EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0396

2012/396/UE: Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2012 tal-UE-PLO tas- 17 ta’ Frar 2012 li twaqqaf sitt sottokumitati u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-PLO

OJ L 187, 17.7.2012, p. 64–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/396/oj

17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/64

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT Nru 1/2012 TAL-UE-PLO

tas-17 ta’ Frar 2012

li twaqqaf sitt sottokumitati u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-PLO

(2012/396/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (il-PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaza, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni”),

Billi:

(1)

L-Artikolu 66 tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni jipprovdi għat-twaqqif ta’ kwalunkwe kumitati oħra (“sottokumitati”) li jistgħu jassistu l-Kumitat Konġunt UE-PLO fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

(2)

It-tħaddim tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni tagħha f’firxa wiesgħa ta’ oqsma settorali jitlob it-twaqqif ta’ sett ġdid ta’ sottokumitati proposti.

(3)

Il-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni daħal f’fażi ġdida ta’ implimentazzjoni fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-iżviluppi fir-reġjun.

(4)

L-Awtorità Palestinjana talbet li jiżdiedu n-numru ta’ sottokumitati.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-PLO għalhekk għandha tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sitt sottokumitati tal-Kumitat Konġunt UE-PLO, elenkati fl-Anness I, huma b’dan imwaqqfa.

Ir-regoli ta’ proċedura tagħhom, kif stabbiliti fl-Anness II, huma b’dan adottati.

Il-Kumitat Konġunt UE-PLO ser jieħu kull azzjoni meħtieġa biex jiżgura li s-sottokumitati joperaw kif suppost. Huwa jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf aktar gruppi jew li jabbolixxi gruppi eżistenti.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt KE-PLO hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt UE-PLO

Il-President

H. MINGARELLI

(1)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.

ANNESS I

SOTTOKUMITATI MARBUTA MAL-KUMITAT KONĠUNT UE-PLO

(1)

Is-sottokumitat “Drittijiet tal-Bniedem, Governanza Tajba u Stat tad-Dritt”

(2)

Is-sottokumitat “Affarijiet Soċjali u Saħħa”

(3)

Is-sottokumitat “Riċerka, Innovazzjoni, Soċjetà tal-Informazzjoni, Midja, Edukazzjoni u Kultura”

(4)

Is-sottokumitat “Materji Ekonomiċi u Finanzjarji”

(5)

Is-sottokumitat “Kummerċ u Suq Intern, Industrija, Agrikoltura u Sajd, Dwana”

(6)

Is-sottokumitat “Enerġija, Trasport, Tibdil fil-Klima, Ambjent, Ilma”

ANNESS II

1.   Regoli ta’ Proċedura tas-sottokumitat “Drittijiet tal-Bniedem, Governanza Tajba u Stat tad-Dritt”

1.   Kompożizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji għad-diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

drittijiet tal-bniedem;

(b)

governanza tajba;

(c)

stat tad-dritt.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, ma’ uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati mis-segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Regoli tal-Proċedura tas-sottokumitat “Affarijiet Soċjali u Saħħa”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

xogħol u żvilupp soċjali;

(b)

saħħa pubblika.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

3.   Ir-Regoli ta’ Proċedura tas-sottokumitat “Riċerka, Innovazzjoni, Soċjetà tal-Informazzjoni, Midja, Edukazzjoni u Kultura”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;

(b)

kultura;

(c)

żgħażagħ;

(d)

soċjetà tal-informazzjoni u politika awdjoviżiva u politika tal-midja;

(e)

xjenza u t-teknoloġija;

(f)

riċerka u żvilupp.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

4.   Regoli tal-Proċedura tas-sottokumitat “Materji Ekonomiċi u Finanzjarji”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

responsabbiltà finanzjarja u mmaniġġjar sod tal-finanzi pubbliċi;

(b)

riforma ekonomika u żvilupp;

(c)

statistika.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

5.   Regoli tal-Proċedura tas-sottokumitat “Kummerċ u Suq Intern, Industrija, Agrikoltura u Sajd, Dwana”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ disjussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

kwistjonijiet relatati mal-kummerċ;

(b)

agrikoltura u sajd;

(c)

kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji (SPS);

(d)

investimenti;

(e)

riforma tas-suq u regolatorja;

(f)

impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u industrija;

(g)

kwistjonijiet ta’ dwana;

(h)

tassazzjoni.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix eżawrjenti u setturi oħra, fosthom setturi orizzontali, jistgħu jiżdiedu b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

Is-sottokumitat jista’ jiddiskuti kwistjonijiet marbuta ma’ qasam wieħed, uħud minnhom jew mal-oqsma kollha msemmija hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea flimkien ma’ uffiċjal tal-Awtorità Palestinjana għandhom jeżerċitaw b’mod konġunt il-funzjonijiet ta’ segretarji permanenti tas-sottokumitat.

Il-komunikati kollha li jikkonċernaw is-sottokumitati għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji.

5.   Laqgħat

Is-sottokumitat għandu jiltaqa’ skont il-ħtieġa taċ-ċirkostanzi. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq il-bażi ta’ talba mill-president ta’ xi parti minnhom, permezz tas-segretarju permanenti tagħha, li għandu jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Is-segretarju permanenti tal-parti l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol, minn meta tasal talba għal-laqgħa tas-sottokumitat.

F’każijiet ta’ urġenza partikolari, is-sottokumitat jista’ jitlaqqa’ b’avviż iqsar sakemm ikun hemm il-qbil taż-żewġ partijiet. It-talbiet kollha sabiex jissejħu l-laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tas-sottokumitat għandha ssir fi żmien u f’post li dwaru jkun hemm qbil miż-żewġ partijiet.

Il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju permanenti inkarigat bi qbil mal-president. Qabel kull laqgħa, il-President jingħata tagħrif dwar il-formazzjoni prevista tad-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, is-sottokumitat jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika meħtieġa.

6.   Aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti biex jiġu inklużi fl-aġenda tas-sottokumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji permanenti.

Aġenda proviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarju permanenti inkarigat lill-kontraparti tiegħu mhux aktar tard minn għaxart ijiem qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti kollha li dwarhom is-segretarji permanenti jkunu rċevew talba biex ikunu inklużi fl-aġenda mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. Id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għandha tasal għand iż-żewġ partijiet għall-anqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Sabiex jitqiesu materji urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru sakemm ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

L-aġenda għandha tkun adottata mis-sottokumitati fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji permanenti wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi proposti tas-sottokumitati, għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji permanenti tas-sottokumitati lis-segretarji u lill-president tal-Kumitat Konġunt.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tas-sottokumitati m’għandhomx ikunu pubbliċi.

6.   Regoli tal-Proċedura tas-sottokumitat “Enerġija, Trasport, Tibdil fil-Klima, Ambjent, Ilma”

1.   Komposizzjoni u President

Is-sottokumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Awtorità Palestinjana. Għandu jkun ippresedut, darba kull wieħed, miż-żewġ partijiet.

2.   Ir-rwol

Is-sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat Konġunt, u għandu jirrapporta lilu wara kull laqgħa. Is-sottokumitat m’għandu jkollu ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet imma jista’ jissottometti proposti lill-Kumitat Konġunt.

3.   Materji ta’ diskussjoni

Is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat relatat fis-setturi mniżżla hawn taħt u għandu jeżamina l-objettivi u l-azzjonijiet li ġew identifikati u li sar qbil dwarhom fil-Pjan ta’ Azzjoni.

Fejn relevanti, is-sottokumitat għandu jiddiskuti l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ amministrazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest, għandu jeżamina kull problema li tista’ tinqala’ fl-oqsma mniżżla hawn isfel u jipproponi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

enerġija;

(b)

trasport;

(c)

tibdil fil-klima;

(d)

ambjent;

(e)

ilma.

Top