EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0172

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 172/2003 tal-5 ta' Diċembru 2003 li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

OJ L 88, 25.3.2004, p. 45–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 008 P. 522 - 523
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 063 P. 278 - 279
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 063 P. 278 - 279
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 097 P. 222 - 223

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/172(2)/oj

22003D0172



Official Journal L 088 , 25/03/2004 P. 0045 - 0046


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 172/2003

tal-5 ta' Diċembru 2003

li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻONA EE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2003 tas-16 ta' Ġunju 2003 li jemenda l-Annessi I u II mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu stabbiliti l-limiti massimi tal-fdal ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [2] li jridu jiġu inkorporati fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiġi miżjud fil-punt 14 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"- 32003 R 1029: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/2003 tas-16 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 149, tas-17.6.2003, p. 15)."

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolament (KE) Nru 1029/2003 fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komuniajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 29.

[2] ĠU L 149, tas-17.6.2003, p. 15.

[3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali.

--------------------------------------------------

Top