EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007A0517(02)

Protokoll għall-ftehim dwar l-Istati Membri li ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen - Kopīgas deklarācijas

OJ L 129, 17.5.2007, p. 35–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 109 P. 160 - 162

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2007/340/oj

Related Council decision

17.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 129/35


PROTOKOLL

għall-ftehim dwar l-Istati Membri li ma japplikawx bis-sħiħ l-acquis ta’ Schengen

Dawk l-Istati Membri li huma marbuta bl-acquis ta’ Schengen imma li għadhom ma joħorġux viżi ta’ Schengen, filwaqt li jistennew id-deċiżjoni relevanti tal-Kunsill għal dak l-għan, għandhom joħorġu viżi nazzjonali li l-validità tagħhom tkun limitata għat-territorju tagħhom.

Il-Komunità Ewropea se tieħu miżuri mill-aktar fis possibbli sabiex tħaffef iċ-ċaqliq ta’ titulari tal-viża jew ta’ permessi ta’ residenza ta’ Schengen fit-territorju ta’ l-Istati membri li għadhom ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ.


Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 6(2) tal-Ftehim dwar ħlas għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viża

Il-Partijiet għandhom jeżaminaw l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 6(2) ta’ dan il-Ftehim fil-qafas tal-Kumitat imwaqqaf bil-Ftehim.


Dikjarazzjoni konġunta dwar l-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar passaporti diplomatiċi

Kull Parti tista’ tinvoka sospensjoni parzjali tal-ftehim u partikolarment ta’ l-Artikolu 11, skond il-proċedura mwaqqfa bl-Artikolu 15 (5) ta’ dan il-Ftehim, jekk l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 11 tkun abbużata mill-Parti l-oħra jew twassal għal theddida għas-sigurtà pubblika.

Jekk l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 11 tkun sospiża, iż-żewġ Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat imwaqqaf bil-Ftehim bil-ħsieb li jsolvi problemi li jwasslu għal sospensjoni.

Bħala prijorità, iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw l-impenn tagħhom sabiex jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà għal passaporti diplomatiċi, partikolarment billi jintegraw identifikanti bijometriċi. Għan-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea, dan ikun żgurat b’konformità mal-ħtiġijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) 2252/2004.


Dikjarazzjoni konġunta dwar il-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra f’ċimiterji militari u ċivili

Il-Partijiet jaqblu li, bħala regola, viżi għal żjajjar qosra għal persuni li jżuru ċimiterji ċivili u militari għandhom jinħarġu għal perjodu massimu ta’ 14-il ġurnata.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-armonizzazzjoni ta' informazzjoni dwar proċeduri għall-ħruġ ta' viża għal żjara qasira u dokumenti li għandhom jitressqu meta ssir l-applikazzjoni għal viżi għal żjajjar qosra

Filwaqt li jagħrfu l-importanza tat-trasparenza għall-applikanti għall-viża, il-Partijiet fil-Ftehim preżenti jqisu li għandhom jittieħdu miżuri xierqa:

B’mod ġenerali, sabiex jitfassal tagħrif bażiku għall-applikanti dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni għal viżi, il-viżi u dwar il-validità tal-viżi maħruġa.

Kull Parti, waħedha, tfassal lista ta’ ħtiġijiet minimi sabiex tiżgura li l-applikanti jingħataw informazzjoni bażika koerenti u uniformi u jkun jinħtieġ li jressqu, fil-prinċipju, l-istess dokumenti ta’ appoġġ.

It-tagħrif imsemmi hawn fuq għandu jinfirex ħafna (fuq it-tabella ta’ tagħrif ta’ konsulati, f'fuljetti, fuq siti ta’ l-Internet eċċ.).


Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Renju tad-Danimarka

Il-Partijiet jinnotaw li l-Ftehim preżenti ma japplikax għall-proċeduri għall-ħruġ ta’ viżi mill-missjonijiet diplomatiċi u l-pożizzjonijiet konsulari tar-Renju tad-Danimarka.

F’ċirkustanzi bħal dawn, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Renju tad-Danimarka u tal-Federazzjoni Russa jikkonkludu, bla dewmien, ftehim bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra f’termini simili għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa.


Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda

Il-Partijiet jinnotaw li l-Ftehim preżenti ma japplikax għat-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda.

F’ċirkustanzi bħal dawn, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Irlanda u l-Federazzjoni Russa, jikkonkludu ftehim bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi.


Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja

Il-Partijiet jinnutaw ir-rabta mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, partikolarment permezz tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen.

F’ċirkustanzi bħal dawn, ikun xieraq li l-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja u l-Federazzjoni Russa jikkonkludu, bla dewmien, ftehim bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra f’termini simili għal dan il-Ftehim.


Top