EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003A0719(02)

Il-ftehim dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika

OJ L 181, 19.7.2003, p. 34–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 006 P. 168 - 176
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 006 P. 113 - 121
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 006 P. 113 - 121
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 016 P. 56 - 64

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2003/516(2)/oj

Related Council decision
Related Council decision

22003A0719(02)



Official Journal L 181 , 19/07/2003 P. 0034 - 0042


Il-ftehim

dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika

WERREJ

Preambolu

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Nota ta' Spjega

L-UNJONI EWROPA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA

MIXTIEQA li jiffaċilitaw iktar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika,

MIXTIEQA li jikkumbattu l-kriminalità f'manjiera iktar effettiva bħala mezz ta' protezzjoni tas-soċjetajiet demokratiċi u tal-valuri komuni rispettivi tagħhom,

WARA LI KKUNSIDRAW id-drittijiet ta' l-individwi u l-istat tad-dritt,

KONXJI mill-garanziji taħt is-sistemi legali rispettivi tagħhom li jipprovdu d-dritt għal proċess ġust quddiem il-qorti lil persuna akkużata, inkluż id-dritt li tiġi aġġudikata minn tribunal imparzjali stabbilit skond il-liġi,

MIXTIEQA li jikkonkludu Ftehim li għandu xjaqsam mal-għajnuna legali reċiproka fil-materji kriminali.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-għan

Il-Partijiet Kontraenti jindaħlu, skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li jipprovdu titjib lill-kooperazzjoni u lill-għajnuna legali reċiproka.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

1. "Partijiet Kontraenti" għandhom ifissru l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

2. "Stat Membru" għandu jfisser Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Il-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim fejn għandhom x'jaqsmu t-trattati ta' għajnuna legali reċiproka ma' l-Istati Membri u fin-nuqqas tagħha

1. L-Unjoni Ewropea, skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Istati Uniti għandhom jiżguraw illi d-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jiġu applikati fejn jidħlu t-trattati bilaterali ta' għajnuna legali reċiproka bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, fis-seħħ fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-Artikolu 4 għandu japplika sabiex jipprovdi l-identità tal-kontijiet u t-transazzjonijiet finnzjarji b'żieda ma kull awtorità diġà pprovvduta skond id-disposizzjonijiet tat-trattati bilaterali;

(b) l-Artikolu 5 għandu jiġi applikat sabiex jawtorizza l-formazzjoni u l-attivitajiet ta' timijiet konġunti ta' investigazzjoni b'żieda ma' kull attività diġà pprovvduta skond id-disposizzjonijiet tat-trattati bilaterali;

(ċ) l-Artikolu 6 għandu jiġi applikat sabiex jawtorizza t-teħid tax-xiehda ta' persuna lokata fl-Istat mitlub bl-użu tat-teknoloġija tat-tasmissjoni bil-video bejn Stat tat-talba u Stat mitlub b'żieda ma' kull awtorità diġà pprovvduta skond id-disposizzjonijiet tat-trattati bilaterali;

(d) l-Artikolu 7 għandu japplika sabiex jipprovdi l-użu ta' mezzi mingħajr dewmien tal-komunikazzjoni b'żieda ma kull awtorità diġà pprovvduta skond id-disposizzjonijiet tat-trattati bilaterali;

(e) l-Artikolu 8 għandu jiġi applikat sabiex jawtoriza illi tiġi pprovvduta għajnuna legali reċiproka lill-awtoritajiet amministrattivi interessati b'żieda ma kull awtorità diġà pprovvduta skond id-disposizzjonijiet tat-trattati bilaterali;

(f) bla ħsara għall-Artikolu 9(4) u (5), l-Artikolu 9 għandu jiġi applikat minflok, jew fin-nuqqas tad-disposizzjonijiet ta' trattati bilaterali li jirregolaw il-limitazzjonijiet dwar l-użu tat-tagħrif jew tax-xiehda pprovvduti lill-Istat tat-talba, u li jirregolaw il-kondizzjonament jew ir-rifjut tal-għajnuna għar-raġunijiet tal-protezzjoni ta' l-informazzjoni;

(g) l-Artikolu 10 għandu jiġi applikat fin-nuqqas ta' disposizzjonijiet fit-trattati bilaterali li jappartjienu għaċ-ċirkostanzi li taħthom Stat tat-talba jista' jfittex is-segretezza rigward it-talba tiegħu.

2. (a) L-Unjoni Ewropea, skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandha tiżgura illi kull Stat Membru jirrikonoxxi, fi strument bil-miktub bejn dan l-Istat Membru u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-applikazzjoni, fil-manjiera ddikjarata f'dan l-Artikolu, tat-trattat bilaterali tiegħu dwar il-għajnuna legali reċiproka fis-seħħ ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(b) L-Unjoni Ewropea, skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandha tiżgura illi l-Istati Membri l-ġodda li sejrin jaderixxu ma' l-Unjoni Ewropea wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u li jkollhom trattati bilaterali ta' għajnuna legali reċiproka ma' l-Istati Uniti ta' l-Amrika, jieħdu l-miżuri riferiti fis-subparagrafu (a).

(ċ) Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilthom li jikkompletaw il-proċess deskritt fis-subparagrafu (b) qabel l-adeżjoni skedata ta' Stat Membru ġdid, jew kemm jista' jkun malajr wara dan. L-Unjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Istati Uniti ta' l-Amerika bid-data ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda.

3. (a) L-Unjoni Ewropea, skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-Istati Uniti għandhom jiżguraw ukoll illi d-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jiġu applikati fin-nuqqas ta' trattat bilaterali ta' għajnuna legali reċiproka fis-seħħ bejn Stat Membru u l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(b) L-Unjoni Ewropea, skond it-Trattat dwar l-Unoni Ewropea, għandha tiżgura illi dan l-Istat Membru jirrikonoxxi, fi strument bil-miktrub bejn dan l-Istat Membru u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

(ċ) L-Unjoni Ewropea, skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandha tiżgura illi l-Istati Membri l-ġodda li sejrin jaderixxu ma' l-Unjoni Ewropea wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, li ma jkollhomx trattati bilaterali ta' għajnuna legali reċiproka ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, jieħdu l-miżuri riferiti fis-subparagrafu (b).

4. Jekk il-proċess deskritt fil-paragrafi 2(b) u 3(ċ) ma jkunx ikkompletat sad-data ta' l-adeżjoni, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u dan l-Istat Membru ġdid mid-data li fiha jkunu nnotifikaw lil xulxin u lill-Unjoni Ewropea bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom b'dan il-għan.

5. Il-Partijiet Kontraenrti jaqblu illi dan il-Ftehim huwa maħsub biss dwar il-għajnuna legali reċiproka bejn l-Istati interesati. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhom joħolqu dritt min-naħa ta' l-ebda persuna privata li tikseb, tissopprimi jew teskludi xiehda, jew li timpedixxi t-twettiq ta' talba, u lanqas ma tespandi jew tillimita drittijiet disponibbli xorta oħra skond il-liġijiet domestiċi.

Artikolu 4

L-identifikazzjoni tat-tagħrif tal-banek

1. (a) Fuq it-talba ta' l-Istat tat-talba, l-Istat mitlub għandu, skond it-termini ta' dan l-Artikolu, jaċċerta ruħu fil-pront jekk il-banek lokati fit-territorju tiegħu jippossedux tagħrif dwar jekk persuna identifikata, naturali jew legali, issuspettata jew imħarrka b'offiża kriminali tkunx il-pussessur ta' kont jew kontijiet bankarji. L-Istat mitlub għandu minnufih jikkomunika r-riżultati ta' l-investigazzjoniet tiegħu lill-Istat tat-talba.

(b) Jistgħu jittieħdu wkoll l-azzjonijiet deskritti fis-subparagrafu (a) bil-għan li jiġi identifikat:

(i) it-tagħrif li jirrigwarda persuni naturali jew legali misjuba ħatja jew involuti xorta oħra f'offiża kriminali;

(ii) it-tagħrif fil-pussess ta' istituzzjonijiet finanzjarji mhux banek; jew

(iii) it-transazzjonijiet finanzjarji li ma jkollhomx x'jaqsmu ma' kontijiet,

2. Talba għat-tagħrif deskritt fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a) l-identità tal-persuna naturali jew legali rilevanti sabiex issib il-post ta' dawn il-kontijiet jew transazzjonijiet; u

(b) tagħrif biżżejjed għalbiex jgħin lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat mitlub li:

(i) tissuspetta b'mod raġjonevali li l-persuna naturali ew legali interessata tkun wettqet offiża kriminali u li l-banek jew l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux banek fit-territorju ta' l-Istat mitlub jista' jkollhom it-tagħrif mitlub; u

(ii) tikkonkludi illi t-tagħrif imfittex għandu x'jaqsam ma' l-investigazzjoni jew il-proċediment kriminali;

(ċ) safejn u sakemm possibbli, it-tagħrif li jirrigwarda liema bank jew instituzzjoni finanzjarja mhux bank jistgħu jkunu involuti, u t-tagħrif l-ieħor li d-disponibbiltà tiegħu tista' tgħin it-tnaqqis fil-wisa' ta' l-investigazzjoni.

3. It-talbiet għall-għajnuna taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu ttrasmessi bejn:

(a) l-awtoritajiet ċentrali responsabbli mill-għajnuna legali reċiproka fl-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri responsabbli mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' l-offiżi kriminali kif innominati skond l-Artikolu 15(2); u

(b) l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Uniti responsbbli mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' l-offiżi kriminali, kif innominati skond l-Artikolu 15(2).

Wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jiftiehmu bil-Bdil ta' Nota Diplomatika li jimmodifikaw il-kanali li permezz tagħhom isiru t-talbiet skond dan l-Artikolu.

4. (a) Bla ħsara għas-subparagrafu (b), Stat jista', skond l-Artikolu 15, jillimita l-obbligu tiegħu li jippovdi l-għajnuna skond dan l-Artikolu għal:

(i) l-offiżi ppenalizzati skond il-liġijiet kemm ta' l-Istat tat-talba u kemm ta' dak mitlub;

(ii) l-offiżi ppenalizati b'penali li jinvolvi ċaħda tal-libertà jew b'ordni ta' detenzjoni ta' perjodu massimu taż-żmien ta' mill-inqas erba' snin fl-Istat tat-talba u ta' mill-inqas sentejn fl-Istat mitlub; jew

(iii) l-offiżi deskritti bħala gravi ppenalizzati skond il-liġijiet kemm ta' l-Istat tat-talba u ta' dak mitlub.

(b) Stat li jillimita l-obbligi tiegħu skond is-subparagrafu (a)(ii) jew (iii) għandu, bħala minimu, jgħin l-identifikazzjoni tal-kontijiet assoċjati ma' l-attvitajiet terroristiċi u l-ħasil tal-flus tad-dħul iġġenerat minn firxa komprensiva ta' attivitajiet ta' offiżi kriminali, ippenalizzati taħt il-liġijiet kemm ta' l-Istat tat-talba u kemm ta' dak mitlub.

5. Il-għajnuna ma tistax tiġi rrifjutata skond dan l-Artikolu għar-raġunijiet tas-segretezza tal-banek.

6. L-Istat mitlub għandu jwieġeb għal talba sabiex jiġu prodotti r-reġistri li jirrigwardaw il-kontijiet jew it-transazzjonijiet identifikati skond dan l-Artikolu, skond id-disposizzjonijiet tat-trattat li jkun japplika dwar il-għajnuna legali reċiproka fis-seħħ bejn l-Istati interessati, jew fin-nuqqas ta' dawn, skond il-ħtiġiet tal-liġijiet domestiċi tiegħu.

7. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu miżuri sabiex jevitaw l-imposizzjoni ta' piżijiet straordiunarji fuq l-Istati mitluba minħabba l-applikazjoni ta' dan l-Artikolu. Meta madankollu jirriżultaw piżijiet straordinarji fuq Stat mitlub, inklużi fuq il-banek jew permezz tal-ħidma tal-kanali tal-komunikazzjoni previsti f'dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenri għandhon jikkonsultaw lil xulxin minnufih bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż it-teħid ta' dawk il-miżuri li jistgħu jinħtieġu għalbiex jitnaqqsu l-piżijiet pendenti jew futuri.

Artikolu 5

It-timijiet konġunti ta' investigazzjoni

1. Safejn u sakemm ma jkunux għamlu hekk, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jieħdu dawk il-miżuri skond kif jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jgħinu li jiġu stabbiliti t-timijiet investigattivi u jitħaddmu fit-erritorji rispettivi ta' kull Stat Membru u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika fejn meqjusa approprjati mil-Istat Membri interesat u mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.

2. Il-proċeduri li fuqhom irid jaħdem it-tim, bħalma huma l-komposizzjoni tiegħu, it-tul taż-żmien, il-lokazzjoni, l-organizzazzjoni, il-funzjonijiet, il-għan u t-termini tal-parteċipazzjoni tal-membri tat-tim ta' Stat fl-attivitajiet investigattivi li jkunu qegħdin isiru fit-teritorju ta' Stat ieħor, għandhom jiġu miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' l-offiżi kriminali, kif stabbilit mill-Istati rispettivi intressati.

3. L-awtoritajiet kompetenti stabbiliti mill-Istati rispettivi interessati għandhom jikkomunikaw direttament bil-għan li dan it-tim jiġi stabbilit u jaħdem għajr illi meta l-komplessità eċċezzjonali, l-iskop wiesa' jew ċirkostanzi oħra involuti jitqiesu li jeħtieġu kordinament iktar ċentrali rigward uħud mill-aspetti jew kollha, l-Istati jistgħu jiftiehmu dwar il-kanali approprjari tal-komunikazzjoni b'dan il-għan.

4. Meta t-tim konġunt investigattiv jeħtieġ li jittieħdu miżuri investigattivi f'wieħed mill-Istati li jistabbilixxu t-tim, membru tat-tim ta' dan l-Istat jista' jitlob lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu li jieħdu dawk il-miżuri mingħajr ma jkun hemm għalfejn li l-Istati l-oħra jkollhom jissottomettu talba għal għajnuna legali reċiproka. L-istandard legali metħieġ sabiex tinkiseb il-miżura f'dan l-Istat għandu jkun l-istandard li japplika għall-attivitajiet investigattivi domestiċi tiegħu.

Artikolu 6

Il-Konferenzi bil-video

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu dawk imiżuri li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jgħinu l-użu tat-teknoloġija tat-trasmissjoni bil-video bejn kull wieħed mill-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika sabiex jieħdu x-xiehda fi proċedura legali li għaliha tkun disponibbli l-għajnuna legali reċiproka ta' xhud jew espert lokati fi Stat mitlub safejn u sakemm din il-għajnuna ma tkunx korrentement disponibbli. Safejn u sakemm mhux iddikjarati b'mod speċifiku f'dan l-Arikolu, il-modalitajiet li jirregolaw din il-proċedura għandhom ikun kif ipprovvdut skond it-trattat applikabbli dwar il-għajnuna legali reċiproka fis-seħħ bejn l-Istati interessati, jew skond il-liġijiet ta' l-Istat mitlub, skond kif japplika.

2. Għajr jekk miftiehem xorta oħra mill-Istat tat-talba u dak mitlub, l-Istat tat-talba għandu jħallas l-ispejjeż assoċjati ma' kif tiġi stabbilita u sservisjata t-trasmissjoni tal-video. L-ispejjeż l-oħra li jinqalgħu fil-kors tal-provvediment tal-għajnuna (inklużi l-ispejjeż assoċjati mal-vjaġġi tal-parteċipanti fl-Istat mitlub) għandhom jinġarru skond id-disposizzjonijiet applikabbli tat-trattat tal-għajnuna legali reċiproka fis-seħħ bejn l-Istati intressati, jew fejn ma jkunx hemm dan it-trattat, kif miftiehma dwarhom bejn l-Istat tat-talba u dak mitlub.

3. L-Istat tat-talba u dak mitlub jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiffaċilitaw is-soluzzjoni tal-kwistjonijiet legali, tekniċi jew loġistiċi fit-twettiq tat-talba.

4. Mingħajr preġudizzju għal kull ġurisdizzjoni skond il-liġi ta' l-Istat tat-talba, il-għemil ta' dikjarazzjoni falza intenzjonalment jew ta' skondotta oħra minn xhud jew espert matul il-kors tal-konferenzi bil-video għandhom ikunu ppenalizzati fl-Istat mitlub bl-istess mod daqs li kieku ġew kommessi fil-kors tal-proċedimenti domestiċi tiegħu.

5. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-użu ta' mezzi oħra għalbiex tinkiseb ix-xiehda fl-Istat mitlub disponibbli skond it-trattat jew il-liġijiet applikabbli.

6. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju li jiġu applikati d-disposizzjonijiet tal-xi ftehim bilaterali dwar il-għajnuna legali reċiproka bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika li jeħtieġu jew jippermettu l-użu tat-teknoloġija tal-konferenzi bil-video għajr dawk deskritti fil-paragrafu ċ, inklużi għall-għanijiet ta' l-identifikazzjoni tal-persuni jew ta' l-oġġetti jew għat-teħid ta' dikjarazzjonijiet investigattivi. Meta ma jkunx diġa pprpvvdut fit-trattat jew fil-liġijiet applikabbli, Stat jista' jippermetti l-użu tat-teknoloġija tal-konferenzi bil-video f'dawn il-każijiet.

Artikolu 7

It-trasmissjoni bla dewmien tat-talbiet

It-talbiet dwar il-għajnuna legali reċiproka, u l-komunikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħhom, jistgħu jsiru bil-mezzi tal-komunikazzjoni ta' mingħajr dewmien, inklużi l-fax jew l-e-mail, segwiti b'konferma fomali meta meħieġa mill-Istat mitlub. L-Istat mitlub jista' jwieġeb kull talba b'kull mezz ta' komunikazzjoni ta' mingħajr dewmien.

Artikolu 8

Il-għajnuna legali reċiproka lill-awtroritajiet amministrattivi

1. Il-għajnuna legali reċiproka għandha tingħata wkoll lil awtorità amministrattiva nazzjonali, li tkun qiedgħa tinvestiga kondotta bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni kriminali tal-kondotta, jew ir-riferiment tal-kondotta lill-awtoritajiet ta' l-investigazzjonin jew tal-prosekuzzjoni kriminali, skond l-awtorità speċifika amministrattiva jew regolatorja tagħha li tindaħal għal din l-investigazzjoni. Il-għajnuna legali reċiproka tista' tingħata wkoll taħt dawn iċ-ċirkostanzi lil awtoritajiet amministrattivi oħra. Il-għanjuna ma għandhiex tkun disponibbli rigward materiji li fihom l-awtrorità amministrattiva tantiċipa illi ma jitwettqu l-ebda prosekuzzjoni jew riferiment, skond kif japplika.

2. (a) It-talbiet għall-għajnuna skond dan l-Artikolu għandhom jiġu trasmessi bejn l-awtoritajiet ċentrali nnominati skond it-trattat dwar il-għajnuna legali reċiproka fis-seħħ bejn l-Istati intressati, jew bejn dawk l-awtorijatiet l-oħra li jista' jiġi miftiehem dwarhom mill-aworitajiet ċentrali.

(b) Fin-nuqqas ta' trattat, it-talbiet jistgħu jiġu trasmessi bejn id-Dipartiment tal-Ġustizzja ta' l-Istati Uniti u l-Ministeru tal-Ġustizzja jew, skond l-Artikolu 15(1), il-Ministeru paragunabbli ta' l-Istat Membru interessat responsabbli mit-trasmissjoni tat-talbiet dwar il-għajnuna legali reċiproka, jew bejn dawk l-awtoritajiet l-oħra li jista' jiġi miftiehem dwarhom bejn id-Dipartiment tal-Ġustizzja u dan il-Ministeru.

3. Il-Partrijiet Kontraenti għandhom jieħdu miżuri sabiex jevitaw l-imposizzjoni ta' piżijiet straordinarji fuq l-Istati mitluba minħabba l-applikazjoni ta' dan l-Artikolu. Meta madankollu jirriżultaw piżijiet straordinarji fuq Stat mitlub, il-Partijiet Kontraenti għandhon jikkonsultaw lil xulxin minnufih bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż it-teħid ta' dawk il-miżuri li jistgħu jinħtieġu għalbiex jitnaqqsu l-piżijiet pendenti jew futuri.

Artikolu 9

Il-limitazzjonijiet dwar l-użu sabiex jiġu protetti l-informazzjoni personali u informazzjoni oħra

1. L-Istat tat-talba jista' juża kull xiehda jew tagħif miksuba mill-Istat mitlub:

(a) bil-għan ta' l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti tiegħu kriminali;

(b) sabiex jipprevjieni tehdid gravi u immedjat rigward is-sigurtà pubblika tiegħu;

(ċ) fil-proċedimenti tiegħu ġudizzjarji jew amministrattivi mhux kriminali li jkollhom x'jaqsmu b'mod dirett ma' l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti:

(i) iddikjarati fis-subparagrafu (a); jew

(ii) li għalihom tkun ġiet mogħtija għajnuna legali reċiproka skond l-Artikolu 8;

(d) għal kull għan ieħor, jekk it-tagħrif jew ix-xiehda jkunu ġew magħmula pubbliċi fil-kwadru tal-proċedimenti li għalihom ikunu ġew trasmessi, jekk f'kull waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fis-subparagrafi (a), (b) u (ċ); u

(e) għal kull għan ieħor, biss bil-kunsens minn qabel ta' l-Istat mitlub.

2. (a) Dan l-Artikolu ma għandux jippreġudika l-kapaċità ta' l-Istat mitlub li jimponi kondizzjonijiet addizzjonli f'każ partikolari meta t-talba partikolari għall-għajnuna ma setgħetx titħares fin-nuqqas ta' dawn il-kondizzjonijiet. Meta jkunu ġew imposti kondizzjonijiet addizzjonali skond dan is-subparagrafu, l-Istat mitlub jista' jeħtieġ lill-Istat tat-talba li jagħti tagħrif dwar l-użu tax-xiehda jew tat-tagħrif.

(b) Ma jistgħux jiġu imposti mill-Istat mitlub restrizzjonijiet ġeneriċi rigward l-istandards legali ta' l-Istat tat-talba sabiex tiġi pproċessata informazzjoni personali bħala kondizzjoni skond is-subparagrafu (a) sabiex jiġu pprpovvduti xiehda jew tagħrif.

3. Meta, wara żvelar lill-Istat tat-talba, l-Istat mitlub isir konxju minn ċirkostanzi li jistgħu jġegħluh li jfittex kondizzjoni addizzjonali f'każ partikolari, l-Istat mitlub jista' jikkonsulta ma' l-Istat tat-talba sabiex jiġi stabbilit safejn u sakemm jistgħu jiġu protetti x-xiehda u t-tagħrif.

4. Stat mitlub jista' japplika li juża d-disposizzjoni tal-limitazzjoni tat-trattat bilaterali dwar il-għajnuna legali reċiproka minflok dan l-Artikolu, meta dan il-għemil irid jirriżulta f'restrizzjoni inqas dwar l-użu tat-tagħrif u tax-xiehda milli pprovvdut f'dan l-Artikolu.

5. Meta trattat bilaterali dwar il-għajnuna legali reċiproka fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, jippermetti limitazzjoni dwar l-obbligu li tiġi pprovvduta l-għajnuna rigward ċerti offiżi tat-taxxa, l-Istat Membru interessat jista' jindika, fil-bdil tiegħu ta' l-istrumenti bil-miktub ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika deskritt fl-Artikolu 3(2), illi, rigward dawn l-offiżi, tissokta tapplika d-disposizzjoni tal-limitazzjoni ta' l-użu ta' dan it-trattat.

Artikolu 10

It-talba sabiex Stat jitlob għas-segretezza

L-Istat mitlub għandu juża l-aħjar sforzi tiegħu sabiex iżomm sigrieti talba u l-kontenut tagħha jekk din is-segretrezza tintalab mill-Istat tat-talba. Jekk talba ma tistax tiġi mwettqa mingħajr il-ksur tas-segretezza mitluba, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat mitlub għandha tgħarraf b'dan lill-Istat tat-talba, li mbagħad għandu jistabbilixxi jekk it-talba għandhiex madankollu titwettaq.

Artikolu 11

Il-konsultazzjonijiet

Il-Partijiet Kontraenti għandhom, kif approprjat, jikkunsulaw lil xulxin sabiex jgħinu li jsir l-iktar użu effettiv ta' dan il-Ftehim, inkluż li tiġi ffaċilitata s-soluzzjoni ta' kull kontroversja li tirrigwarda l-intepretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 12

L-applikazzjoni temporali

1. Dan il-Ftehim għandu japplika għall-offiżi kommessi qabel kif ukoll wara li jidħol fis-seħħ.

2. Dan il-Ftehim għandu jappika għat-talbiet dwar il-għajnuna legali reċiproka magħmula wara d-dħul tiegħu fis-seħħ. Madankollu, l-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għat-talbiet pendenti fi Stat mitlub fiż-żmien li dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.

Artikolu 13

In-nuqqas ta' derogi

Bla ħsara għall-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 9(2)(b), dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għall-invokazzjoni min-naħa ta' l-Istat mitlub ta' raġunijiet sabiex tiġi riffjutata l-għajnuna disponibbli skond trattat bilaterali dwar il-għajnuna legali reċiproka, jew, in-nuqqas ta' trattat, il-priċipji legali applikabbli, inkluż meta t-twettiq tat-talba jippeġudika s-soveranità tiegħu, is-sigurtà, l-ordni pubblika jew interessi essenzjali oħra.

Artikolu 14

It-trattati bilaterali futuri ta' għajnuna legali reċiproka ma' l-Istati Membri

Dan il-Ftehim ma għandux jipprekludi l-konklużjoni, wara d-dħul tiegħu fis-seħħ, ta' Xi ftehim bilaterali bejn Stat Membru u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, konsistenti ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Id-deskrizzjonijiet u n-notidika

1. Meta Ministeru għajr il-Ministeru tal-Ġustizzja jiġi nnominat skond l-Artikolu 8(2)(b), l-Unjoni Ewropea għandha tgħarraf lill-Istati Uniti ta' l-Amerika b'din in-nomina qabel il-bdil ta' l-istrumenti bil-miktub deskritti fl-Artikolu 3(3) bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

2. Fuq il-bażi tal-konsultazzjonijiet ta' bejniethom dwar liema awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' l-offiżi jridu jiġu nnominati skond l-Artikolu 4(3), il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħarrfu lil xulxin bl-awtoritajiet nazzjonali hekk innominati qabel il-bdil ta' l-istrumenti bil-miktub deskritti fl-Arrikolu 3(2) u (3) bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. L-Unjoni Ewropea għandha, rigward l-Istati Membri li ma jkollhom l-ebda trattat ta' għajnuna legali reċiproka ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, tgħarraf lill-Istati Uniti ta' l-Amerika qabel dan il-bdil dwar l-identità ta' l-awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 4(3).

3. il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar kull limitazzjoni invokata skond l-Artikolu 4(4) qabel il-bdil ta' l-istrumenti bil-miktub deskritti fl-Artikolu 3(2) u (3) bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

Artikolu 16

L-applikazzjoni territorjali

1. Dan il-Ftehim għandu japplika għal:

(a) l-Istati Uniti ta' l-Amerika;

(b) fejn tidħol l-Unjoni Ewropea għal:

- l-Istati Membri

- it-territorji li għlihom ikollu r-resposabbiltà Stat Membru, jew il-pajjiżi li mhumiex Stati Membri li għalihom Stat Membru jkollu dmirijiet oħra rigward ir-relazzjonijiet barranin, meta miftiehma dwarhom bil-bdil ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet Kontraenti, ikkonfermati kif mistħoqq mill-Istat Membru rilevanti.

2. L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għal kull territorju jew pajjiż li rigward tagħhom tkun saret estensjoni skond is-subparagrafu (b) tal-paragrafu 1 tista' tiġi mitmuma minn kull waħda miż-żewġ Partijiet Kontraenti mogħtija avviż ta' sitt xhur permezz tal-kanali diplomatiċi, meta kkonfermata bejn l-Istat Membru rilevanti u l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

Artikolu 17

Ir-rivista

Il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jwettqu rivista komuni ta' dan il-Ftehim mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ. Ir-rivista għandha tindirizza b'mod partikolari l-implimentazzjoni prattika tal-Ftehim u tista' tinkludi wkoll kwistjonijiet bħall-konsegwenzi ta' iktar żvilupp fl-Unjoni Ewropea li jkollu x'jaqsam mal-kontenut ta' dan il-Frehim.

Artikolu 18

Id-Dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni u t-terminazzjoni

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum li jiġi wara t-tielet xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu skambjaw l-istrumenti li jindikaw illi jkunu kkompletaw il-proċeduri interni tagħhom għal dan il-għan Dawn l-istrumenti għandhom jindikaw ukoll illi ġew ikkompletati l-passi speċifikati fl-Artikolu 3(2) u (3).

2. Kull waħda miż-żewġ Partijiet Kontraenti tista' ttemm dan il-Ftehim f'kull waqt billi tagħti avviż bil-miktub lill-Parti l-oħra, u dan it-tmiem għandu jkollu effett sitt xhur wara d-data ta' dan l-avviż.

B'xiehda ta' dan, il-Plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f'Washington D.C. fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Ġunju fis-sena elfejn u tlieta u f'għamla dduplikata fil-lsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Svediż, b'kull test awtentiku indaqs.

Por la Unión EuropeaFor Den Europæiske UnionFür die Europäische UnionFor the European UnionΓια την Ευρωπαϊκή ΈνωσηPour l'Union européennePer l'Unione europeaVoor de Europese UniePela União EuropeiaEuroopan unionin puolestaPå Europeiska unionens vägnar

+++++ TIFF +++++

Por los Estados Unidos de AméricaFor Amerikas Forenede StaterFür die Vereinigten Staaten von AmerikaFor the United States of AmericaΓια τις Ηνωμένες Πολιτείες της ΑμερικήςPour les États-Unis d'AmériquePer gli Stati Uniti d'AmericaVoor de Verenigde Staten van AmerikaPelos Estados Unidos da AméricaAmerikan yhdysvaltojen puolestaPå Amerikas förenta staters vägnar

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Nota ta' Spjega rigward il-Ftehim dwar il-Għajnuna Legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika

Din in-Nota ta' Spjega tirrifleti l-fehim li jirrigwrda l-applikazjoni ta' ċerti disposizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Għajnuna Legali Reċiprokai bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim") miftiehem bejn il-Partijiet Kontraenti.

Dwar l-Arikolu 8

Rigward il-għajnuna legali reċiproka lill-awtoritajiet amministattivi skond l-Artikolu 8(1), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 8(1) timponi obbligu li tiġi offruta l-għajnuna legali reċiproka lill-awtoritajiet federali tat-talba ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u lill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tat-talba ta' l-Istati Membri. Skond it-tieni sentenza ta' dan il-paragrafu, il-għajnuna legali reċiproka tista' tkun disponibbli wkoll lil awtoritajiet oħra amministratiivi li mhumiex federali jew lokali. Madankollu, din id-disposizzjoni trid tkun disponibbli fid-diskrezzjoni ta' l-Istat mitlub.

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu illi skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 8(1), il-għajnuna legali reċiproka trid issir disponibbli lil awtorità amministrattiva tat-talba jiġifieri, fiż-żmien meta ssir it-talba, jiġu kondotti l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti meta jiġu kkontemplati l-prosekuzzjoni kriminlai jew ir-riferiment tal-kondotta investigata lill-aworitajiet kompetetnti prosekuturi, fit-termini tal-mandat tagħhom, kif deskritt iktar fit-tul immedjatament hawn taħt. Il-fatt illi, fil-ħin li ssir it-talba jkun qiegħed jiġi kkontmplat ir-riferiment għall-prosekuzzjoni kriminali ma jeskludix illi jistgħu jiġu segwiti sanzjonijiet oħra għajr dawk kriminali minn din l-awtorità. B'hekk, il-għajnuna legali reċipoka miksuba skond l-Artikolu 8(1) tista' twassal lill-awtorità amministrattiva tat-talba għall-konklużjoni illi s-segwiment tal-proċeduri kriminali jew tar-riferiment kriminali ma jkunux approprjati. Dawn il-konsegwenzi possibbli ma jaffettwawx l-obbligu fuq il-Partijiet Kontraenti li jippovdu l-għajnuna skond dan l-Artikolu.

Madankollu, l-awtorità amministrattiva tat-talba ma tistax tuża l-Artikolu 8(1) sabiex titlob il-għajnuna meta ma jkunux ikkontemplati prosekuzzjoni jew riferiment kriminali, jew dwar materji li fihom il-kondotta taħt l-investigazzjoni ma tkunx bla ħsara għal sanzjoni jew reiferimenrt kriminali skond il-liġijiet ta' l-Istat tat-talba.

L-Unjoni Ewropea ġġib quddiem għajnejha illi l-kontenut tal-Ftehim min-naħa tagħha jaqa' taħt id-disposizzjonijiet dwar il-koopeazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fil-materji kriminali ddikjarati fit-titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li l-Ftehim ġie konkluż ġewwa l-iskop ta' dawn id-disposizzjonijiet.

Dwar l-Arikolu 9

L-Artikolu 9(2)(b) huwa mifhum li jiżgura illi r-rfijut tal-għajnuna għal raġunijiet tal-protezzjoni ta' l-informazzjoni jista' jiġi invokat biss f'każijiet eċċezzjonali. Din is-sitwazzjoni tista' tinqala' jekk, meta jiġu bbilanċjati l-intressi importanti involuti fil-każ partikolari (minn banda waħda, l-interessi pubbliċi, inkluża l-amministrazzjoni soda tal-ġustizzja u, mill-banda l-oħra, l-interessi tal-privatezza), il-forniment ta' l-informazzjoni speċifika mfittxa mill-Istat tat-talba jqajjem diffikultajiet hekk fundamentali li jista' jiġi kkunsidrat mill-Istat mitlub li jaqa' taħt ir-raġunijiet ta' l-interessi essenzjali għar-rifjut. Hija għalhekk prekluża applikazzjoni wiesgħa, kategorika jew sistematika tal-prinċipji tal-protezzjoni ta' l-informazzjoni mill-Istat mitlub li jirrifjuta l-kooperazzjoni. B'hekk, il-fatt illi Stat tat-talba u dak mitlub ikollhom sistemi differenti dwar il-protezzjoni tal-privatezza ta' l-informazzjoni (bħal dak illi l-Istat tat-talba ma jkollux l-ekwivalwenti ta' awtrorità speċjalizzata fil-protezzjoni ta' l-informazzjoni), jew ikollu mezzi differenri kif jipproteġi l-informazzjoni personali (bħal dak fejn l-Istat tat-talba juża mezzi oħra għajr il-proċess tat-tħassir sabiex jipproteġi l-privatezza jew l-eżattezza ta' l-informazzjoni personali irċevuta mill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġijiet), jistgħu bħala ta' hekk ma jiġux imposti bħala kondizzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 9(2)(a).

Dwar l-Arikolu 14

L-Artikolu 14 jippovdi illi l-Ftehim ma għandux jipprekludi l-konklużjoni, wara d-dħul tiegħu fis-seħħ, ta' xi ftehim bilaterali dwar il-għajnuna legali reċiproka bejn Stat Membru u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, konsistenti ma dan il-Ftehim.

Jekk miżura ddikjarata fil-Ftehim tista' toħloq diffikultà operattiva għal l-Istati Uniti ta' l-Amerika u Stat Membru jew iktar, din id-diffikultà għandha l-ewwelnett tiġi solvuta, jekk possibbli, permezz ta' konsultazzjonijiet bejn l-Istat Membru jew l-Istati Membri interessati u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, jew, jekk approprjat, permezz tal-proċeduri tal-konsultazzjoni ddikjarati f'dan il-Ftehim. Meta ma jkunx possibbli li tiġi indirizzata din id-diffikultà operattiva permezz tal-konsultazzjonijiet biss, ikun konsistentri ma' dan il-Ftehim illi għall-xi ftehim bilaterali futuri bejn Stat Membru jew l-Istati membri u l-Istati Uniti ta' l-Amerika jiġi pprovvdut mekkaniżmu operattiv alternattiv li jaħdem li jkun jissodisfa l-għanijiet tad-disposizzjoni speċifika li rigward tagħha tkun qamet id-diffikultà.

--------------------------------------------------

Top