EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22013D0078

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2013 tat- 3 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

OJ L 291, 31.10.2013, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 291, 31.10.2013, p. 28–28 (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/78/oj

31.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 78/2013

tat-3 ta’ Mejju 2013

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-Enerġija) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 tat-3 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Annessi II u IV tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6d (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“6e.

32012 R 0932: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 tat-3 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (ĠU L 278, 12.10.2012, p. 1).”

Artikolu 2

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 26e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011) tal-Anness IV tal-Ftehim ŻEE:

“26f.

32012 R 0932: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 tat-3 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (ĠU L 278, 12.10.2012, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 932/2012 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Mejju 2013, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ikunu ġew magħmula (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 278, 12.10.2012, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top