu 15 hu emendat kif ġej:

(a)

(ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija);

(b)

fil-punt (d) il-kelma “il-konsenjatur” hija sostitwita bi “l-emittent”.

22.

L-Artikolu 16 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem tal-bidu, il-kliem “fil-preparazzjoni” huwa sostitwit bi “fil-ħruġ”;

(b)

fil-paragrafu 1, punt (b), u l-paragrafi 2 u 3, il-kelma “konsenjatur” hija sostitwita bi “emittent”;

(c)

fil-paragrafu 4, il-kliem “konsenjatur awtorizzathuwa” sostitwit bi “emittent awtorizzat”, u, fit-tieni sentenza, is-sinjal “—” u n-numru “99206” huma mħassra.

23.

L-Artikolu 17 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kelma “il-konsenjatur” hija sostitwita b' “l-emittent” u l-kliem “stabbiliti skont” huwa sostitwit bi “pprovduti minn”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem “stabbiliti skont” huwa sostitwit bi “pprovduti skont” u il-kliem “ta' il-konsenjatur” huwa sostitwit bi “tal-emittent” u r-referenza “— 99207” hija mħassra.

24.

L-Artikolu 18 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kelma “joħorġux” hija sostitwia bi “jipprovdux” u il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-kliem “sittin jum” huwa sostitwit bi “45 jum”.

25.

Fl-Artikolu 19, il-kelma “konsenjatur” hija sostitwita bi “emittent” u l-kelma “sentejn” hija sostitwita bi “tliet snin”.

26.

L-Artikolu 20 hu emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kontrolli fuq l-emittent awtorizzat”;

(b)

il-kelma “konsenjaturi” hija sostitwita bi “emittenti”.

27.

Fl-Artikolu 21, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni”.


ANNESS D

L-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

It-titolu tat-Titolu I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“DIKJARAZZJONI TAT-TRANŻITU U FORMOLI META JINTUŻAW TEKNIKI ELETTRONIĊI GĦALL-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA”.

2.

Fl-Artikolu 3, il-kliem “jkun skont il-mudell u l-indikazzjonijiet” huwa sostitwit bi “jiġi pprovdut bl-użu tal-forom stabbiliti”.

3.

Fl-Artikolu 4, il-kliem “tkun komformi mal-mudell u mal-indikazzjonijiet” huwa sostitwit bi “tiġi pprovduta bl-użu tal-forom stabbiliti”.

4.

It-titolu tat-Titolu II huwa sostitwit b'dan li ġej:

“FORMOLI UŻATI GĦAL:

IL-PROVA TAL-ISTATUS DOGNALI TAL-OĠĠETTI TAL-UNJONI,

ID-DIKJARAZZJONI TAT-TRANŻITU GĦALL-VJAĠĠATURI,

IL-PROĊEDURA TAL-KONTINWITÀ OPERATTIVA GĦAT-TRANŻITU”.

5.

L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Formoli użati bħala dokumenti li jagħtu prova tal-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni għandhom jiġu provduti bl-użu tal-formola stabbilita fil-Konvenzjoni SAD, Annes I, Appendiċi 1 sa 4.”.

6.

L-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Formoli użati bħala dikjarazzjonijiet tat-tranżitu meta jiġu applikati l-proċedura tal-kontinwità operattiva għat-tranżitu jew dikjarazzjonijiet tat-tranżitu għall-vjaġġaturi għandhom jiġu provduti fil-formola stabbilita fil-Konvenzjoni SAD, Anness I, Appendiċi 1.”.

7.

Fl-Artikolu 5(4)(a), il-kliem “tal-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”.

8.

Fl-Artikolu 5(4)(b), il-kliem “proċedura ta' riżerva” huwa sostitwit bi “proċedura tal-kontinwità operattiva għat-tranżitu”.

9.

Fl-Artikolu 6(2), il-kliem “TRANŻITU KOMUNITARJU” huwa sostitwit bi “TRANŻITU TAL-UNJONI”.

10.

Fl-Artikolu 7(1), il-kliem “tkun konformi mal-mudell” huwa sostitwiti bi “tiġi pprovduta bl-użu tal-formola stabbilita”.

11.

Fl-Artikolu 8(1), il-kliem “tkun konformi mal-mudell” huwa sostitwiti bi “tiġi pprovduta bl-użu tal-formola stabbilita”.

12.

Fl-Artikolu 8, jitħassru l-paragrafi 2 u 3.

13.

Fl-Artikolu 9(1), il-kliem “ikunu konformi mal-mudell” huwa sostitwiti bi “jiġu pprovduti bl-użu tal-formola stabbilita”.

14.

Fl-Artikolu 9, jitħassru l-paragrafi 2 u 3.


ANNESS E

Emendi għall-Anness A1 għall-Appendiċi III

L-Anness A1 tal-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Titolu I huwa emendat kif ġej

(a)

fl-ewwel u l-ħames paragrafi I il-kliem “dikjarazzjoni tat-tranżitu” huwa sostitwit bi “dikjarazzjoni tat-tranżitu EDI”;

(b)

fir-raba' paragrafu, il-kelma “lill-prinċipal” hija sostitwita bi “lid-detentur tal-proċedura”.

(2)

Fit-Titolu II, il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(i)

il-kliem “KODIĊIJIET PRODOTTI SENSITTIVI” huwa mħassar;

(ii)

il-kliem “OPERATUR prinċipal” huwa sostitwit bi “OPERATUR detentur tal-proċedura”;

(iii)

il-kliem “SIĠILLI MWAĦĦLIN” huwa sostitwit bi “INFORMAZZJONI SIĠILLI”;

(iv)

fil-grupp tad-dejta “GARANZIJA”, il-kliem “LIMITU TAL-VALIDITÀ KE” huwa sostitwit bi “LIMITAZZJONI TAL-VALIDITÀ UE” u l-kliem “LIMITU TAL-VALIDITÀ MHUX KE” huwa sostitwit bi “LIMITAZZJONI TAL-VALIDITÀ MHUX TAL-UE”;

(b)

fit-Taqsima B, il-grupp tad-dejta “OPERAZZJONI TA' TRANŻITU” huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-attribut “Tip ta' dikjarazzjkoni (kaxxa nru 1)”, il-kliem “Artikolu 23” huwa sostitwit bi “Artikolu 28” u l-aħħar sentenza “Dan l-attribut irid jintuża.” hija mħassra;

(ii)

l-attribut“Identità tat-tluq (kaxxa nru 18)” hu emendat kif ġej:

(1)

fl-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(2)

fit-tieni paragrafu, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”;

(iii)

(l-attribut “Nazzjonalità fit-tluq (kaxxa nru 18)” hu emendat kif ġej:

(1)

fit-tieni paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(2)

fit-tielet paragrafu, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”;

(iii)

fl-attribut “Kontejner (kaxxa nru 19)”, l-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(iv)

fl-attribut “Identità fil-qsim tal-fruntiera (kaxxa nru 21)”, l-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(v)

fl-attribut “Il-modalità tat-trasport fil-fruntiera (kaxxa nru 25)”, l-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(vi)

fl-attribut “Indikatur tal-lingwa tad-djalogu fit-Tluq”, it-titolu huwa sostitwit bi “Indikatur tal-lingwa tad-djalogu fit-tluq” u l-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tat-tluq”;

(c)

fit-Taqsima B, il-grupp tad-dejta “OĠĠETT TA' MERKANZIJA” l-attribut “Tip ta' dikjarazzjoni (ex-kaxxa nru 1)”, l-ewwel paragrafu, il-kelma “Kodiċi” hija sostitwita bi “kodiċi”;

(d)

fit-Taqsima B, il-grupp tad-dejta “OĠĠETT TA' MERKANZIJA” hu emendat kif ġej:

(i)

l-attribut “Il-kodiċi tal-komodità (kaxxa nru 33)”, it-tieni paragrafu, l-ewwel marka “—”, il-kelma “jew” jeb iż-żewġ inċiżi, u t-tieni inċiż jitħassru; u fir-raba' paragrafu, il-kliem “pajjiż tal-EFTA” huwa sostitwit bi “pajjiż ta' tranżitu komuni”;

(ii)

it-titolu u t-test taħt l-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “Kodiċijiet tal-SGI (kaxxa nru 31)” jitħassru;

(iii)

fl-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “PAKKETTI (kaxxa nru 31)”, l-attribut “Numru ta' pakketti (kaxxa NRU 31)” u l-attribut “Numru ta' unitajiet (kaxxa nru 31)” il-kliem “mhux ippakkjat” huwa sostitwit bi “Mhux ippakkjat”;

(iv)

fl-inċiz t'isfel tal-grupp tad-dejta “REFERENZA AMMINISTRATTIVI PREĊEDENTI (kaxxa nru 40)”, l-ewwel paragrafu, il-kliem “tad-destinazzjoni doganali preċedentit” huwa sostitwit bi “tal-proċedura doganali” u fit-tieni paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq” u l-kliem “pajjiż tal-EFTA” huwa sostitwit bi “pajjiż ta' tranżitu komuni”;

(v)

fl-inċiz t'isfel tal-grupp tad-dejta “DOKUMENT/ĊERTIFIKATI PRODOTTI (kaxxa nru 44)”,; -ewwel paragrafu, il-kliem “in-numru tas-serje tal-folja tal-kontroll T5,” huwa mħassar;

(vi)

fl-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “INDIKAZZJONIJIET SPEĊJALI (kaxxa nru 44)”, it-titolu huwa sostotwit bi “Esportazzjoni mill-UE (kaxxa nru 44)”; u fil-paragrafu il-kelma “KE” hija sostitwita bi “UE”;

(vii)

fl-inċiz t'isfel tal-grupp tad-dejta “INDIKAZZJONIJIET SPEĊJALI (kaxxa nru 44)”, l-attribut “Esportazzjoni mill-pajjiż (kaxxa nru 44)”, il-kelma “KE” hija sostitwita bi “UE”;

(e)

fit-taqsima B, it-titolu tal-grupp tad-dejta “OPERATUR prinċipal (kaxxa 50)” huwa sostitwit bi “DETENTUR TAL-PROĊEDURA (kaxxa 50)”;

(f)

fit-taqsima B, il-grupp tad-dejta “RAPPREŻENTANT (kaxxa 50)”, l-ewwel paragrafu, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”;

(g)

fit-taqsima B, il-grupp tad-dejta “UFFIĊĊJU TAD-DWANA tat-tranżitu (kaxxa nru 51)”, l-ewwel paragrafu il-kliem “l-uffiċċju tad-dħul previst” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tad-dħul previst” u l-kliem “l-uffiċċju tal-ħruġ” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tal-ħruġ”;

(h)

fit-taqsima B, il-grupp tad-dejta “UFFIĊĊJU TAD-DWANA tad-destinazzjoni (kaxxa nru 53)”, l-attribut “Numru ta' referenza (kaxxa nru 53)”, l-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċji tad-destinazzjoni” huwa sostitwit bi “l-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni”;

(i)

fit-taqsima B, il-grupp tad-dejta “SIĠILLI MWAĦĦLIN (kaxxa D)”, l-ewwel paragrafu, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”;

(j)

fit-taqsima B, l-grupp tad-dejta “GARANZIJA” huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “REFERENZA TAL-GARANZIJA”, l-attribut “NRG (kaxxa nru 52)”, il-kliem “l-uffiċċju tal-garanzija” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tal-garanzija” u l-kliem “fis-sistema kompjuterizzata tat-tranżitu” huwa sostitwit bi “fis-sistema tat-tranżitu elettronika”;

(ii)

fl-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “REFERENZA TAL-GARANZIJA”, l-attribut “Kodiċi ta' aċċess” il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”;

(iii)

l-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “LIMITU TAL-VALIDITÀ KE” huwa sostitwit bi “LIMITAZZJONI TAL-VALIDITÀ (UE)”;

(iv)

l-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “LIMITAZZJONI TAL-VALIDITÀ KE” l-attribut “Mhux validu għall-KE (kaxxa nru 52)” huwa sostitwit bi “Mhux validu għall-UE (kaxxa nru 52)”;

(v)

l-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “LIMITU TAL-VALIDITÀ MHUX KE” huwa sostitwit bi “LIMITAZZJONI TAL-VALIDITÀ MHUX UE”;

(vi)

fl-inċiż t'isfel tal-grupp tad-dejta “LIMITU TAL-VALIDITÀ MHUX KE”, il-kelma “Komunità” hija sostitwita bi “Unjoni”.

Emendi għall-Anness A2 għall-Appendiċi III

L-Anness A2 tal-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

Il-punt 4 jitħassar.

2.

Il-punt 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Kodiċi T2, il-kliem “oġġetti Komunitarji” huwa sostitwit bi “oġġetti tal-Unjoni”;

(b)

fil-Kodiċi T2F, il-kliem “oġġetti Komunitarja” huwa sostitwit bi “oġġetti tal-Unjoni”, il-kliem “it-territorju doganali tal-Komunità” huwa sostitwit bi “it-territorju doganali tal-Unjoni” u l-kliem “ir-regoli Komunitarji” huwa sostitwit bi “ir-regoli tal-Unjoni”;

(c)

fil-Kodiċi T2CIM, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “oġġetti tal-Unjoni” u l-kliem “jew nota ta' trasferiment TR” huwa mħassar;

(d)

fil-Kodiċi T2TIR, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “oġġetti tal-Unjoni”;

(e)

fil-Kodiċi T2ATA, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “oġġetti tal-Unjoni”;

(f)

fil-Kodiċi T2L, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”;

(g)

fil-Kodiċi T2LF, il-kliem “l-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni”, il-kliem “it-territorju doganali tal-Komunità” huwa sostitwit bi “it-territorju doganali tal-Unjoni” u l-kliem “ir-regoli Komunitarji” huwa sostitwit bi “ir-regoli tal-Unjoni”;

(h)

fil-Kodiċi T1, il-kliem “oġġetti mhux Komunitarji” huwa sostitwit bi “oġġetti mhux tal-Unjoni”.

3.

Il-punt 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-filliera tnax, il-kliem “Ittra tat-twassil CIM (ferrovija) 720” huwa sostitwit bi “nota ta' konsenja SMGS (ferrovija) 722”;

(b)

fil-filliera tlettax, il-kliem “Lista ta' akkumpanjament SMGS 722” huma mħassra;

(c)

fil-filliera 24, il-kliem “Kopja tal-kontroll T5 823” huwa mħassar;

(d)

fil-filliera 33, il-kliem “Ċertifikat tal-oriġini formola SPG” huwa sostitwit bi “Ċertifikat ta' oriġini formola A (SPG)”;

(e)

fil-filliera 39, il-kliem “Ċertifikat EUR 1 tal-oriġini” huwa sostitwit bi “Ċertifikat ta' moviment EUR.1”.

4.

Il-punt 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fid-DG0 il-kliem “pajjiż EFTA” huwa sostitwit bi “pajjiż ta' tranżitu komuni” u l-kelma “KE” hija sostitwita bi “l-Unjoni”;

(b)

fid-DG1 il-kliem “pajjiż EFTA” huwa sostitwit bi “pajjiż ta' tranżitu komuni” u l-kelma “KE” hija sostitwita bi “l-Unjoni”.

5.

Il-punt 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-filliera tmienja, il-kolonna “Sitwazzjoni”, il-kliem “bejn l-uffiċċju tat-tluq u l-uffiċċju tat-tranżitu” huwa sostitwit bi “bejn l-uffiċċju doganali tat-tluq u l-uffiċċju doganali tat-tranżitu”;

(b)

fil-filliera disgħa fil-kolonna Sitwazzjoni, il-kliem “l-Anness IV tal-Appendiċi I” huwa sostitwit bi “l-Anness I għal-Appendiċi I”.

(c)

fil-kolonna “Informazzjoni addizzjonali”, il-kliem “l-uffiċċju ta' garanzija” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali ta' garanzija”;

6.

Fil-punt 11, l-aħħar sentenza, il-kliem “L-uffiċċji tad-destinazzjoni” huwa sostitwit bi “l-uffiċċji doganali tad-destinazzjoni”.

Emendi għall-Anness A4 għall-Appendiċi III

L-Anness A4 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

(Ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija).

2.

It-tieni paragrafu, il-kliem tal-bidu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu għandu jiġi stampat abbażi tad-data derivata mid-dikjarazzjoni tat-tranżitu, emendata kif jixraq mid-detentur tal-proċedura u/jew ivverifikata mill-uffiċċju doganali tat-tluq, u mimlija b'dan li ġej:”

3.

Il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-intestatura, il-kliem “L-MRN (in-numru tar-referenza taċ-ċirkolazzjoni”) huwa sostitwit bi “MRN (Numru Ewlieni ta' Referenza)”;

(b)

fit-tielet paragrafu, il-kliem “l-awtoritajiet kompetenti” huwa sostitwit bi “l-awtoritajiet doganali”.

4.

Fil-punt 2, it-tielet inċiż huwa sostitiwit bi “ma għandux jintuża meta hemm oġġett wieħed biss”.

5.

Il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-frażi “fil-każ li tintuża l-proċedura ta' riżerva” hija sostitwita bi “meta tintuża l-proċedura tal-kontinwità operattiva għat-tranżitu”;

(b)

tiżdied is-sentenza li ġejja bħala l-aħħar paragrafu:

“Kwalunkwe referenza għal “prinċipal” hija mifhuma li tirreferi għad- “detentur tal-proċedura”.”.

6.

Fil-punt 4, l-ewwel u t-tieni inċiżi, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”.

7.

Il-punt 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tat-tluq” u l-kliem “l-uffiċċju tad-destinazzjoni” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni”;

(b)

ir-raba' paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju doganali tat-tranżitu jew l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, skont il-każ, huma taħt obbligu li jinkorporaw fis-sistema d-dejta miżjuda fuq id-dokument ta' akkumpanjament fit-tranżitu. Id-dejta tista' ukoll tiġi inkorporata mill-konsenjatarju awtorizzat.”;

(c)

il-ħames paragrafu, taħt is-sottointestatura “Parti 55: Trasbord”, it-tieni parti, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Madankollu, meta oġġetti jinġarru f'kontejners li sejrin jiġu ttrasportati minn vetturi tat-triq, l-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lid-detentur tal-proċedura sabiex ma jimliex il-kaxxa 18 fejn is-sitwazzjoni loġistika fil-punt tat-tluq tista' timpedixxi l-forniment tal-identità u n-nazzjonalità tal-mezz ta' trasport fil-mumenttat-titħejja d-dikjarazzjoni tat-tranżitu, u fejn jistgħu jiżguraw li l-informazzjoni korretta dwar il-mezz ta' trasport tiddaħħal sussegwentement fil-kaxxa 55.”.

Emendi għall-Anness A6 għall-Appendiċi III

L-Anness A6 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-punt 2, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”.

2.

Fil-punt 4, il-kliem “MRN — numru ta' referenza tal-moviment kif definit fl-Anness 4” huwa sostitwit bi “MRN — Numru Ewlieni ta' Referenza”.

Emendi għall-Anness B1 għall-Appendiċi III

L-Anness B1 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

Fil-Kaxxa 33: “Kodiċi tal-merkanzija”, “l-ewwel subdiviżjoni”, tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Madankollu, fl-Unjoni niżżel it-tmien numri tan-Nomenklatura Magħquda meta dispożizzjoni tal-Unjoni tistipula dan.”.

Emendi għall-Anness B2 għall-Appendiċi III

L-Anness B2 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

It-titolu tal-Anness B2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“NOTA TA' SPJEGAZZJONI DWAR IL-MILI TA' FORMOLI LI JINTUŻAW GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-ISTATUS DOGANALI TAL-OĠĠETTI TAL-UNJONI”.

2.

Il-Parti A “Dispożizzjonijiet ġenerali” hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 1, il-kliem “tal-istatus Komunitarju tal-oġġetti” huwa sostitwit bi “tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni”;

(b)

il-punt 4, il-kliem “dikjarazzjoni ġdida” huwa sostitwit bi “li tiġi preżentata formola ġdida”.

3.

Il-Parti B “Dettalji li jikkonċernaw kaxxi speċifiċi” hija emendata kif ġej:

(a)

fil-Parti 33, il-kliem “pajjiż tal-EFTA” huwa sostitwit bi “pajjiż ta' tranżitu komuni”;

(b)

fil-paragrafu taħt il-Parti 38, il-kliem “fil-pajjiż tal-EFTA” huwa sostitwit bi “pajjiż ta' tranżitu komuni”.

Emendi għall-Anness B3 għall-Appendiċi III

L-Anness B3 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

It-titolu tal-Anness B3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“KODIĊIJIET LI GĦANDHOM JINTUŻAW META JIMTLEW IL-FORMOLI LI JINTUŻAW GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-ISTATUS DOGANALI TAL-OĠĠETTI TAL-UNJONI”.

2.

Fil-Parti A “Dettalji li jikkonċernaw kaxxi speċifiċi”, Il-Parti 33 “Kodiċi tal-merkanzija”“L-ewwel subdiviżjoni”, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“Madankollu, fl-Unjoni niżżel it-tmien numri tan-Nomenklatura Magħquda meta dispożizzjoni tal-Unjoni tistipula dan.”.

Emendi għall-Anness B5 għall-Appendiċi III

L-Anness B5 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

Fit-Titolu II, il-punt 1.1, l-ewwel parti, il-kliem “il-prinċipal għandu jniżżel” huwa sostitwit bi “id-detentur tal-proċedura għandu jdaħħal” u fit-Titolu II, it-titolu tal-punt 1.2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Il-parti ta' isfel”.

2.

It-Titolu III huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 3, il-frażi “tal-formola relatata” hija sostitwita bi “il-kopji ta' dikjarazzjoni tat-tranżitu relatata”;

(b)

il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Meta dikjarazzjoni tat-tranżitu tiġi rreġistrata, il-lista tat-tagħbija trid tingħata l-istess numru ta' reġistrazzjoni tal-formoli tad-dikjarazzjoni tat-tranżiturelatati. Dan in-numru jrid jiddaħħal billi jintuża timbru li jinkludi l-isem tal-uffiċċju doganali tat-tluq jew manwalment. Jekk jiddaħħal manwalment, għandu jkun approvat bit-timbru uffiċjali tal-uffiċċju doganali tat-tluq.

Mhuwiex obbligatorju li uffiċjal tal-uffiċċju doganali tat-tluq jiffirma l-formoli.”;

(c)

fil-punt 5, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”.

Emendi għall-Anness B6 għall-Appendiċi III

L-Anness B6 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

It-Titolu I huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-tieni paragrafu, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”;

(b)

fit-tielet paragrafu, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”.

2.

Fit-Titolu II, il-Parti I “Formalitajiet fil-pajjiż tat-tluq” hija emendata kif ġej:

(a)

il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

(i)

fil-punt 3, il-kelma “Artikolu 23” hija sostitwita bi “Artikolu 28”;

(ii)

wara l-punt 3, jiddaħħal dan li ġej:

“T1

Oġġettili ma jkollhomx l-istatus doganali ta' oġġetti tal-Unjoni, li jitqiegħdu taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu.

T2

Oġġetti li ma jkollhomx l-istatus doganali ta' oġġetti tal-Unjoni, li jitqiegħdu taħt il-proċedura komuni ta' tranżitu.

T2F

Oġġetti li jkollhom l-istatus doganali ta' oġġetti tal-Unjoni, li jiġu ttrasportati bejn parti tat-terrirorju doganali tal-Unjoni fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (*1) jew id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (*2) ma japplikawx u pajjiż ta' tranżitu komuni.

(*1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta' 28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1)."

(*2)  Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).”;"

(b)

fil-Parti 18 “Identità u nazzjonalità tal-mezz tat-trasport mat-tluq”, l-ewwel parti, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tat-tluq”; u fit-tieni parti, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”;

(c)

fil-Parti 19 “Kontenitur (Ctr)”, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(d)

fil-Parti 21 “Identità u nazzjonalità tal-mezz attivi tat-trasport li qed jaqsam il-fruntiera”, ir-raba' paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(e)

fil-Parti 25 “Il-mezz ta' trasport fuq il-fruntiera”, it-tieni parti, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(f)

fil-Parti 27: “Post tat-tagħbija”, it-tieni parti, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(g)

fil-Parti 33 “Kodiċi tal-oġġetti”, l-ewwel parti, it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej: “- il-Konvenzjoni tispeċifika li l-użu tiegħu huwa obbligatorju.” u fit-tielet parti, il-kliem “pajjiż tal-EFTA” huwa sostitwiti bi “pajjiż ta' tranżitu komuni”;

(h)

fil-Parti 40 “Dikjarazzjoni fil-qosor/dokument preċedenti”, il-kliem “tad-destinazzjoni doganalii” huwa sostitwit bi “tal-proċedura doganali”;

(i)

fil-Parti 44 “Indikjazzjonijiet speċjali, dokumenti prodotti, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet” it-test huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Niżżel id-dettalji meħtieġa skont kwalunkwe regola speċifika applikabbli fil-pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni flimkien man-numri tar-referenza tad-dokumenti prodotti b'appoġġ tad-dikjarazzjoni, jew kwalunkwe referenza addizzjonali meqjusa li hija meħtieġa relatata mad-dikjarazzjoni jew il-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni (eż. il-liċenżja tal-esportazzjoni jew in-numru tal-permess, id-dejta meħtieġa skont regolamenti veterinarji u fitosanitarji, in-numru tal-polza ta' kargu). Is-subdiviżjoni “Kodiċi tal-Informazzjoni Addizzjonali (AI)” m'għandhiex timela.”.

(j)

fil-Parti 50 “Prinċipal u r-rappreżentant awtorizzat, il-post, id-data u l-firma”, l-ewwel paragrafu, il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”; u l-kliem “sistemi kompjuterizzati” huwa sostitwit bi “sistema ta' tranżitu elettronika” u l-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq”;

(k)

fil-Parti 51 “Uffiċċju (u pajjiż) tat-tranżitu previst”, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tat-tluq” u l-kliem “l-uffiċċju tat-tranżitu” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tranżitu”;

(l)

fil-Parti 52 “Garanzija”, l-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju ta' garanzija” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali ta' garanzija”;

(m)

fil-Parti53 “Uffiċċju ta' destinazzjoni (u l-pajjiż)”, l-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tad-destinazzjoni” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni”.

3.

Fit-Titolu II, il-Parti II “Formalitajiet matul iċ-ċirkolazzjoni”, l-ewwel paragrafu, il-kliem “l-uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tat-tluq” u l-kliem “l-uffiċċju tad-destinazzjoni” huwa sostitwit bi “l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni”.

4.

Fit-Titolu III, it-tabella, l-entrata il-kliem “Eżenzjoni ta' itinerarju li jorbot-99205” fil-kolonna “Kodiċijiet” u l-istess jgħodd għall-verżjonijiet lingwistiċi kollha elenkati fil-kolonna korrispondenti “Referenzi lingwistiċi”.

Emendi tal-Anness B11 għall-Appendiċi III

L-Anness B11 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

Il-kliem “Kuluri: iswed fuq aħdar” huwa mħassar.

Emendi tal-Anness C7 għall-Appendiċi III

L-Anness C7 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-punt 1.2.2., il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”.

2.

Fil-punt 1.3., il-kliem “l-uffiċċju tal-garanzija” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tal-garanzija”.

3.

Fil-punt 2.1., il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”.

4.

Fil-punt 2.2., il-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”.

5.

Fil-punt 2.3., il-kliem “uffiċċju tat-tluq” huwa sostitwit bi “uffiċċju doganali tat-tluq” u l-kelma “prinċipal” hija sostitwita bi “detentur tal-proċedura”.



ANNESS F

L-Annessi B7-B10 u C1-C6 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huma sostitwiti bl-Annessi li ġejjin:

ANNESS B7

KAMPJUN TA' TIMBRI LI JINTUŻAW GĦALL-PROĊEDURA TAL-KONTINWITÀ OPERATTIVA

1.   Timbru Nru 1

IL-PROĊEDURA TA' RIŻERVA TAS-SISTEMA ĠDIDA TA' TRANŻITU KOMPJUTERIZZATA (NCTS)

IT-TRANŻITU TAL-UNJONI/TRANŻITU KOMUNI

L-EBDA DEJTA DISPONIBBLI FIS-SISTEMA

MIBDIJA NHAR

(Id-data/il-ħin)

(il-qisien: 26 × 59 mm)

2.   Timbru Nru 2

IL-PROĊEDURA TAL-KONTINWITÀ OPERATTIVA

IT-TRANŻITU TAL-UNJONI/IT-TRANŻITU KOMUNI

L-EBDA DEJTA DISPONIBBLI FIS-SISTEMA

MIBDIJA NHAR

(Data/ħin)

(qisien: 26 × 59 mm)

ANNESS B8

TC10 — NOTA TA' AVVIŻ TAT-TRANŻITU

Image

Test ta 'immaġni

TC 10 - NOTA TA’ AVVIŻ TAT-TRANŻITU

Identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport

DIKJARAZZJONI TAT-TRANŻITU

NUMRU TA’ REFERENZA TAL-UFFIĊĊJU DOGANALI TAT-TRANŻITU IKKONĊERNAT

It-tip (T1, T2 jew T2F) u n-numru

In-numru ta’ referenza tal-uffiċċju doganali tat-tluq

GĦALL-UŻU UFFIĊJALI

Id-data tat-tranżitu

(Firma)

Uffiċjal timbru

ANNESS B9

KAMPJUN TA' TIMBRU SPEĊJALI LI JINTUŻA MINN KONSENJATUR AWTORIZZAT

1

2

3

4

5

6

(il-qisien: 55 × 25 mm)

1.

L-emblema jew kwalunkwe sinjal ieħor jew ittra oħra li jikkaratterizzaw il-pajjiż

2.

In-numru ta' referenza tal-uffiċċju doganali tat-tluq

3.

In-numru tad-dikjarazzjoni

4.

Data

5.

Il-konsenjatur awtorizzat

6.

In-numru tal-awtorizzazzjoni

ANNESS B10

TC 11 — IRĊEVUTA

Image

Test ta 'immaġni

TC 11 - L-IRĊEVUTA

L-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni fi (il-post, l-isem u n-numru ta’ referenza)

bil-preżenti jiċċertifika li d-dikjarazzjoni tat-tranżitu T1, T2, T2F (1)

irreġistrata nhar (jj/xx/ss) taħt Nru (MRN) (2)

mill-uffiċċju doganali tat-tluq fi (il-post, l-isem u n-numru ta’ referenza)

ġiet ippreżentata.

Uffiċjal timbru

Fi , nhar (jj/xx/ss)

(Firma)

(1) Ħassar skont kif neċessarju

(2) F’każ ta’ ħsara temporanja fis-sistema elettronika ta’ tranżitu, daħħal numru li ntuża fil-proċedura tal-kontinwità tan-negozju (BCP).

ANNESS C1

IMPENN TAL-GARANTI — GARANZIJA INDIVIDWALI

I.   Impenn mill-garanti

1.

Is-sottoskritt (1)

Residenti (2)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta'

sa ammont massimu ta'

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija (3), il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (4), kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija (5):

tista' tkun jew tista' ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmija hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħrajn (6) fir-rigward tal-merkanzija deskritta hawn isfel u li hija koperta mill-operazzjoni doganali li ġejja (7):

Deskrizzjoni tal-merkanzija:

2.

Is-sottoskritt jieħu impenn li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tal-pagamenti dovuti għal iktar minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li l-proċedura speċjali ħlief il-proċedura tal-użu aħħari ġiet rilaxxata, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja ntemmet kif suppost jew, fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali u l-ħżin temporanju, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat li jħallas is-somom mitlubin lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrbin minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jkunu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun daqs dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe dejn imġarrab matul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anke jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.

Għall-fini ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu tas-servizz f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmijin fil-punt 1 bħala (8)

Pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza u n-notifiki kollha u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzati lil jew li jsiru bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi tiegħu tas-servizz għandhom jiġu aċċettati bħala mwasslin direttament lilu.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz tas-servizz.

Is-sottoskritt jieħu impenn li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jgħarraf lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, nhar …

(Firma) (9)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

Uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti approvat nhar …sabiex ikopri l-operazzjoni doganali mwettqa skont id-dikjarazzjoni doganali/id-dikjarazzjoni tal-ħażna temporanja

Nru …ta' … (10)

(Timbru u Firma)

ANNESS C2

IMPENN TAL-GARANTI — GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA' KUPUNI

I.   Impenn mill-garanti

1.

Is-sottoskritt (11)

…, residenti (12)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta'

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (13), kwalunkwe ammont tad-detentur tal-proċedura li għalih id-detentur tal-proċedura jista' jkun jew jista' jsir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħrajn li jkunu dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tat-tranżitu tal-Unjoni jew il-proċedura komuni tat-tranżitu, li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt jieħu impenn li joħroġ kupuni ta' garanzija individwali sa massimu ta' EUR 10 000 għal kull kupun.

2.

Is-sottoskritt jieħu impenn li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitlubin lil hinn mill-perjodu ta 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sa EUR 10 000 għal kull kupun ta' garanzija individwali, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata ma tistabbilixxix qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura ġiet rilaxxata.

Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusin validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeferixxu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas is-somom mitlubin. L-ispejjeż imġarrbin minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jkunu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun daqs dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe dejn li jiġġarrab matul l-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni jew komuni koperta minn dan l-impenn u li bdiet qabel ma tkun daħlet fis-seħħ kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.

Għall-għan ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għas-servizz (14) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala:

Pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza u n-notifiki kollha u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzati lil jew li jsiru bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi tiegħu tas-servizz għandhom jiġu aċċettati bħala mwasslin direttament lilu.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għas-servizz.

Is-sottoskritt jieħu impenn li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jgħarraf lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

nhar …

(Firma) (15)

II.   Approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

Uffiċċju tal-garanzija

Impenn tal-garanti approvat nhar …

(Timbru u Firma)

ANNESS C3

KUPUN TA' GARANZIJA INDIVIDWALI

Image

Test ta 'immaġni

TC 32 — IL-VAWĊER TA' GARANZIJA INDIVIDWALI A 000 000

Maħruġ minn

(l-isem u 1-indirizz tal-individwu jew tal-kumpanija)

(1-impenn tal-garanti ġie aċċettat nhar mill-uffiċċju doganali ta' garanzija ta' )

Dan il-vawċer, maħruġ nhar huwa validu għal ammont sa massimu ta' EUR 10 000 għal operat tat- tranżitu tal-Unjoni/komuni li jibda mhux iktar tard minn u li fir-rigward tieghu d-detentur tal-proċedura huwa

(l-isem u 1-indirizz tal-individwu jew tal-kumpanija)

(Il-firma tad-detentur tal-proċedura) (*)

(*) il-ftnna fakultattiva

(Il-firma u t-timbru tal-garanti)

(Il-folja ta' wara)

Trid timtela mill-uffiċċju doganali tat-tluq

L-operat tat-tranżitu mwettaq skont id-dokument T1. T2. T2F (*)

Irreġistrat nhar bin-Nru

mill-uffiċċju doganali

(It-timbru uffiċjali)

(*) Ħassar skont kif inhu neċessarju

(Il-firma)

Ir-rekwiżiti tekniċi għall-vawċer

Il-vawċer għandu jiġi stampat fuq karta li ma jkunx fiha polpa mekkanika, imħejjija għall-kitba u li tkun tiżen minn tal- inqas 55 g/m 2. Għandu jkollu sfond stampat b'disinn immaljat bl-aħmar sabiex kwalunkwe falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi tkun tidher mal-ewwel daqqa ta' għajn. Il-karta għandha tkun bajda.

Il-format għandu jkun ta' 148 millimetru b'105 millimetri.

Il-vawċer għandu jkollu l-isem u l-indirizz tal-istamperija, jew marka li permezz tagħha tkun tistà identifikata l-istamperija, kif ukoll numru ta' identifikazzjoni.

ANNESS C4

IMPENN TAL-GARANTI — GARANZIJA KOMPRENSIVA

I.   Impenn mill-garanti

1.

Is-sottoskritt (16)

…,

residenti (17)

bil-preżenti jiggarantixxi b'mod konġunt u in solidum, fl-uffiċċju tal-garanzija ta'

sa ammont massimu ta' …

favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija (18), il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (19),

kwalunkwe ammont li għalih il-persuna li qiegħda tipprovdi din il-garanzija (20): …tista' tkun jew tista' ssir responsabbli quddiem il-pajjiżi msemmijin hawn fuq, għad-dejn fl-għamla ta' dazju u imposti oħra (21) li jista' jkun jew seta' kien imġarrab fir-rigward tal-merkanzija koperta mill-operazzjonijiet doganali indikati fil-punt 1a u/jew fil-punt 1b.

L-ammont massimu tal-garanzija jikkonsisti f'ammont ta':

(a)

li jkun 100/50/30 % (22) tal-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għas-somma tal-ammonti msemmijin fil-punt 1a,

u

(b)

li jkun 100/30 % (22) tal-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu, ekwivalenti għas-somma tal-ammonti msemmijin fil-punt 1b,

1a.

L-ammonti li jifformaw il-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li jistgħu jiġġarrbu huma segwenti għall kull għan imsemmi hawn isfel (23):

(a)

il-ħażna temporanja — ….,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta' tranżitu — …,

(c)

il-proċedura tal-ħażna doganali — …,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni — …,

(e)

il-proċedura tal-ipproċessar attiv — …,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari — …

(g)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operazzjoni — ….

1b.

L-ammonti li jifformaw il-parti tal-ammont ta' referenza li tikkorrispondi għal ammont ta' djun doganali u, fejn japplikaw, imposti oħrajn li ġġarrbu huma kif ġej għall kull għan imsemmi hawn isfel (24):

(a)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit — …,

(b)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit — …,

(c)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni — …,

(d)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni — …,

(e)

proċedura ta' aċċettazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni — …,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari — … (24),

(g)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operazzjoni — ….

2.

Is-sottoskritt jieħu impenn li jħallas mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmijin fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jagħmel differiment tas-somom mitluba sal-limitu tal-ammont massimu msemmi fuq, lil hinn minn 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, sakemm huwa, hija jew kwalunkwe persuna oħra kkonċernata tistabbilixxi qabel ma jiskadi dak il-perjodu, u bis-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali, li twettqet il-proċedura speċjali ħlief il-proċedura tal-użu aħħari, is-superviżjoni doganali tal-merkanzija tal-użu aħħari jew tal-ħażna temporanja ntemmet kif suppost, u fil-każ tal-operazzjonijiet għajr il-proċeduri speċjali, li s-sitwazzjoni tal-merkanzija ġiet regolarizzata.

Fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġuni li tkun rikonoxxuta bħala valida, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu differiment tal-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat li jħallas is-somom mitlubin lil hinn minn perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni. L-ispejjeż imġarrbin minħabba l-għoti ta' dan il-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari kwalunkwe mgħax, iridu jkunu kkalkolati b'tali mod li l-ammont ikun daqs dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas bi kwalunkwe somma li diġà tkun tħallset skont it-termini ta' dan l-impenn, sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas għal dejn imġarrab matul operazzjoni doganali li bdiet qabel ma waslet id-domanda preċedenti għal ħlas jew fi ħdan it-30 jum segwenti.

3.

Dan l-impenn għandu jkun validu mill-jum tal-approvazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt għandu jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe dejn li jirriżulta matul l-operazzjoni doganali koperta minn dan l-impenn u mibdija qabel ma tkun seħħet kwalunkwe revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4.

Għall-għan ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għas-servizz (25) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħrajn imsemmija fil-punt 1 bħala

Pajjiż

Il-kunjom u l-ismijiet, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza u n-notifiki kollha u kwalunkwe formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzati lil jew li jsiru bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi tiegħu tas-servizz għandhom jiġu aċċettati bħala mwasslin direttament lilu.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għas-servizz.

Is-sottoskritt jieħu impenn li ma jibdilx l-indirizz tiegħu tas-servizz jew, jekk ikollu jibdel indirizz wieħed jew iktar minn dawk l-indirizzi, li jgħarraf lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …

nhar …

(Firma) (26)

II.   L-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

L-impenn tal-garanti ġie aċċettat nhar

(Timbru u Firma)

ANNESS C5

ĊERTIFIKAT TA' GARANZIJA KOMPRENSIVA

TC31 ĊERTIFIKAT TA' GARANZIJA KOMPRENSIVA

Quddiem

1.

Validu sa

Jum

Xahar

Sena

2.

Numru:

3.

Id-detentur tal-proċedura (il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-kumpanija, l-indirizz sħiħ u l-pajjiż)

 

4.

Il-garanti (il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-kumpanija, l-indirizz sħiħ u l-pajjiż)

 

5.

Numru ta' referenza tal-uffiċċju doganali tal-garanzija

 

6.

L-ammont ta' referenza

Il-kodiċi tal-munita

F'ċifri:

F'ittri:

7.

L-uffiċċju doganali tal-garanzija jiċċertifika li d-detentur tal-proċedura bid-dettalji msemmi hawn fuq ta garanzija komprensiva li hija valida għall-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni/komuni fit-territorji doganali mniżżla hawn taħt u li isimhom ma ġiex ingassat:

L-UNJONI EWROPEA — L-IŻLANDA — L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA — IN-NORVEĠJA — IS-SERBJA — L-IŻVIZZERA — IT-TURKIJA — ANDORRA (*1) — SAN MARINO (*1)

8.

Osservazzjonijiet speċjali

9.

Il-perjodu ta' validità estiż sa

jj/xx/ss inklużiva

 

Magħmul

fil …

nhar …

(il-post)

(data)

(Il-firma u t-timbru tal-uffiċċju doganali tal-garanzija)

Magħmul

fil …

nhar …

(il-post)

(data)

(Il-firma u t-timbru tal-uffiċċju doganali tal-garanzija)

Wara

10.

Il-persuni li huma awtorizzati jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni/komuni għan-nom tad-detentur tal-proċedura:

11.

Il-kunjom, l-isem u l-eżempju tal-firma tal-persuna awtorizzata

12.

Il-firma tad-detentur tal-proċedura (*2)

11.

Il-kunjom, l-isem u l-eżempju tal-firma tal-persuna awtorizzata

12.

Il-firma tad-detentur tal-proċedura (*2)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANNESS C6

ĊERTIFIKAT TA' RINUNZJA TA' GARANZIJA

TC33 –ĊERTIFIKAT TA' RINUNZJA TA' GARANZIJA

Quddiem

1.

Validu sa

Jum

Xahar

Sena

2.

Numru:

3.

Id-detentur tal-proċedura (il-kunjom u l-isem, jew l-isem tal-kumpanija, l-indirizz sħiħ u l-pajjiż)

 

4.

L-uffiċċju doganali tal-garanzija (in-numru ta' referenza)

 

5.

L-ammont ta' referenza

Il-kodiċi tal-munita

F'ċifri

F'ittri

6.

L-uffiċċju doganali tal-garanzija jiċċertifika li d-detentur tal-proċedura bid-dettalji msemmija hawn fuq ingħatat rinunzja (tal-obbligu) ta' garanzija fir-rigward tal-operat tat-tranżitu tal-Unjoni/komuni tiegħu fit-territorji doganali mniżżla hawn taħt u li isimhom ma ġiex ingassat:

L-UNJONI EWROPEA — L-IŻLANDA — L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA — IN-NORVEĠJA — IS-SERBJA — L-IŻVIZZERA — IT-TURKIJA — ANDORRA (*3) — SAN MARINO (*3)

7.

Osservazzjonijiet speċjali

8.

Il-perjodu ta' validità estiż sa

jj/xx/ss

inklużiva

 

Magħmul

fil …

nhar …

(il-post)

(data)

(Il-firma u t-timbru tal-uffiċċju doganali tal-garanzija)

Magħmul

fil …

nhar …

(il-post)

(data)

(Il-firma u t-timbru tal-uffiċċju doganali tal-garanzija)

Wara

9.

Il-persuni li huma awtorizzati jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tat-tranżitu tal-Unjoni/komuni għan-nom tad-detentur tal-proċedura:

10.

Il-kunjom, l-isem u l-eżempju tal-firma tal-persuna awtorizzata

11.

Il-firma tad-detentur tal-proċedura (*4)

10.

Il-kunjom, l-isem u l-eżempju tal-firma tal-persuna awtorizzata

11.

Il-firma tad-detentur tal-proċedura (*4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża

(2)  Indirizz sħiħ.

(3)  Ħassar l-isem/ismijiet tal-Istat/tal-Istati li fuq it-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(4)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni.

(5)  Kunjom u isem, jew isem id-ditta u l-indirizz sħiħ tal-persuna li tkun qed tipprovdi l-garanzija

(6)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura tal-Unjoni/komuni ta' tranżitu jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed.

(7)  Daħħal waħda minn dawn l-operazzjonijiet doganali:

(a)

il-ħażna temporanja,

(b)

il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/il-proċedura komuni ta' tranżitu,

(c)

il-proċedura ta' ħażna doganali,

(d)

il-proċedura tal-ammissjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazju tal-importazzjoni,

(e)

il-proċedura tal-ipproċessar attiv,

(f)

il-proċedura tal-użu aħħari,

(g)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali mingħajr ħlas differit,

(h)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont id-dikjarazzjoni doganali normali bi ħlas differit,

(i)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).,

(j)

ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera skont dikjarazzjoni doganali ppreżentata f'konformità mal-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013,

(k)

proċedura ta' ammissjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali mid-dazju tal-importazzjoni,

(l)

jekk oħrajn — indika t-tip l-ieħor ta' operazzjoni.

(8)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet li fihom jinsabu l-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(9)  Il-persuna li qiegħda tiffirma d-dokument trid iddaħħal dan li ġej b'idejha qabel tiffirma: “Il-garanzija għall-ammont ta' …” (l-ammont jinkiteb bil-kliem)

(10)  Għandha timtela mill-uffiċċju fejn tqiegħdet il-merkanzija skont il-proċedura jew fejn il-merkanzija kienet f'ħażna temporanja.

(11)  Il-kunjom u l-isem jew isem l-impriża.

(12)  Indirizz sħiħ.

(13)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operat tat-tranżitu tal-Unjoni.

(14)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 iridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-postijiet li fihom jinsabu l-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(15)  Qabel il-firma, il-firmatarju jrid jikteb dan li ġej b'idejh: “Validu bħala kupun ta' garanzija”.

(16)  Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża.

(17)  Indirizz sħiħ.

(18)  Ħassar l-isem/ismijiet tal-pajjiż/pajjiżi li fit-territorju tiegħu/tagħhom ma tistax tintuża l-garanzija.

(19)  Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino għandhom japplikaw biss għall-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni.

(20)  Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ tal-persuna li qiegħda tipprovdi l-garanzija.

(21)  Applikabbli fir-rigward tal-imposti l-oħrajn dovuti b'rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni tal-merkanzija fejn il-garanzija tintuża għat-tqegħid tal-merkanzija skont il-proċedura ta' tranżitu tal-Unjoni/komuni jew tista' tintuża f'iktar minn Stat Membru wieħed jew f'iktar minn Parti Kontraenti waħda.

(22)  Ħassar dak li ma japplikax.

(23)  Il-proċeduri għajr it-tranżitu komuni japplikaw biss fil-Unjoni.

(24)  Għal ammonti ddikjarati f'dikjarazzjoni doganali għall-proċedura tal-użu aħħari.

(25)  Jekk, fil-liġi tal-pajjiż, ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz tas-servizz, il-garanti għandu jaħtar, f'dan il-pajjiż, aġent li jkun awtorizzat li jirċievi kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu kif ukoll l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-punt 4 jridu jsiru b'tali mod li jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiż tal-indirizzi tas-servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom il-ġuriżdizzjoni f'każijiet ta' tilwim li jikkonċernaw din il-garanzija.

(26)  Il-persuna li qiegħda tiffirma d-dokument trid iddaħħal dan li ġej b'idejha qabel tiffirma: “Il-garanzija għall-ammont ta' …” (l-ammont jinkiteb bil-kliem).

(*1)  Għall-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni bissWARA

(*2)  Meta d-detentur tal-proċedura jkun persuna ġuridika, il-persuna li l-firma tagħha tidher fil-kaxxa 12 trid iżżid mal-firma tagħha, kunjomha, isimha, u l-istatus li fih qiegħda tiffirma.

(*3)  Għall-operazzjoni tat-tranżitu tal-Unjoni biss

(*4)  Fejn id-detentur tal-proċedura tkun persuna ġuridika, il-persuna li l-firma tagħha tidher fil-kaxxa 11 trid iżżid mal-firma tagħha, kunjomha, isimha, u l-istatus li fih qiegħda tiffirma.


ANNESS G

L-Appendiċi IV għall-Konvenzjoni u l-Annessi għal dak l-Appendiċi IV huma emendati kif ġej:

1.

It-test tal-Appendiċi IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 3, il-punt (a), ir-referenza għal “Artikolu 3(l)” huwa sostitwit bi “Artikolu 3, punt (1)”;

(b)

l-Artikolu 4(6) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“It-talba għal informazzjoni għandha tiġi provduta permezz tal-formola stabbilita fl-Anness II għal dan l-Appendiċi.”;

(c)

l-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“It-talba għal notifika għandha tiġi provduta permezz tal-formola stabbilita fl-Anness III għal dan l-Appendiċi.”;

(d)

l-Artikolu 13(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“It-talba għal miżuri prekawzjonarji għandha tiġi provduta permezz tal-formola stabbilita fl-Anness IV għal dan l-Appendiċi.”.

2.

It-test tal-Anness I għall-Appendiċi IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 4, il-kliem “permezz ta' telex” huwa sostitwit bi “permezz ta' e-mail”;

(b)

fl-Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, il-kliem “permezz ta' telex” huwa sostitwit bi “permezz ta' e-mail”;

(c)

fl-Artikolu 7, il-kliem “permezz ta' telex” huwa sostitwit bi “permezz ta' e-mail”;

(d)

fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu, il-kliem “skont il-kampjun” huwa sostitwit bi “bl-użu tal-formola stabbilita”;

(e)

fl-Artikolu 11(1), il-kliem “skont il-kampjun” huwa sostitwit bi “bl-użu tal-formola stabbilita”;

(f)

fl-Artikolu 14, il-kliem “permezz ta' telex” huwa sostitwit bi “permezz ta' e-mail”;

(g)

fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu, il-kliem “permezz ta' telex” huwa sostitwit bi “permezz ta' e-mail”;

(h)

fl-Artikolu 16, il-kliem “permezz ta' telex” huwa sostitwit bi “permezz ta' e-mail”;

(i)

fl-Artikolu 17(1) u fl-Artikolu 17(2), l-ewwel subparagrafu, il-kliem “permezz ta' telex” huwa sostitwit bi “permezz ta' e-mail”.

3.

Fl-Annessi II, III u IV għall-Appendiċi IV, il-kelma “telex” fit-test li ġej “(Deskrizzjoni tal-awtorità tal-applikant, indirizz, telefown, telex u n-numri tal-kont tal-bank, eċċ.)” hija sostitiwit bil-kelma “e-mail”.


Top