EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0110

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

OJ L 318, 1.12.2011, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 089 P. 404 - 404

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/110(2)/oj

1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 110/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Кummissjoni (KE) Nru 1200/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-farms u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-koeffiċjenti ta’ unitajiet tal-bhejjem u d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1200/2009 jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE (3), li tinsab inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt dan il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test ta’ punt 23a (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE) fl-Anness XXI tal-Ftehim għandu jinbidel b’li ġej:

32009 R 1200: Ir-Regolament tal-Кummissjoni (KE) Nru 1200/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-farms u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, fir-rigward tal-koeffiċjenti ta’ unitajiet tal-bhejjem u d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi (ĠU L 329, 15.12.2009, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1200/2009 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, dejjem jekk in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 61.

(2)  ĠU L 329, 15.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 38, 12.2.2000, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top