This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22006A0706(06)
Protocol to the Partnership and Cooperation Agreement establishing a partnership between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Uzbekistan, of the other part, to take account of the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, and the Slovak Republic to the European Union
Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
ĠU L 185, 6.7.2006, pp. 23–26
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2006/458/oj
Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex jieħu kont ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea
Official Journal L 185 , 06/07/2006 P. 0023 - 0026
Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Użbekistan, Min-Naħa l-Oħra, biex jieħu kont ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TA’ L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, minn issa ’l quddiem imsejħa l-"Istati Membri", rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa ‘l quddiem imsejħa "l-Komunitajiet" rappreżentati, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u IR-REPUBBLIKA TA’ L-UŻBEKISTAN min-naħa l-oħra, WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ma’ l-Unjoni Ewropea fl- 1 ta’ Mejju 2004, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ l-Użbekistan, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Firenze fil-21 ta’ Ġunju 1996 (minn issa ’l quddiem il-"Ftehim") u għandhom jadottaw u jieħdu nota rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tat-testi tal-Ftehim u tad-dokumenti mehmuża miegħu. Artikolu 2 Biex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi istituzzjonali reċenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Partijiet jaqblu li, wara t-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, dispożizzjonijiet eżistenti fil-Ftehim li jirreferu għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandhom jitqiesu li qed jirreferu għall-Komunità Ewropea, li assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha ikkuntrattati mill-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Artikolu 3 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti ntegrali tal-Ftehim. Artikolu 4 1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika ta’ l-Użbekistan skond il-proċeduri tagħhom stess. 2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettieq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu ta’ qabel dan. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 5 1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, basta li l-istrumenti ta’ approvazzjoni kollha ta’ dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel dik id-data. 2. Meta mhux l-istrumenti ta’ approvazzjoni kollha ta’ dan il-Protokoll jkunu ġew depożitati qabel dik id-data, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data ta’ meta jkun ġie depożitat l-aħħar strument ta’ approvazzjoni. 3. Meta mhux l-istrumenti ta’ approvazzjoni kollha ta’ dan il-Protokoll jkunu ġew depożitati qabel l- 1 ta’ Mejju 2004, dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju b’effett mill- 1 ta’ Mejju 2004. Artikolu 6 It-testi tal-Ftehim, ta’ l-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu huma mfassla fil-lingwa Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka. Dawn it-testi huma annessi [1] ma’ dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma imfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu. Artikolu 7 Dan il-Protokoll huwa mfassal f’żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Użbeka, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku. Hecho en Bruselas, el treinta de abril del dos mil cuatro. V Bruselu dne třicátého dubna dva tisíce čtyři. Udfærdiget i Bruxelles den tredivte april to tusind og fire. Geschehen zu Brüssel am dreißigsten April zweitausendundvier. Kahe tuhande neljanda aasta kolmekümnendal aprillil Brüsselis. Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τριάντα Απριλίου δύο χιλιάδες τέσσερα. Done at Brussels on the thirtieth day of April in the year two thousand and four. Fait à Bruxelles, le trente avril deux mille quatre. Fatto a Bruxelles, addì trenta aprile duemilaquattro. Briselē, divi tūkstoši ceturtā gada trīsdesmitajā aprīlī. Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų balandžio trisdešimtą dieną Briuselyje. Kelt Brüsszelben, a kétezer-negyedik év április havának tizenharmadik napján. Magħmul fi Brussel fit-tletin jum ta' April tas-sena elfejn u erbgħa. Gedaan te Brussel, de dertigste april tweeduizend vier. Sporządzono w Brukseli, dnia trzynastego kwietnia roku dwa tysiące czwartego. Feito em Bruxelas, em trinta de Abril de dois mil e quatro. V Bruseli dňa tridsiateho apríla dvetisícštyri. V Bruslju, dne tridesetega aprila leta dva tisoč štiri. Tehty Brysselissä kolmantenakymmenentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaneljä. Som skedde i Bryssel den trettionde april tjugohundrafyra. Брюссель шахрида 2004 йил "30" апрелда тузилди. Por los Estados miembros Za členské státy For medlemsstaterne Für die Mitgliedstaaten Liikmesriikide nimel Για τα κράτη μέλη For the Member States Pour les États membres Per gli Stati membri Dalībvalstu vārdā Valstybių narių vardu A tagállamok részéről Għall-Istati Membri Voor de lidstaten W imieniu Państw Członkowskich Pelos Estados-Membros Za členské štáty Za države članice Jäsenvaltioiden puolesta På medlemsstaternas vägnar Аъзо Давлатлар Номидан +++++ TIFF +++++ Por las Comunidades Europeas Za Evropská společenství For De Europæiske Fællesskaber Für die Europäischen Gemeinschaften Euroopa ühenduste nimel Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες For the European Communities Pour les Communautés européennes Per le Comunità europee Eiropas Kopienu vārdā Europos Bendrijų vardu Az Európai Közösségek részéről Għall-Komunitajiet Ewropej Voor de Europese Gemeenschappen W imieniu Wspólnot Europejskich Pelas Comunidades Europeias Za Európske spoločenstvá Za Evropske skupnosti Euroopan yhteisöjen puolesta På Europeiska gemenskapernas vägnar Европа Xамжамиятлари Номидан +++++ TIFF +++++ Por la República de Uzbekistán Za Uzbeckou republiku For Republikken Usbekistan Für die Republik Usbekistan Usbekistani Vabariigi nimel Για τη Δημοκρατία του Ουζμπεκιστάν For the Republic of Uzbekistan Pour la République d'Ouzbékistan Per la Repubblica dell'Uzbekistan Uzbekistānas Republikas vārdā Uzbekistano Respublikos vardu Üzbegisztán részéről Għar-Repubblika ta'l-Uzbekistan Voor de Republiek Oezbekistan W imieniu Republiki Uzbekistanu Pela República do Usbequistão Za Uzbeckú republiku Za Republiko Uzbekistan Uzbekistanin tasavallan puolesta På republiken uzbekistans vägnar Ўзбекистон Республикаси Номидан +++++ TIFF +++++ [1] Il-verżjoni Ċeka, Estona, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovena u Slovakka ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati fl-edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali f’data aktar tard --------------------------------------------------