EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0146

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim ŻEE

OJ L 342, 27.11.2014, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/146(2)/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 146/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal-5 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Il-Protokoll 21 tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004) tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 21 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1269: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal-5 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1269/2013 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top