Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015D2121

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 254/2014 tat-12 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/2121]

OJ L 311, 26.11.2015, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2121/oj

26.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 311/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 254/2014

tat-12 ta' Diċembru 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2015/2121]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 669/2014 tat-18 ta' Ġunju 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju u tad-D-pantenol bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 754/2014 tal-11 ta' Lulju 2014 dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta' Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) bħala addittivi fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 106 (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2014) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“107.

32014 R 0669: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 669/2014 tat-18 ta' Ġunju 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tad-D-pantotenat tal-kalċju u tad-D-pantenol bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 62).

108.

32014 R 0754: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 754/2014 tal-11 ta' Lulju 2014 dwar iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni ta' Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30068) u Pediococcus pentosaceus (NCIMB 30044) bħala addittivi fl-għalf (ĠU L 205, 12.7.2014, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 669/2014 u (UE) Nru 754/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ lI-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 62.

(2)  ĠU L 205, 12.7.2014, p. 10.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top